"Il-Gvern sodisfatt li, b'rizultat ta' ghadd ta' mizuri realistici
u prudenti li ha f'dawn l-ahhar erba' snin, is-sitwazzjoni finanzjarja
mwergha li kien qed jiffaccja pajjizna, kienu indirizzati u l-Maltin l-lum
jistghu jharsu 'l quddiem lejn aktar prosperita b’livell ta’ hajja
ahjar." Dan habbru l-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika
Socjali, Lawrence Gonzi, waqt harsa lejn il-hidma tal-Gvern fil-qasam
ekonomiku matul l-ahhar erba' snin.
Il-konferenza ta' l-ahbarijiet kienet indirizzata
wkoll mill-Ministru tal-Finanzi, John Dalli. Huwa qal: "l-ekonomija
ta' pajjiz hija kumplessa u biex tinkiseb bidla fil-mod ta' kif kienu
sejrin l-affarijiet jehtieg li jkun hemm sens car ta' direzzjoni,
jittiehdu decizzjonijiet iebsin, u ssir hidma ko-ordinata u impenn shih
minn kulhadd. L-ekonomija ta' kwalunkwe pajjiz, tintlaqat ukoll minn
numru ta' kundizzjonijiet esterni. Fil-kaz ta' Malta, ghalkemm ghad
fadlilna x'naqdfu, minghajr dubju li hrigna minn perjodu difficli w issa
qbadna r-rotta t-tajba. L-izbilanc u d-dejn tal-Gvern issa qed jigu
kkontrollati, l-ekonomija taghna qed turi sinjali ta' tkabbir u d-dhul
medju qed jizdied."
Pjan ta' Sitt Snin
Il-kwistjoni tad-dejn tal-Gvern, u l-implikazzjoni
tal-hlas tat-taxxi li din iggib maghha, kienet hassbet lil hafna. Li
nergghu nistabbilixxu l-istabilita' ekonomika u li nfasslu hidma biex
nergghu naqbdu r-rotta tal-prosperita' kienu komponent essenzjali
tal-mira tal-Gvern biex iwassal ghal kwalita' ta' hajja ahjar
ghall-Maltin kollha. Biex dan jinkiseb, fl-1999 tfassal pjan fit-tul ta'
sitt snin biex inaqqas id-dejn tal-Gvern u jikkontrolla l-izbilanc. Dan
il-pjan qed jaghti l-frott.
Niksbu Rizultati Tangibbli
B'rizultat tal-politika addottata mill-Gvern, huwa
stmat li d-dejn nazzjonali se jkun qrib tal-mira ta' 60% tal- Prodott
Gross Domestiku (GDP), kif stabbilit mill-Gvern fil-pjan ta' sitt snin.
Kien hemm progress ukoll biex jitnaqqas l-izbilanc.
Sa l-ahhar ta' l-2002 huwa stmat li dan ser ikun fil-livell ta' 4.6% tal-GDP
– qrib hafna tal-livell immirat mill-Gvern. Dan l-izbilanc kien lahaq
12% tal-GDP fl-1998.
Ir-rizultati ekonomici ta' l-ewwel kwart tas-sena
2002 juru li l-ekonomija tal-pajjiz qed tikber b’mod reali. Il-Prodott
Gross Domestiku lahaq Lm399 miljun – zieda ta' Lm11.4 miljun meta
mqabbel ma' l-istess kwart tas-sena l-ohra. Dan ifisser tkabbir ta' 1.4%
f'termini reali. Sa l-ahhar ta’ din is-sena, l-GDP huwa mistenni jitla
sa Lm1700 miljun minn Lm1200 fl-1996 – zieda ta’ Lm500 miljun.
Fl-istess perijodu, il-Prodott Gross Nazzjonali (GNP)
lahaq Lm 412.5 miljun, zieda ta' Lm14-il miljun, meta mqabbel ma' l-istess
kwart tas-sena l-ohra. Dan ifisser tkabbir ta’ 2.8% f'termini reali.
Il-medja tad-dhul ras ghal ras tal-haddiema f'Malta
wkoll qed tizdied b'ritmu tajjeb - huwa stmat li dan id-dhul zdied b’
Lm 18 fil-gimgha fl- ahhar erba’ snin.
