LAQGĦA TA’ KULL XAHAR
TAL-PRIM MINISTRU LAWRENCEGONZI MAL-MEDIA
Berġa
ta’ Kastilja
Is-Sibt 11 ta’ Settembru 2004
Prim Ministru
Buon Giorno lil kulħadd.Xtaqt nagħmel introduzzjoni bħalma nagħmel is-soltu f’dan il-press
briefing forsi nolqot ftit punti inġenerali.
L-ewwelnett, illum irrid infakkar, ta’ min nirriflettu ftit fuq
il-fatt li llum nzerta t-tielet anniversarju mill-11 ta’ Settembru u
l-bidu tista’ tgħid, għax jekk wieħed joqgħod jirrifletti ftit,
dik id-data apparti t-traġedja umanitarja u l-kwalita’ ta’ l-attakki
terroristiċi li nbidlu f’daqqa waħda minn dakinhar, però kellu bidu
ġdid fl-opinjoni tiegħi, ta’ realtajiet ekonomiċi, soċjali, politiċi
tista’ tgħid mad-dinja kollha.
F’daqqa waħda l-popli
kollha mad-dinja kollha irrealizzaw illi għandhom għadu illi wiċċu
ma tistax tarah, għadu illi m’għandux limiti ta’ xejn assolutament
u ma jiddejjaq xejn illi jattakka lil vittmi innoċenti, xi ħaġa li
rajniha sfortunatament mhux tieqaf imma pjuttost tkompli tul il-perjodu
ta’ tliet snin, partikolarment issa bl-atroċitajiet li rajna fi ftit
ġranet ilu ġo Beslan, ġewwa r-Russja bl-attakk li sar minn
terroritistiċi fi skola fejn rajna dawk il-mijiet ta’ tfal ikunu
vittmi oħrajn innoċenti għall-attakki terroristiċi.Hija r-realta’ illi naħseb fit-tielet anniversarju tal-11 ta’
Settembru tas-sena 2004 irridu nirriflettu fuqha, anke aħna bħala
poplu Malti għal diversi raġunijiet biex aħna fil-limitazzjonijiet
tagħna naturalment, però irridu nagħtu l-kontribut tagħna biex fuq
livelli internazzjonali u fuq livell Ewropew, jittieħdu l-miżuri
kollha neċessarji biex miżuri kontra t-terroriżmu u dak kollox li għandu
bżonn li jittieħed, il-miżuri kollha li jistgħu jittieħdu
b’koperazzjoni bejn il-pajjiżi li jemmnu fid-demokrazija u fid-dinjita’
tal-bniedem, aħna nkunu nistgħu ukoll nagħtu l-kontribut tagħna biex
jintlaħaq l-iskop ħalli tintrebaħ il-battalja kontra dan it-tip ta’
terroriżmu.
Naturalment realta’ li
anke effettwat pajjiżna fuq livelli differenti speċjalment fuq livell
ekonomiku.Pajjiżna hu bħal
pajjiżi oħrajn li għandu ekonomija miftuħa li teffettwa ruħha
b’dak li jkun qed jiġri fuq livell mondjali, livell internazzjonali u
allura anke aħna bħal pajjiżi oħrajn tul dawn it-tliet snin, għaddejna
minn mumenti fejn anke l-ekonomija tagħna kellha
l-effett tagħha. Però l-punt li xtaqt nagħmel illum huwa biss
punt ta’ riflessjoni fuq qagħda internazzjonali illi prattikament
hija l-kontradizzjoni ta’ l-esperjenza li aħna għexna forsi fl-aħħar
taż-żmienijiet tat-tmeninjiet, prattikament meta rajna żviluppi li
nkoraġġewna bħala poplu fl-Ewropa.Meta rajna l-ħajt ta’ Berlin jaqa’, meta rajna pajjiżi
fil-Lvant ta’ l-Ewropa li kienu għal tant snin meqjusin bħala pajjiżi
tan-naħa l-oħra ta’ l-Iron
Curtain.Rajna dak l-avveniment
li nbidel u kulħadd beda jħares b’ottimiżmu lejn il-ġejjieni u
mbagħad, imma, tul is-snin, partikolarment tliet snin ilu, rajna dan l-iżvilupp.
