"Is-serhan il-mohh hafna drabi ma jkunx apprezzat bizzejjed.
Madankollu huwa htiega bazika ghall-hajja ta' kwalità tajba. Dan
ghaliex, bhala individwi, nistghu nsibu l-milja taghna w l-paci fina
nfusna - kif ukoll nistghanew bhala nazzjon - meta madwarna nhossu li
hemm socjetà li tiggarantixxi s-sigurtà, is-serenità, u li hija
organizzata tajjeb." Dan qalu l-Vici Prim Ministru u Ministru
ghall-Politika Socjali, Lawrence Gonzi waqt
konferenza stampa li ffukat
fuq il-hidma tal-Gvern fl-
oqsma tas-servizzi
u amministrazzjoni f'livell lokali u nazzjonali."Din hija r-raguni
l-ghala dan il-Gvern ha hsieb u indirizza, b'mod serju, il-fatturi
kollha li fuqhom jiddependu s-serhan il-mohh u s-sigurtà tal-poplu."
Il-konferenza ta' l-ahbarijiet kienet indirizzata wkoll mill-Ministru
ghas-Servizzi Ekonomici, Josef Bonnici, mill-Ministru ta’ l-Intern u
l-Ambjent, Tonio Borg, u mill-Ministru ghall-Gustizzja u Gvern Lokali,
Austin Gatt.
Socjetà Gusta u Mmexxija tajjeb
Kullhadd japprezza socjetà li fiha jkun hemm serhan
il-mohh, sigurtà u li tkun immexxija tajjeb. Biex il-poplu Malti jkollu
dak l-ambjent socjali li jixraqlu, il-Gvern hadem biex il-Pulizija
tharrax il-glieda kontra l-kriminalità. Il-Korp tal-Pulizija gie
msahhah wara li zdied ir-reklutagg kemm ta’ l-ufficjali kif ukoll
tal-kuntistabbli, b'kundizzjonijiet ta' ingagg godda u aktar stretti.
Wara waqfa ta’ tliet snin, fl-ahhar erba’ snin dahlu 235 pulizija
gdid fil-Korp. Il-pulizija godda huma kollha kkwalifikati wara li dan
il-Gvern zied ir-rekwiziti minimi ghal min japplika biex jissieheb
fil-Korp. Il-Gvern, b’serjetà u responsabbilità, kabbar bil-kbir in-nefqa
tal-Pulizija. Fl-ahhar erba snin, il-Pulizija nghatat madwar Lm67.5
miljun lira f’pagi, sahra u allowences biex tkun tista’ taqdi
d-dmirijiet taghha b’mod efficjenti u effettiv. Fl-istess waqt,
il-Gvern baqa’ jadotta linja iebsa kontra min jikser il-ligi ikun min
ikun.
Is-serhan tal-mohh tal-Maltin qed jizdied billi
zdiedet ukoll il-prezenza tal-pulizija fil-lokalitajiet madwar Malta u
Ghawdex u nholqu patrols mal-bajjiet u f’zoni turistici matul
ix-xhur tas-Sajf. Fid-Depot tal-Pulizija nfetah kumpless amministrattiv
gdid li sewa madwar Lm1 miljunu nbnew jew gew modernizzati aktar
minn ghoxrin ghassa bhal ta’ l-Imdina, Mtarfa, Birkirkara, Zejtun,
Sliema u Bormla. Ghar-ristrutturar u l-immodernizzar ta’ l-ghases,
matul din is-sena biss, il-Gvern ivvota Lm180,000. Dan minbarra li
fl-1999 intefqet is-somma ta’ Lm80,000 biex tinbena ghassa
kompletament gdida fil-Belt Valletta. Il-Pulizija stess illum jistghu
jahdmu f’ambjent xieraq li jirrifletti x-xoghol importanti li jwettqu.
Il-Gvern zied il-vot kapitali tal-Pulizija b’erbghin fil-mija u fl-ahhar
erba’ snin intefqu madwar Lm2 miljun lira f’xiri ta’ apparat li
kien jinkludi makna li tqabbel il-marki tas-swaba b’mod awtomatiku,
sistema li biha l-Pulizija tkun taf fejn huma l-vetturi taghha f’kull
hin tal-gurnata, security cameras,bullet proof vests,
vetturi godda u taghmir iehor.
Il-Gvern iqis li d-droga hija l-akbar ghadu
tal-familji taghna. Ghalhekk ghadda ligi dwar is-Servizzi tas-Sigurtà (li
l-Gvern precedenti kien beda jippjana biex inehhiha) li fiha inkorpora
l-Unit Nazzjonali ta’ l-Intelligence dwar id-Droga. Flimkien mal-Pulizija
u l-forzi l-ohra ta’ l-ordni qeghdin ta’ kull jum jinkisbu rizultati
nkoragganti f’din il-glieda b’rekords li nkisru f’qabdiet ta’
droga, arresti u persuni li ttellghu l-Qorti.
L-Agenzija Sedqa ffukat il-programmi ta' prevenzjoni
fuq dawk li l-aktar jinsabu f'riskju li jinhakmu mid-droga. Sedqa
kompliet tissahhah billi ngaggat maghha persuni specjalizzati ghal dan
il-programm. Bdiet ukoll servizz gdid ghal dawk il-persuni li huma
suxxettibbli ghall-vizzju tal-loghob ta' flus.
