IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI
CHRIS SAID IMEXXI SESSJONI TA’ KONSULTAZZJONI
DWAR TITJIB FIS-SISTEMA TAL-INFURZAR LOKALI
Bhala parti mill-process tar-riforma
tal-Kunsilli Lokali, is-Segretarju Parlamentari
ghall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni,
Chris Said, organizza seminar ta' gurnata dwar
is-Sistema tal-Infurzar Lokali. Dan is-seminar
li sar bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment
ghall-Gvern Lokali, sar f'Ghawdex u ghalih
attendew rapprezentanti mill-entitajiet li huma
direttament involuti fis-sistema ta' infurzar
lokali, fosthom: il-Kumitati Kongunti, Tribunali
Lokali, Bord tal-Petizzjonijiet, Pulizija,
Awtorita' Dwar it-Trasport (ADT), Agenziji
tal-Gwardjani Lokali u IT Service providers.
L-ghan tas-seminar kien li
jigu diskussi proposti ghal titjib fl-operat
kollu sabiex is-servizz ikun wiehed aktar
efficjenti u sostenibbli kif ukoll iservi l-ghan
principali li titjieb il-buon ordni u l-protezzjoni
tac-cittadini.
F'dan is-seminar saru tlett
workshops li ttrataw aspetti differenti
tas-sistema u saru diversi proposti kif dawn
jistghu jitjiebu. Fl-ahhar tas-seminar gew
prezentati r-rapporti tat-tlett workshops
lis-Segretarju Parlamentari Chris Said, li min-naha
tieghu, filwaqt li rringrazzja lil kull min
ippartecipa, qal li s-sistema tal-infurzar
lokali tehtieg li tkun riformata sabiex isservi
l-iskop principali li tkun ghas-servizz
tac-cittadin.
Hu zied jghid li biex isir
dan jehtieg li jittiehdu diversi mizuri, li
hafna minnhom gew elenkati fir-rapporti tal-workshops,
fosthom: edukazzjoni lic-cittadini kif ukoll
titjib fil-livell tat-tahrig lill-Gwardjani
Lokali, sistemi aktar efficjenti u b'inqas
spejjez, kontroll akbar fuq il-metodu ta'
infurzar, kif ukoll kordinazzjoni ahjar bejn l-entitajiet
kollha nteressati, bhall-Pulizija, l-Gwardjani
tal-Ambjent u l-Gwardjani Lokali. Hu qal ukoll
li dan hu biss il-bidu tal-process li ghandu
jwassal ghal aktar konsultazzjoni f'dan il-qasam
mal-entitajiet kollha involuti fil-qasam
tal-infurzar lokali.
Hu semma wkoll li r-riforma
tal-infurzar lokali mhux bilfors tigi konkluza
mal-emendi fil-ligi tal-Kunsilli Lokali u dan
sabiex ir-riforma tkun wahda holistika li
tindirizza dawk l-oqsma kollha li qed jigu
identifikati li ghandu bzonn titjib. Hu fakkar
li l-Gwardjani Lokali inghataw il-funzjoni ta'
infurzar lokali u dan mhux bl-eskluzjoni
tal-infurzar mill-awtoritajiet centrali.
Ghalhekk jekk isir sforz sabiex ikunu kordinati
l-inizjattivi, ghandu jizdied il-buon ordni
filwaqt li c-cittadin onest ihossu aktar
protett.