L-anzjani f’Malta, il-lum, ghandhom servizzi tas-sahha specjalizzati,
facilitajiet domiciljari u ta’ matul il-jum,u servizzi residenzjali
godda, serhan il-mohh, kif ukoll attivitajiet edukattivi u kulturali
mahsuba apposta ghalihom. L-anzjani qed ikollhom kwalita’ ta’ hajja
dejjem toghla.
Waqt harsa lejn il-hidma tal-Gvern tul dawn l-ahhar erba' snin, il-Vici
Prim Ministru u Ministru ghall-Politika
Socjali, Lawrence Gonzi, qal li
"il-gid,id-demokrazija u l-liberta' li qed ingawdu f'Malta l-lum
inkisbu biss bl-impenn, is-sagrificcji, u x-xoghol iebes ta' dawk li
l-lum huma anzjani.Ghalhekk, il-Gvern qed jizgura li l-anzjani, li huma
fil-qalba tas-socjeta' taghna, jgawdu minn dik il-kwalita' tal-hajja li,
grazzi ghad-dedikazzjoni taghhom, illum ghandna". Il-konferenza ta'
l-ahbarijiet kienet indirizzata wkoll mill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni,
Louis Galea, il-Ministru ghas-Sahha, Louis Deguara, kif ukoll
mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali,
Antoine Mifsud Bonnici.
Aktar ghajnuna
Ahna hdimna bis-shih biex kemm jista’ jkun
l-anzjani jaqtghu x-xewqa taghhom li jibqghu jghixu fi hdan il-familja
taghhom u fil-komunita' ta' madwarhom. Biex dan isehh hloqna struttura
biex l-anzjani jinghatalhom appogg sahansitra f'darhom stess
bis-servizzi tal-Home Help, tal-Handyman Services,
tat-Telecare u tal-Meals on Wheels. Fl-istess waqat inghata bidu
ghal progett ta’ l-istallazjoni ta’ lifts li permezz tieghu diversi
anzjani u persuni b’dizabilita’ sar passobili ghalihom li jkomplu
jghixu fil-komunita’. Decizjoni importanti f’dawn it-tlett snin
kienet dik li permezz taghha is-servizzi kollha li jinghataw
lill-anzjani bdew jigu moghtija wkoll lill-persuni b’dizabilita’.
L-anzjani ghandhom ukoll access ghal numru ta’ day centres
fil-lokalita’ taghhom stess. Infethu day centres godda
fl-Imtarfa, Bormla, B’Kara, Hal Luqa u San Pawl il-Bahar. Dawn
ic-centri jipprovdu lill-anzjani appogg matul il-jum u fl-istess waqt
ihalluhom fil-liberta’ li jkomplu jghixu hajja attiva fil-lokalita
taghhom stess.
Hsibna wkoll ghal dawk l-anzjani li ma jistghux jghixu fil-komunita’.
Fir-residenza ta’ San Vincenz de Paule ghaddej xoghol ta’ bini u
immodernizzar biex tkompli toghla il-kwalita’ tal-hajja ta’
l-anzjani li jghixu hemm. Ix-xoghol li ghaddej huwa mahsub biex jkun
hemm akkomodazzjoni ghal aktar anzjani f’ambjent isbah, aktar komdu u
aktar modern. Is-‘Serenity Wards’ li nfethu f’Marzu
tas-sena 2001, b’investiment ta’ Lm2.5 miljun,huma
ezempju haj ta kif dan il-gvern qed juri b’mod konkret, l-apprezament
ghax-xoghol iebes ta’ l-anzjani tul hajjithom. Progett iehor ta’
bini mill-gdid ta’ wards, u ser jitlesta f’Marzu tas-sena d-diehla,
huwa stmat li se jkun jiswa Lm4.5 miljun. Is-swali l-qodma qed ikunu
rrangati kif ukoll mibnija mill-gdid. Il-bini huwa mahsub biex ikun hemm
access ghal persuni bi problemi ta’ mobilita’. Ir-residenza ta’
San Vincenz de Paule qed tkun mghammra bl-aqwa facilitajiet medici u
sanitarji kollha. Qed tinghata wkoll attenzjoni partikulari biex
ir-residenti jkollhom spazju bizzejjed biex igawdu l-privatezza li
jixirqilhom.
Dawk li jiehdu hsieb l-anzjani fil-familja taghhom stess se jkollhom
il-facilita' li jiehdu granet ta' mistrieh (respite) billi
l-anzjani taghhom jinghataw perjodu qasir ta' kura f'San Vincenz de
Paule.
Infethet id-far ghall-Anzjani gewwa Bormla filwaqt li l-anzjani li
jinsabu fid-djar l-Imtarfa, l-Imsida u l-Furjana ukoll qed igawdu minn
titjib f'dawn il-postijiet kif ukoll varjeta' akbar ta' servizzi fosthom
ta' fizjoterapija u ta' terapija okkupazzjonali.