It-tieni punt li xtaqt nagħmel huwa issa li jiena qiegħed fil-ħames xahar
tal-perjodu ta’ żmien minn mindu ħadt il-ġurament tiegħi bħala Prim Ministru, kif kont għidt
fil-bidu nett ta’ meta ħadt il-ġurament, jiena poġġejt lill-pajjiż
kollu għaxar prijoritajiet tal-Gvern li mmexxi jiena bħala
prijoritajiet li se nkunu qed naħdmu fuqhom f’din il-leġislatura.Huma prijoritajiet naturalment li ġew identifikati anke
fil-kuntest tal-programm sħiħ tal-Gvern, mhux li bdejt immexxi jiena
minn mindu ħadt il-ġurament, imma ta’ dan il-Gvern illi ġie elett
wara l-elezzjoni ta’ l-2003, prijoritajiet li huma issa f’kuntest ta’
xenarju fejn Malta tkun saret u effettivament saret membru fl-Unjoni
Ewropea, u allura f’pajjiżna għamilna dan il-pass kbir ’il quddiem
u rridu nirreġistrawh dan il-progress kbir ’il quddiem illi wara snin
twal ta’ kontroversja li ħaditilna ħafna mill-attenzjoni u riżorsi
tagħna, dak fl-ewwel ta’ Mejju spiċċa u allura stajna, anke bħala
Gvern nidentifikaw il-prijoritajiet ewlenin li fuqhom il-ħidma politika
tagħna kellna nikkonċentrawha.
Effettivament illum allavolja għadna qegħdin fil-ħames xahar, fl-aħħar
parti tal-ħames xahar, deħlin għas-sitt xhur ta’ Gvern immexxi
minni, il-prijoritajiet kważi kollha li indikajt diġà bdejna naħdmu
fuqhom.Hemm uħud minnhom
illi jiġu ndirizzati b’mod dirett, u partikolarment nirreferi għar-riformi
kollha illi nidejna u komplejna, u inizjattivi li bdew anke qabel
fis-sena 2003. Riformi fis-setturi differenti bħal-qasam tal-P.B.S, bħall-awtoritajiet
u aġenziji tal-Gvern biex inġibuhom sostenibbli, biex ngħollu l-livelli
ta’ effiċjenza u biex jagħtu kwalita’ ta’ servizz liċ-ċittadini
Maltin, il-klijenti tagħhom, li jkun servizz illi jkun ta’ l-ogħla
kwalità.
Però naturalment huma
riformi wkoll li huma assolutament kruċjali biex aħna nilħqu l-livelli
ta’ kompetittività.Jiena
konvint illi biex pajjiżna jkun jista’ jagħmel iktar progress,
irridu nilħqu livelli ħafna ogħla ta’ kompetittività fl-aspetti
kollha ta’ kif topera l-ekonomija tagħna.Effettivament għal dak li għandu x’jaqsam mal-qagħda
tal-finanzi, u mal-qagħda ta’ l-ekonomija inġenerali, imma ħa
nitkellem fuq il-finanzi, bdejna nġibu l-ewwel riżultati.L-indikazzjonijiet inġenerali huma pożittivi, aħna għidna, u
jiena għamilt dan l-istatement diversi
drabi, li l-mira ewlenija tiegħi hi li sa l-aħħar tas-sena nispiċċaw
bid-deficit kif kien ipproġettat
għall-budget ta’ din is-sena,
jiġifieri ta’ 95 miljun lira. Għadna qegħdin fix-xahar ta’
Settembru u jonqosna sa tliet xhur oħra.Aħna għandna ekonomija li tiddependi
minn
ċifri differenti u rridu naraw issa ir-revenues,
id-dħul u l-ħruġ tal-Gvern ta’ l-aħħar tliet xhur ta’ din
is-sena.Jekk naħseb li qegħdin
mexjin fid-direzzjoni t-tajba, però għad fadal iżjed xogħol xi jsir.Għadni qed ninsisti fil-livelli kollha tal-Gvern, kollha kemm
huma
minn
fuq s’isfel illi rridu nibqgħu għassa biex nikkontrollaw l-ispejjeż
biex naqtgħu l-ħela u biex fejn hemm miżuri li jridu jittieħdu biex
jinqata’ l-abbuż u biex id-dħul tal-Gvern jidħol u jidħol kif għandu
jidħol, allura kulħadd għandu responsabbilta’ illi jagħmel hekk.Naħseb, f’dan l-istadju nista’ ngħid illi iva qegħdin fid-direzzjoni tajba.L-ewwel
ngħidha b’kawtela fis-sens illi nibqa’ ngħid illi hemm iktar miżuri
x’jistgħu jittieħdu.
Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ekonomija, l-istatistika illi
kontinwament tiġi ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika
qegħda tikkonferma li l-ekonomija bil-mod il-mod qegħda tirkupra.Jibqa’ dejjem dan l-element tal-prezz taż-żejt illi diġa’
kellu mpatt fuq ir-riżultati illi għandna s’issa f’pajjiżna u
jista’ jibqa’ jkollu mpatt.Jiġifieri
l-indikaturi li aħna għandna huma pożittivi u jinkoraġġuna għall-ġejjieni,
però madanakollu, nibqa’, u l-Gvern tiegħi jibqa’ kawt ħafna
fl-assessment tiegħu f’dan l-istadju.F’dan il-kuntest, importanti ħafna li nkomplu bil-programm tagħna
ta’ riformi u l-Gvern huwa determinat li jibqa’ għaddej fil-fronts kollha ta’ riformi li aħna għandna quddiemna.Ewlenin fosthom il-pensjonijiet, ir-riforma fil-port, ir-riforma
fit-trasport pubbliku. Bħala l-iktar urġenti u l-iktar viċini hemm
riformi oħrajn li għandhom x’jaqsmu wkoll mas-sistema edukattiva,
mal-qasam tas-saħħa b’mod partikolari.Dawk irridu nindirizzawhom u se nkunu qed nindirizzawhom, diġa
qegħdin nindirizzawhom effettivament imma nkunu nistgħu nkunu ftit
iktar iddettaljati fil-ħsiebijiet
tagħna, u fil-programmi tagħna fil-ġimgħat u fix-xhur illi ġejjin.
F’dan il-kuntest huma mportanti ħafna id-diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa
fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali bl-iskop illi
jkun jista’ jintlaħaq ftehim dwar Patt Soċjali.Jiena nfurmat illi dawk id-diskussjonijiet mexjin ’l quddiem u
nħeġġeġ lill-imsieħba soċjali inklużi naturalment ir-rappreżentanti
tal-Gvern stess, biex inkomplu nagħtu l-kontribut sħiħ tagħna, għaliex
jekk jirnexxielna naslu għal ftehim dwar patt soċjali, naħseb dan
ikun pass kbir, importanti, ġdid għall-pajjiżna illi jkun jista’ jgħin
biex il-pajjiż jkompli jagħmel dak il-progress illi għandu l-potenzjal
illi għandu.
Nirreferi wkoll għal żewġ rapporti importanti li ppubblikajna mill-aħħar
press briefing li kellna.Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Impjiegi, il-Pjan ta’ Azzjoni dwar
il-Faqar u l-Inklużjoni Soċjali, in-NAP Employment u n-NAP
għas-Social Inclusion.Huma żewġ rapporti mportanti ħafna illi huma parti mill-eżerċizzju
li jrid isir li eventwalment jrid iwassalna biex nifformulaw pjan
nazzjonali għall-iżvilupp ta’ pajjiżna.Dak il-pjan ikun jista’ jasal u jikkonkretizza ruħu billi
sadanittant għandna dawn il-pjanijiet speċifiċi fuq ċerti
aspetti.Il-Pjan Nazzjonali
dwar l-Impjiegi u l-Pjan Nazzjonali dwar il-faqar u l-inklużjoni soċjali
jinkludu bejniethom ma’ l-54 inizzjattiva differenti u nittama li
malli jagħlaq il-perjodu ta’ żmien ta’ konsultazzjoni,
partikolarment dwar il-Pjan Nazzjonali għall-impjiegi, nkunu nistgħu
mbagħad nressqu dak il-pjan anke fil-Parlament, għax dak huwa l-ħsieb
li jkun hemm diskussjoni anke fil-Parlament u l-miżuri li hemm maħsuba
f’dawk il-pjanijiet allura, li huma miżuri konkreti, jiġu costed
u ninkluduhom fl-eżerċizzju li qed isir bħalissa għall-preparazzjoni
tal-Budget tas-sena 2005.Jiġifieri
parti mill-eżerċizzju ta’ preparazzjoni għall-Budget għas-sena 2005, huwa li nipprovdu dak kollu li hemm bżonn
ħalli l-implimentazzjoni tal-miżuri maħsuba f’dawn iż-żewġ
rapporti, nkunu nistgħu nimplimentawhom u narawhom iseħħu matul is-sena
2005.
