Nixtiequ nirringrazzjawkom talli żortu dan i s-sit tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni.
1.0 Il-Politika tal-Privatezza
Aħna mpenjati lejn il-protezzjoni tal-privatezza tal-viżitaturi tagħna u ma niġbru ebda informazzjoni personali dwarkom sakemm intom ma tipprovduhielnix
volontarjament. Kwalunkwe informazzjoni personali li intom tikkomunikaw lilna tinżamm fi ħdan doi.gov.mt innifsu skond
l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001.
2.0 L-Att Dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001
L-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001 għadda fl-14
ta' Diċembru 2001 u ġie fis-seħħ fil-15 ta' Lulju 2003. Għalhekk aħna nikkunsidraw li għandna dmir legali biex nirrispettaw u nipproteġu kwalunkwe nformazzjoni personali li niġbru mingħandkom u dan
id-dmir nirrispettawh. Nieħdu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji biex nipprevjenu aċċess mhux awtorizzat u ma ngħaddux
id-dettalji miġbura mingħandkom, bħala viżitaturi, lil xi terzi persuni jew Dipartiment tal-Gvern sakemm intom ma tagħtuniex il-kunsens tagħkom.
3.0 Informazzjoni Miġbura
Bħala viżitatur, niġbru tliet tipi ta' nformazzjoni dwarek:
a) Informazzjoni dwar kuntatt jew feedback;
b) Informazzjoni dwar id-download tal-webpage;
ċ) Informazzjoni dwar l-użu tas-sit.
3.1 Il-Kuntatt jew il-Feedback
Meta timla l-formola fil-paġġna ta' "IKTBILNA", aħna nużaw
l-informazzjoni personali sottomessa fil-formola biex nirrispondu għall-messaġġ tiegħek
biss. Din l-informazzjoni personali ma tinżammx iktar milli neċessarju u titħassar la darba l-ħtieġa
tal-feedback tintlaħaq.
3.2 Informazzjoni dwar id-Download
Jekk taqra jew tniżżel informazzjoni mis-sit tagħna, aħna awtomatikament niġbru u naħżnu
l-informazzjoni li ġejja li m'hijiex personali:
a) Il-webpage jew download mitluba;
b) Jekk it-talba kinitx ta' suċċess jew le;
ċ) Id-data u l-ħin meta int għamilt aċċess għas-sit;
d) L-indirizz ta' l-Internet tal-website jew l-isem tad-dominju tal- kompjuter li minnu int għamilt aċċess għas-sit;
e) Is-sistema ta' operazzjoni tal-kompjuter li qed imexxi l-web browser tiegħek u t-tip u
l-verżjoni tal-web browser tiegħek.
Jekk jogħġbok innota li din l-informazzjoni hija strettament biss għall-użu
ta' doi.gov.mt u mhix maqsuma, mikrija, jew mibjugħa fi kwalunkwe mod lil xi organizzazzjoni oħra.
3.3 L-użu ta' l-Informazzjoni mis-sit
doi.gov.mt awtomatikament joħloq
cookies għal kull sessjoni meta inti
żżur is-sit ta' l-internet tagħna. Dawn il-cookies jaħżnu informazzjoni li hi mibgħuta
lill-browser tiegħek, flimkien ma' web page, meta inti tagħmel aċċess għall-web
page. Il-browser tiegħek jirritorna l-informazzjoni dwar
il-cookie biss lid-dominju li minnu l-cookie oriġina, jiġifieri doi.gov.mt u ebda
web site ieħor ma jista' jitlob din l-informazzjoni. Meta inti tirritorna għal
www.gov.mt, il-cookie jerġa' jintbgħat lill-web
server, flimkien mat-talba l-ġdida tiegħek.
4.0 Aċċess għal Siti oħra
Is-sit tagħna għandu numru ta' aċċessi għal siti ta' organizzazzjonijiet u aġenziji lokali u internazzjonali oħrajn. Hemm xi każijiet, għall-benefiċċju tal-viżitatur, fejn
jista' jkun meħtieġ li aħna noħolqu aċċess għal siti oħrajn
ta' organizzazzjonijiet oħrajn wara li jinġieb permess mingħandhom
rispettivament. Huwa mportanti għalik li tinnota li malli tagħmel aċċess għal sit ieħor, inti ma tkunx għadek
fis-sit tagħna u ssir soġġett għall-politika privata
tas-sit il-ġdid.
5.0 Aċċess għall-Informazzjoni tiegħek
Inti tista' titlobna fi kwalunkwe ħin liema informazzjoni dwarek hija effettivament miżmuma, jekk
hemm, f'dak il-ħin partikolari. Inti għandek id-dritt li xi affarijiet dwarek li mhumiex eżatti jiġu kkoreġuti u, fejn
applikabbli, mħassra jekk ma jkunux diġa mħassra.
6.0 Bidliet għal din il-Politika Privata
Jekk ikun hemm xi bidliet għal din il-Politika Privata, id-Dipartiment ta'
l-Informazzjoni jissostitwixxi din il-paġna b'verżjoni aġġornata. Huwa għalhekk
fl-interess tiegħek stess li tiċċekkja l-paġna tal-"Politika
Privata" kull meta tagħmel aċċess għas-sit tagħna sabiex tkun konxju
ta' xi tibdiliet li jistgħu iseħħu minn żmien għal żmien.