“Bħalma
għamel fis-setturi l-oħra kollha li huma importanti għall-kwalità
tal-ħajja tal-Maltin, il-Gvern indirizza l-oqsma tat-toroq u l-komunikazzjoni
bis-serjetà, b’impenn u b’sens ta’ direzzjoni; b’idea ċara ta’
minn fejn tlaqna u ta’ fejn nixtiequ naslu,” qal il-Vici Prim
Ministru Lawrence Gonzi, waqt ħarsa lejn il-ħidma li wettaq il-Gvern
f’dawn is-setturi. “Kulħadd juża
dawn is-
servizzi
u jixtieq li l-problemi jingħelbu u l-isfidi jiġu iffaċjati kemm
jista’ jkun malajr – izda l-għaqal hu mhux li ssolvihom malajr iżda
li ssolvihom darba għal dejjem – u dan hu li qed inwettqu.”
It-Toroq
Tagħna
L-impenn
ta’ dan il-Gvern f’dan is-settur m’huwiex zgħir – matul l-erba’
snin li għaddew, il-Gvern nefaq Lm 30 miljun fuq it-toroq. Kulħadd qed
jara r-riżultat ta’ dan, bit-twettiq ta’ programm sħiħ ta’
titjib, bil-ftuħ ta’ toroq ġodda, titjib f’dawk eżistenti u
sinjali tat-traffiku ta’ livell internazzjonali.Dan qiegħed isir għax il-Gvern għaraf il-bżonn li t-toroq tagħna
jitjiebu, għall-benefiċċju ta’ kull min jużahom. Kien għalhekk li
l-Gvern investa riżorsi konsiderevoli biex jassigura li Malta ser
ikollha toroq ta’ l-ogħla livell biex iservuna mhux biss għalissa
izda ukoll matul is-snin li ġejjin.Għalkemm xogħol bħal dan għandu bżonn iż-żmien tiegħu
biex isir sew, fil-postijiet fejn tlesta wieħed jista’ jara, u
jipprova r-riżultat.
Sar
xogħol estensiv fuq għoxrin triq arterjali. Dawn jinkludu Triq l-Mdina
Qormi u Triq l-Mdina Attard, il-Coast Road, it-Triq ta’ Hal Far, it-Triq
ta’ Burmarrad it-triq li tagħti mill-Qawra san-Naxxar, Psaila Street,
iz-zona fil-bidu tal-Mellieha kif ukoll Triq Hompesch, Fgura.Sar ukoll xogħol fuq
aktar minn 300 triq residenzjali f’għadd kbir ta’ lokalitajiet u
twettaq xogħol ieħor fuq it-toroq fl-industrial
estates ta’ l-Imriehel, Tal-Handaq, u Ħaz-Zebbug.
Bħalissa,
għaddej xogħol fuq madwar 30 kilometru ta’ toroq, b’nefqa ta’ LM
9 miljun, f’madwar tnejn u għoxrin lokalità differenti. It-toroq qed jinqalgħu mill-qiegħ u jerggħu jinbnew mill-gdid,
b’pedamenti sodi. Biex it-toroq ma jerġgħux jiqalgħu wara li
jitlestew, il-Gvern ħsieb li jinbnew culverts
għas-servizzi kif ukoll għall-ilma tax-xita. B’hekk jekk tinqala’
xi ħsara f’xi servizzi li jkunu għaddejjin min taħt it-triq, tiġi
evitata l-problema li terġa’ tinqala’ t-triq ftit wara li tkun
tlestiet.Biex il-livell ikompli
jitjieb kif mixtieq, se jibda jitħaddem master-plan,
mifrux fuqgħaxar snin li
se jiżgura li jkompli jkun hemm titjib fit-toroq b’mod ippjanat u
kkoordinat.