Żewġ rapporti
jattakkaw b’mod partikolari l-qasam ta’ l-impjiegi.Jagħtu u jipproponu miżuri ta’ appoġġ lil dawk li qed
ifittxu xogħol u miżuri intenzjonati biex inżidu r-rata tal-parteċipazzjoni
f’pajjiżna.Hemm miżuri
għal ta’ l-apposta maħsubin f’dawk ir-rapporti.Hemm miżuri wkoll li jindirizzaw il-qasam edukattiv, l-illitteriżmu,
is-sistema tal-ħarsien soċjali li għandna f’pajjiżna.Jiġifieri kollha huma miżuri speċifiċi, konkreti.Huma r-riżultat ukoll, infakkar, ta’ eżerċizzju ħafna itwal
li dam għaddej madwar tliet snin.
Meta
flimkien ma’ l-esperti mill-Unjoni Ewropea ippreparajna dak li konna
sejjaħnilhom u ppubblikajnihom bħala l-Joint
Assessment Papers.F’dak
l-eżerċizzju kienu analizzaw ix-xenarju Malti, analizzaw fejn huma l-isfidi
ewlenin tagħna u mbagħad abbażi ta’ dik l-analiżi, ġew
ippreparati il-Pjan Nazzjonali ta’ Azzjoni b’miżuri speċifiċi
biex nindirizzaw il-miri li aħna għandna.
Punt ieħor li xtaqt
insemmi li huwa ta’ preokkupazzjoni partikolari għall-Gvern bħalissa,
hija l-kwistjoni dwar l-immigranti illegali, il-klandestini.Effettivament f’pajjiżna hawn ma’ 1,000 persuna –
immigranti illegali.
Minn
dawn l,000, mas-700 minnhom ġew f’dawn l-aħħar xhur tas-sajf.Mill-ewwel iċ-ċifra turik l-impatt qawwi ta’ 700 ruħ,
prattikament li ġew f’pajjiżna bħala immigranti illegali li aħna
rridu bilfors nieħdu l-miżuri u nindirizzaw il-preżenza ta’ dawn l-immigranti
illegali f’pajjiżna.Mit-total
ta’ l-1,000 li hemm f’pajjiżna, hemm 580 minnhom li qegħdin f’ċentri
ta’ detenzjoni. Dak iffisser ċentri li għalihom qed nipprovdu riżorsi
kbar ħafna ta’ pulizija, ta’ Forzi Armati. Imbagħad ma’ l-400
persuna oħra li qegħdin fl-open
centres, ċentri miftuħin.Il-pressjoni
fuqna biex nsibu postijiet alternattivi fejn nistgħu nakkomodawhom
f’ambjenti li jkunu aċċettabbli, huma pressjonijiet kbar u mhux żgħar.Mhux faċli f’pajjiżna tidentifika postijiet illi jkunu
addattati għaċ-ċirkostanzi, però jien personalment qed nippresiedilaqgħat inter-ministerjali biex inkunu nistgħu nikkonċentraw
l-enerġija tagħna biex nidentifikaw dawn il-postijiet u nippruvaw anke
nirranġaw il-kwalita’ ta’ l-istandards
tal-postijiet fejn qegħdin nakkomodawhom bħalissa.