Il-Maltin il-lum ghandhom access aktar malajr
ghall-amministrazzjoni tal-gustizzja. Dan grazzi ghal titijib kontinwu
li sar u qed ikompli jsir fil-Qrati tal-Gustizzja, kemm dawk civili kif
ukoll kriminali. F'dawn il-Qrati saru riformi amministrattivi u kien
hemm titijib sinifikanti fil-facilitajiet.
Protezzjoni
Dawk li jsibu ruhhom fil-periklu jew
f'sitwazzjonijiet ta' emergenza llum jircievu assistenza kemm fuq l-art
kif ukoll fuq il-bahar, mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili. Illum,
dan id-Dipartiment ihaddan fih aktar persuni mharrga tajjeb u kiseb
apparat li jiswa aktar minn Lm 7 miljun. Dan jinkludi madwar tletin fire-engine
godda, erba’ lanec mghammra ghat-tifi tan-nar u salvatagg fuq il-bahar
u apparat sofistikat ghall-gbir taz-zejt mill-bahar. Hemm ukoll fire
stations godda.
Il-Forzi Armati wkoll raw titjib sostanzjali
fic-centru tal-kmand centrali u komunikazzjoni. Dan ser jghinhom biex
jaghtu sehem dejjem aktar effettiv biex tinzamm is-sigurtà esterna u l-integrità
tal-Gzejjer Maltin kemm fi zmien ta' paci kif ukoll f'sitwazzjonijiet ta'
krizi.
Kunsilli Lokali
Il-Poplu Malti illum qed igawdi minn ambjent ta’
serhan il-mohh anki fuq livell lokali. Il-Gvern sahhah il-Kunsilli
Lokali għax jemmen fihom. Fl-ahhar erba’ snin, il-Gvern dejjem kabbar
in-nefqa tal-Kunsilli Lokali biex ikunu jistghu jaqghdu d-dmirijiet
taghhom b’mod aktar efficjenti u effettiv. Din is-sena l-allokazzjoni
finanzjarja kompliet tiżdied u lahqet ’il fuq minn Lm10.5 miljun. Fl-istess
waqt, illum, il-Kunsilli Lokali jistghu jsahhu l-lokalità taghhom
b’mod aktar dirett billi qed imexxu propjetajiet, fosthom libreriji u
faċilitajiet sportivi, u nghataw responsabilitajiet akbar bhad-dawl
tat-toroq.
Aktar decizjonijiet li jolqtu lilna fil hajja ta’
kuljum taghna qed jittiehdu fil-lokalità taghna stess – din hija
serjetà.
Servizzi f' Epoka Gdida
Minbarra li qed jizgura l-htigiet immedjati, il-Gvern
qed jippjana biex il-Maltin ikunu jistghu jkomplu jgawdu kwalità ta'
hajja ahjar anki fil-futur billi jsir l-aqwa uzu mill-izviluppi
teknologici. Illum il-Maltin qed isiru iktar ezigenti. Kullhadd jeħtieg
servizz effiċjenti bla telf ta’ zmien. Għallhekk il-Gvern beda
jimplimenta l-eGovernment, il-provediment ta’ servizzi
tal-Gvern fi kwalunkwe hin, 24 siegha kuljum permezz ta’ l-internet.
B’hekk, il-kwalità tal-hajja tal-Maltin ser tkompli titjieb bl-uzu
tat-teknologija ta' l-informatika u l-komunikazzjoni (ICT).
Serjetà fl-ekonomija
Fl-ahhar erba’ snin il-Gvern imbarka fuq Politika
Industrijali biex jizdied l-investiment f’pajjizna u jitkattru aktar
opportunitajiet ta’ xoghol ghall-Maltin u l-Ghawdxin. Il-Gvern hadem
fuq pjan u strategija kif ghandu jkun adottat it-tkattir u l-Izvilupp
Industrijali ta’ pajjizna. L-Att dwar l-Izvilupp Industrijali ta’
spinta ’l quddiem lill-ekonomija ta’ pajjizna b’diversi kumpaniji
jiddecidu li jinvestu f’Malta jew jespandu l-operat taghhom wara li
bbenefikaw mill-vantaggi li joffri dan l-Att. Sabiex jizdied l-investiment
dirett barrani l-Gvern ha l-inizjattiva li jwaqqaf il-Malta Enterprise,
bil-ghan li l-funzjoni ta’ l-MDC, il-METCO u l-IPSE jkunu nkorporati
flimkien biex titkattar attività gdida u ecitanti ghal futur ta’
pajjizna.
Kompla r-ristrutturar ta’ l-industrija lokali biex
din tinghata d-direzzjoni u l-ghajnuna mehtiega biex tirristruttura u
timmodernizza ruha. Aspett krucjali ta’ din il-hidma huwa l-process
tat-tnehhija tal-levies li, filwaqt li minn dejjem kienu ta’
piz fuq il-konsumatur, maz-zmien spiccaw biex honqu t-trasformazzjoni
mehtiega fl-industrija lokali. Tul din is-sena komplew jizzarmaw il-levies
fuq prodotti industrijali li ser ikunu tnehhew kompletament sa Jannar
2003.
Bis-serjetà
Id-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika
Socjali, Lawrence Gonzi, kkonkluda: ‘Il-Gvern huwa qrib u jifhem
il-htigijiet tal-poplu. Fl-istess waqt, ahna ngharfu l-karattru kompatt
u, kumpless tas-socjetà Maltija. Ghaldaqstant, zgurajna li l-oqsma
kollha li jikkontribwixxu biex il-poplu jkollu s-serhan il-mohh,
il-harsien u s-sigurtà - kemm f'livell lokali u nazzjonali - jkunu
indirizzati sew u bis-serjetà.