Omaggio all'Opera fl-okkazjoni
ta' "Festa Korijiet" f'Ghawdex
Fl-okkazjoni tal-Festa Korijiet li l-Kumitat tac-Celebrazzjonijiet
tal-Millennju f'Ghawdex qed jorganizza bejn is-7 u l-14 ta'
Novembru, se ssir serata klassika b'mistiedna ta' fama
internazzjonali.
Is-serata ‘Omaggio all'Opera' se ssir fil-Palazzo Palina
fil-Lukanda Ta' Cenc f'Ghawdex nhar il-Gimgha 12 ta' Novembru
fis-7.30 p.m. Is-sopran Veronica Vascotto akkumpanjata mill-pjanist
Corrado Gulin, mill-vjolinista Cecilia Micoli u l-vjolincellista
Massimo Favento se tinterpreta arji minn opri ta' muzicisti famuzi
bhal Puccini, Bellini, Stravinsky u Tavan.
Biljetti ghal dan il-kuncert jistghu jinkisbu mill-Ufficcju
tal-Kultura, Pjazza Indipendenza, Victoria. Din is-serata se ssir
b'rizq id-Dar ‘Osanna Pia' mmexxija mis-Salesjan Ghawdxi Fr
Charles Cini. Serata ohra bit-tema ‘Pensando a Napoli' se tittella'
mill-istess kwartet fil-Lukanda Vivaldi f'San Giljan nhar il-Hamis
11 ta' Novembru fit-8.00 p.m. Biljetti jistghu jinkisbu mill-istess
Dar Osanna Pia jew mill-Iskola St Patrick's f'Tas-Sliema.