Riċentement inkarigajt
ukoll lill-Ministru Dolores Cristina biex tuża r-riżorsi kollha ta’
l-aġenziji speċjalizzati li aħna għandna, l-aġenzija Appoġġ,
b’mod partikolari ħalli nkunu nistgħu nagħtu anke servizzi oħrajn
lill-klandestini tip ta’ social
work u appoġġ lilhom biex fil-mument ta’ diffikulta’ kbira għalihom,
għax din hija challenge mhux biss għall-pajjiżna u toħloq diffikultajiet għall-pajjiżna
imma jiena l-ewwel wieħed, f’isem il-Gvern, ma ninsa qatt l-aspett
umanitarju tal-problema tal-klandestini.Jiġifieri, u nagħmel dan l-appell lill-poplu Malti kollu, illi
aħna m’għandna qatt ninsew illi dawn huma nies vittmi ta’ ċirkostanzi
ħafna drabi jkunu jsfruttati f’pajjiżhom u sfruttati wkoll bil-ħolma li
jingħataw biex imorru jsibu art oħra minn fejn ikunu jistgħu jipprovdu
futur għalihom nfushom u għat-tfal tagħhom. Biex omm tirriskja lit-tarbija
tagħha fuq dgħajsa żgħira u li taqsam baħar minnnaħa għall-oħra, wieħed jista’
jirrealizza s-sitwazzjoni ta’ disprament ta’ dawn in-nies u aħna
m’għandna qatt ninsew l-aspett umanitarju.Naturalment id-diffikultajiet għalina huma kbar u dan ifisser
illi qed nieħdu, u rridu nieħdu inizjattivi issa, anke fuq livell,
jiena ngħid ta’ pajjiżi fil-Mediterran, ġirien tagħna, però
anke fuq livell Ewropew, biex nimmobilizzaw dak kollu possibbli għall-għajnuna
u appoġġ fuq livell Ewropew li jista’ jgħina nindirizzaw din id-diffikulta’
partikolari.
Naħseb li kien pass
tajjeb illi l-formulazzjoni tal-Kummissjoni l-ġdida, il-President
Barroso iddeċieda li jkun hemm Kummissarju Taljan, Buttiglione, illi
jingħata speċifikament ir-responsabbilta’ biex jidħol u jara din
id-dimensjoni ta’ l-immigranti illegali għall-Unjoni Ewropea kollha
kemm hi allura anki għal Malta.Huwa
maħsub illi fil-ġimgħat li ġejjin il-Ministru ta’ l-Intern, Tonio
Borġ, ikollu l-opportunita’, l-ewwelnett li jiltaqa’ mal-Ministru
responsabbli fil-Gvern Taljan u mbagħad wara dak anki li jkun hemm laqgħat
fuq livell Ewropew biex naraw x’tip ta’ appoġġ jista’ jkollna ħalli
nindirizzaw din il-problema.
L-aħħar punt li xtaqt
insemmi huwa relatat mad-deċiżjoni li ttieħdet mill-MEPA ilbieraħ
dwar il-golf course tar-Rabat.Jiena diġà ddikjarajt u nerġa nirrepeti hawnhekk bl-iktar mod
kategoriku, li jiena mill-pariri kollha li jiena għandi, jirriżulta
illi għall-ġid ta’ l-ekonomija tagħna u għall-ġid tat-Turiżmu
b’mod partikolari, pajjiżna għandu bżonn
minn
ta’ l-inqas golf course oħra
u waħda f’Għawdex.Iċ-challenge kbir li aħna għandna hija naturalment li nsibu l-post
fejn l-aħjar inkunu nistgħu jkollna dawn iż-żewġ golf courses.Jiena
fil-fatt diġà nkarigajt lill-MEPA biex hi tagħmilli r-rakommandazzjonijiet fejn l-aħjar inkunu nistgħu npoġġu
dawn il-golf courses u nibdew
imbagħad ladarba jsir dak il-proċess, nibdew nieħdu l-passi neċessarji
għax dan għandu jkun target u
wieħed urġenti għall-pajjiżna.Għaliex
it-turiżmu, ovvja għal kulħadd huwa l-pilastru ta’ l-ekonomija tagħna
u aħna anki mhux biss short term imma
anki long term, biex ikollna
sistema ta’ turiżmu li tkun sostenibbli u tkompli tikber u tkompli
tipprovdi l-postijiet tax-xogħol għall-ħaddiema tagħna, irridu
bilfors minn issa ninvestu biex inkunu nistgħu noffru lit-turist li jiġi
f’pajjiżna, alternattivi oħrajn apparti dawk ta’ post sabiħ, post
li għandu joffri temperatura u temp sabiħ, xemx u baħar, imma għandna
bżonn żgur inkomplu ninvestu b’mod qawwi fuq żewġ pilastri oħrajn,
waħda minnhom hija dik ta’ varjazzjoni ta’ servizz ta’ golf course għal min irid jiġi f’pajjiżna jeżerċita dak
it-tip ta’ sports.