Ħafna
familji Maltin, speċjalment tfal, zgħazagħ u anzjani, jużaw it-trasport
pubbliku. Hawnhekk ukoll il-Gvern qiegħed iħejji għall-bidla
sostanzjali fil-kwalità billi nħarġu “specifications”
obbligatorji għall-karozzi tal-linja ġodda li jiggarantixxu kumdità u
sigurtà għal kull min jużahom. Il-Gvern żied b’mod qawwi s-sussidju,
li issa jlaħħaq Lm 32,000, għal kull sid li jixtieq jixtri karozza
tal-linja ġdida.B’hekk
jingħata servizz aħjar u iżjed konvenjenti u iżjed nies jitħajru jużaw
it-trasport pubbliku filwaqt li jonqos it-traffiku.Il-karozzi l-ġodda, minbarra li se jagħmlu ħafna anqas ħsara
lill-ambjent u lis-saħħa, huma aktar aċċessibbli għall-anzjani,
tfal żgħar u nies bi problemi ta’ mobilità.
Telekomunikazzjoni
Is-servizzi
ta’ telekomunikazzjoni llum saru parti integrali mill-ħajja moderna
ta’ kuljum, bl-użu dejjem jikber tat-telefon, tal-computers,
ta’ l-internet u tal-mobile
phone.
Familji
Maltin, bħal dawk f’kull pajjiż żviluppat ieħor, saru japprezzaw
il-facilità li jistgħu jkunu f’kuntatt ma’ xulxin kullimkien u
f’kull ħin. Issa, b’riżultat ta’ l-emendi fl-Att tat-Telekomunikazzjoni,
il-Maltin għandhom aċċess għall-varjetà sħiħa ta’ servizzi
f’dan il-qasam li jħabbtuha ma’ l-aqwa fid-dinja. L-aħħar
statistiċi juru li 25% tal-popolazzjoni Maltija għandha aċċess għall-internet
filwaqt li 250,000 persuna f’Malta għandha telefon ċellulari.
F’Jannar li ġej, dan is-settur jiġi lliberalizzat kompletament.
Dan mistenni jġib miegħu firxa usa’ ta’ servizzi u aktar effiċjenza.
Fosthom nistennew roħs fit-tariffi tat-telefonati internazzjonali.
Dan
kollu sar għax il-Gvern għamel investimenti kbar f’dan is-settur,
sabiex jgħolli l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. Il-mira
tal-Gvern issa hi li nibqgħu mixjin bir-ritmu mgħaġġel li qbadna kif
qed isir fl-infrastruttura ta’ l-informatika.
Il-Qasam
Marittimu
Bħala
gżira, il-qasam marittimu bilfors għandu impatt kbir fuq il-ħajja tagħna.
Barra minn hekk, ir-reġistru merkantili Malti hu l-ħames l-akbar reġistru
tal-vapuri fid-dinja. Bħal f’kull qasam ieħor, il-Gvern mexa
b’impenn serju biex l-affarijiet jimxu ’l quddiem.In-numru totali ta’ vapuri taħt il-bandiera Maltija, issa laħaq
3,100 bi gross ta’ 27.5 miljun tunnellata. Illum, adattajna ruħna sew
għal dak li hemm maħsub fil-ligi internazzjonali dwar il-vapuri
merkantili u twaqqaf kunsill leġislattiv apposta biex iżomm
il-ligijiet ta’ Malta fil-qasam marittimu dejjem aġġornati.
It-traffiku
marittimu lejn il-gżejjer Maltin qed ikompli jikber, kemm fl-ammont ta’
vapuri kif ukoll fil-piż.L-akbar
żieda ġejja mill-cruise liners li
qed jużaw il-Port il-Kbir dejjem aktar. Sa l-aħħar tas-sena,
mistennija li jkunu waslu ma’ l- 400 cruise
liner li jkunu ġabu magħhom mat-300, 000 passiġġier.
Matul
din is-sena tkompla x-xogħol mill-Awtorità Marittima fuq il-proġett għall-iżvilupp
tal-portijiet taċ-Ċirkewwa u ta’ l-Imġarr. L-għanijiet prinċipali
ta’ dan il-proġett, li mistenni jiswa madwar Lm13-il miljun, huma li
l-port taċ-Ċirkewwa jsir port li jista’ jopera kemm jista’ jkun
f’kull temp kif ukoll sabiex jiġu akkomodati aħjar il-bastimenti
tal-Gozo Channel Co. Ltd u l-pubbliku jkun moqdi aħjar u b’mod iktar
effiċjenti.