Servizzi li jitwasslu b'mod ekonomiku u efficjenti
Inbeda programm estensiv biex jikkontrolla l-ispejjez
tad-Dipartimenti tal-Gvern. Hemm pjani ohra li qed jitwettqu biex
jimplimentaw ezercizzji ta' benchmarking li ser iwasslu ghal
efficjenza akbar. Ir-rwol ta' l-Ufficcju tar-Revizzjoni l-gdid ghandu
jghin mhux ftit biex tinkiseb l-ikbar efficjenza mill-ispejjez li jkunu
mehtiega li jsiru.
Irridu noholqu Tarzna vijabbli
Li tinkiseb vijabbilta' ghat-Tarzna hija parti mill-pjan
ekonomiku tal-Gvern. Il-miri stabbiliti fl-2001 skond skema ta' irtirar
kmieni mix-xoghol intlahqu, u dan ifisser inqas hrug ta' sussidji
fil-futur.
Strategija ghall-Privatizazzjoni
Il-poplu Malti ser jibbenefika minn ekonomija aktar
moderna u liberalizzata. Il-process ta' privatizazzjoni totali u
parzjali ta' certi kumpanniji ser iwassal biex ikollna ekonomija gdida
– u fuq kollox ser jikkontribwixxi biex ikompli jitnaqqas id-dejn
tal-Gvern.
Biex nizguraw li pajjizna jinnegozja l-aqwa ftehim
possibbli jiehu z-zmien, u dan jghodd aktar meta wiehed jikkunsidra li
l-ekonomija dinjija ghaddejja minn perjodu difficli. Minkejja dan,
kellna numru ta' sucessi bil-privatizazzjoni tal-Mid-Med Bank,
tal-Maltapost u ta' l-MIA. In-negozjati dwar il-Port Hieles issa regghu
bdew u dalwaqt ser inhabbru l-progress li ghamilna dwar il-Lottu
Pubbbliku. Il-Gvern ghaddej bil-process u dalwaqt ser johrog sejha ghal
min huwa interessat fil-Mediterranean Offshore Bunkering Company (MOBC).
Progetti
Numru ta' progetti ewlenin, li l-Gvern qed u ser
ikompli jappoggjahom u jinkuraggihom, bhalma huma dawk ta' Tigne’ u
Manoel Island, tal-Kottonera, u tal-Valletta Cruise Liner terminal, se
jkomplu jtejjbu l-infrastruttura ekonomika tal-pajjiz. Ir-ritmu li qabdu
dawn il-progetti mhux biss ser iwasslu biex fihom infushom ikunu
progetti vijabbli ghal Malta, izda ser iservu wkoll biex ikunu sors ta'
impjiegi vijabbli ghal bosta snin.
Inkattru Klima ta' Fiducja
Huwa mistenni li t-tkabbir ekonomiku ghandu jkompli
jirkupra fl-ahhar kwart ta' din is-sena, b'rizultat ta' zieda fl-esportazzjoni
fis-settur tal-manifattura. Kumpanniji lokali, fil-fatt, qed janticipaw
ordnijiet akbar ghall-esportazzjoni u ser tizdied il-possibilta' ta'
aktar opportunitajiet ta' xoghol f'dawn il-kumpanniji, kemm il-darba l-kundizzjonijiet
f'pajjizi li lejhom nesportaw ikomplu jitjiebu kif qed jigri bhalissa.
Dan se jkollu effett pozittiv ukoll fuq il-kumpanniji li jipproducu
ghas-suq Malti.
‘Ghalkemm il-Gvern jistabbilixxi l-parametri
tal-prosperita' ekonomika, kull min hu involut fl-ekonomija ta sehem
biex tinkiseb il-bidla mehtiega. Fl-ahhar mill-ahhar, wara ir-ritmu
ekonomiku ta’ pajjizna hemm il-klima ta' fiducja li rega gie mkattar
fost il-poplu Malti. Dan it-tkattir ta’ fiducja x'aktarx huwa wiehed
mill-akbar kisbiet ta' dan il-Gvern,’ qal l-Ministru Dalli.
Ir-Rizultati tal-Hidma
Il-Vici Prim Ministru tenna: ‘Huwa car li x-xoghol
siewi kollu li twettaq tul dawn l-ahhar erba snin hallew r-rizultati.
Il-Maltin il-lum jistghu jharsu lejn futur li fih ser igawdu mill-beneficcji
ta' ekonomija li ser tohloq aktar prosperita'. Meta nharsu 'l quddiem,
huwa importanti hafna li nibzghu ghal din il-prosperita' ekonomika, u
nkattruha halli ngawdu minnha fiz-zmien li gej," kkonkluda Dr Gonzi.