Fil-qasam tal-persuni b’dizabilita’ saru qabziet kbar. Ghal l-ewwel
darba il-peruni b’dizabilita’ inghataw vuci permezz tal-ligi gdida
dwar l-opportunitajiet indaqs. Inbdew wkoll tlett progetti, b’nefqa
ttoali ta’ Lm250,000 li ser jipprovdu servizzi residenzjali b’appogg
fil-komunita’ ghal persuni b’dizabilita’.
Is-Sahha
Il-Maltin ta’ kull eta’ qed ikunu imhegga biex
jibzghu' aktar ghal sahhithom. Il-kwalita’ gholja ta’ kura li qed
jircievi l-poplu Malti qed tippermetti li n-nies jghixu kwalita’ ta’
hajja ahjar u aktar fit-tul. B’hekk, it-talba ghall-kura ta’ mard
degenerattiv zdiedet konsiderevolment. Il-Gvern hu mpenjat li jsahhah
dawk is-servizzi reletati ma’ dan ix-xorta ta’ mard li jolqot
lill-anzjani. Zdied in-numru ta’ konsulenti fid-dipartimenti
tal-Ortopedia, Oftalmija u Kardjologija. Dan ghandu jghin biex inaqqas
l-istennija ghall-operazzjonijiet. Barra minnhekk qeghdin isiru wkoll
operazzjonijiet u investigazzjonijiet fil-Hdud u festi.
L-anzjani jistghu ukoll jaghmlu uzu mis-servizzi b’xejn mic-Centri
tas-Sahha. Hekk l-anzjani isibu is-servizzi vicin il-komunita’. Zdiedu
wkoll medicini godda li jinghataw b’xejn u llum l-anzjani jistghu
jigbru l-medicini mic-Centri tas-Sahha mighajr il-htiega li jmorru
l-Isptar San Luqa.
Il-Gvern kompla sahhah is-servizzi eccellenti li jinghataw minn Zammit
Clapp li jispecjalizza fuq kura u riabilitazzjoni ghall-anzjani.
Minhabba l-kwalita’ gholja tas-servizzi offruti minn dan l-isptar
it-talbiet minn anzjani ghall-riabilitazzjoni baqghu jizdiedu. Matul
l-ahhar sena kien hemm izjed minn 1000 admisssion u aktar minn
800 attendenza fid-Day Hospital.
Hajja ahjar permezz tal-kultura u l-edukazzjoni
Anki l-hin liberu ta’ l-anzjani qed jintela
b’varjeta ta’ attivitajiet li qed jigu organizzati ghal ta’
l-apposta. Il-lum l-anzjani qed igawdu kwalita' ta' hajja ahjar permezz
ta' programmi kreattivi edukattivi u kulturali li jkunu organizzati
ghalihom b'mod regulari. Dan qed isir kemm f'livell ta' Gvern Centrali
kif ukoll fuq bazi ta' Kunsilli Lokali. L-attvitajiet jinkludu fost
affarijiet ohra, zjajjar kulturali, lunch-time concerts,
festivals, u zjajjar ta' interess storiku.
Diversi persuni anzjani qed jaghzlu wkoll li jkomplu bl-edukazzjoni
tasghhom fl-Universita' tat-Terza Eta'. F'dawn l-aħħar snin
l-Universita tat-Terza Eta' qed tilqa madwar 800 student kull-sena.L-anzjani f'Ghawdex il-lum ghandhom ukoll l-opportunita' li
jattendu din l-Universita' f'Ghawdex stess. Hawnhekk l-anzjani, mhux
biss jitghallmu aktar, izda qed isirulhom programmi interessanti.
Il-Gvern qed jahdem biex jizviluppa u jsahhah l-istrutturi edukattivi
tal-pajjiz biex dawn isiru istituzzjonijiet li joffru taghlim tul
il-hajja. Bdiet tithejja politika nazzjonali kif ukoll pjan strategiku
biex f'pajjiżna noffru kull opportunita lill-poplu biex ikun jista
ikompli jitgħallem tul il-ħajja.
Titjib Tangibbli li Jaghmel Differenza
"Ahna tassew nemmnu li dan il-Gvern, meta wettaq titjib f'dawn
l-oqsma kollha, qed jizgura li l-kwalita' tal-hajja li l-lum ghandna
f'Malta qed titgawda wkoll mill-anzjani, li huma propju l-qalba
tas-socjeta' Maltija", ikkonkluda il-Vici Prim Ministru. "Ma
nkunx qieghdin nesageraw meta nghidu li l-anzjani qatt ma kellhom hajja
daqshekk twila, b'sahhitha, moghnija b'ghadd ta' attivitajiet kulturali,
u appoggjata bis-servizzi mehtiega kemm f'dar l-anzjani stess kif ukoll
f'residenzi u fi sptarijiet iddedikati apposta ghalihom."