Qabel l-Elezzjoni ta' xahrejn ilu konna drajna lil Alfred Sant,
il-Mexxej tal-Partit Laburista jiddandan kull fejn imur li l-Gvern
tieghu kien se jkun l-ewwel wiehed f'pajjizna li jiffaccja l-elettorat
minghajr l-ebda ticpisa. Kien ried jaghti l-impressjoni li hu rnexxielu
fejn haddiehor, skond hu, kien naqas bil-kbir. Bilkemm ma riedx ipoggi
lill-Gvern tieghu bhala mudell ghal dawk li riedu jigu warajh!
Kemm kemm kien ghadu spicca jiftahar b'din il-‘bravura' li
proprju f'tarf il-kampanja elettorali faqqa' l-kaz li qaba'
jissemma bhala tal-Lay Lay. Niftakru x'figura kerha kien qata'
l-Partit Laburista f'dak il-kaz tant li meta l-istess Laburisti bdew
isemmu huma stess x'seta' ikkawza t-telfa straordinarja li sofrew,
bdew idahhlu l-kaz tal-Lay Lay fuq quddiem fil-lista taghhom.
Issa li l-affarijiet bdew joqghodu iktar, bdew hergin certi stejjer
li certament ma jikkwalifikawx lill-Gvern ta' Sant bhala wiehed
minghajr tebgha. Qed nisimghu b'hafna praspar li kienu jsiru wara l-hitan
ta' certi Ministeri.
Smajna, u qed nisimghu, kif waqt li fuq il-haddiema tal-Gvern keinet
waqghet il-friza tas-sahra, certi haddiema tal-qalba kienu jinghataw
sahra bl-eluf ta' liri f'kumpens.
Smajna li filwaqt li kienu qed jeqirdu bil-hofor u bil-‘falliment'
ta' certi korporazzjonijiet, l-infiq ghal ikliet u ospitabbilita' xejn
ma kien jitrazzan fil-Ministeri.
Smajna b'maniggji anke f'ezami pubbliku - grajja li konna ilna ma
nisimghu xi haga bhalha snin kbar.
Smajna wkoll kif attivitajiet pubblici li kellhom suppost isiru
minghajr l-ebda nefqa min-naha tal-Gvern, swew l-eluf tal-liri
lill-Kaxxa ta' Malta, minghajr, apparentament, kontrolli ta' xejn.
Hemm diversi kazi ohrajn li certament ghad nisimghu dwarhom u li ghal
darb'ohra jikxfu l-ingann politiku li l-Partit Laburista haseb li
seta' jbella' lill-poplu Malti.
Veru li l-Partit Nazzjonalista qabel l-elezzjoni ma riedx li jimxi
fuq il-passi tal-Partit Laburista billi jibbaza l-kampanja tieghu fuq
it-tfigh tat-tajn. U ghamel sew. Izda, min-naha l-ohra, kif jghid
il-Malti, id-dnub ma jorqodx u l-lum jew ghada kollox isir maghruf.
Il-pozizzjonijiet li qed jiehu l-Partit Laburista, issa fl-Oppozizzjoni,
qed jinftiehmu ahjar. Qed jaghmel minn kollox u juza kull diversiv biex
il-poplu ma jiffukax fuqu u ma jkunx jaf x'wettaq tabilhaqq meta kien
fil-Gvern.
Aktar ma' l-poplu jinghata informazzjoni dwar dak li kien qed isir
minn wara dahru fi zmien Gvern Laburista, aktar wiehed jista' jghid li
jekk kienu kapaci jaghmlu dak kollu fi tnejn u ghoxrin xahar mur ara
x'kienu jaghmlu f'hames snin!
Il-bziezaq politici kollha li nefah Alfred Sant qabel l-Elezzjoni
tassew li nfaqghulu kollha f'wiccu. Hu ironiku ghall-ahhar li l-aktar
fatt li ftahar bih ftit tal-gimghat ilu, issa qed jigri warajh ukoll.
Mhux ta' b'xejn li l-Partit Nazzjonalista kien il-hin kollu
jistqarr li l-pajjiz jixraqlu ahjar. Veru kaz li pajjizna ma kienx haqqu
dak li ghadda minnu. Izda ghallinqas issa qed insiru nafu xi ftit dak li
haddiehor kien jahbi!