Però hemm il-wiċċ l-ieħor tal-munita li huwa
mportanti ħafna u dan il-Gvern qed jagħtiha importanza enormi – huwa
l-investiment fil-wirt storiku u kulturali li aħna għandna biex
inkomplu nirriformaw u nirristrutturaw u noħorġu l-potenzjal kollu ta’
dan il-wirt kbir li għandu pajjiżna.Għall-ġid l-ewwelnett tagħna, aħna għandna teżor li għandna
nkunu kburin bih. Aħna bħala Maltin, però żgur illi iktar kemm noħorġu
dak il-potenzjal f’pajjiżna, l-Kottonera, l-Belt Valletta, dawn l-areas
fejn għandna benniena ta’ storja Maltija, u dik Ewropea, iktar kemm
ninvestu hemmhekk, iktar inkunu qegħdin ninvestu biex inkunu nistgħu
niġbdu lejn pajjiżna tip ta’ turiżmu li pajjiżna għandu bżonn.
Jiena xtaqt nolqot dawk
il-punti ġenerali bħala introduzzjoni, issa bħalma nagħmlu s-soltu,
nagħti l-opportunita’ għall-mistoqsija għall-ġurnalisti.Nirrepeti dak li dejjem għidt.Mistoqsija waħda għal kull ġurnalist.Jiena m’għandix dubju li jkollna ċans nagħmlu aktar
minnround wieħed.
Charles Muscat – In-Nazzjon
Prim Ministru, fuq l-aħħar
punt liqbadt dwar il-korsa
tal-golf tal-MEPA, meta inti
esprimejt l-opinjoni tiegħek li għandu jkun hemm korsa ta’ golf oħra f’Malta u oħra f’Għawdex, kien hemm min bħal speċi
beda jispara l-vleġeġ biex ngħid hekk, li l-Prim Ministru qed jagħmel
pressjoni fuq il-MEPA biex tapprova l-applikazzjoni għall-korsa tal-golf taħt il-Verdala.Irriżulta
li dan ma kienx minnu.X’tikkumenta
dwar dan?
Prim Ministru
Ovvjament ir-riżultat tad-deċiżjoni tal-bieraħ, tinsewx li fil-MEPA
hemm ir-rappreżentanti wkoll tal-Gvern u ta’ l-Oppożizzjoni.Ir-riżultat juri li mhux vera, ma kien hemm ebda pressjoni ta’
xejn.Jiena ddikjarajt u ħa
nerġa’ niddikjara issa, pajjiżna għandu bżonn dan it-tip ta’
nvestiment, però b’mod li jkun ovvjament sostenibbli.Wieħed
irid jiżen dejjem l-affarijiet li rridu nieħdu deċiżjonijiet.Jiena konvint li niddeċiedu fejn niddeċiedu, dejjem se jkun
hemm il-problema però hemm problemi u hemm problemi, hemm miżien u
hemm miżien, hemm sitwazzjoni u ċirkostanzi oħrajn.
Jiġifieri jiena d-dikjarazzjoni
li għamilt u nerġa’ nirrepetiha llum, irrid illi l-MEPA, li hija l-awtorita’
li tiġbor fiha l-esperti għall-pajjiżna li huma esperti issa li jiżnu
kollox, li jpoġġu kollox fuq il-miżien u huma l-esperti, jiena dejjem
hekk irraġunajt, l-esperti li għandhom ituna l-indikazzjoni ta’ fejn
l-aħjar li npoġġu dawn il-golf
courses għall-ġid tat-turiżmu bl-inqas impatt possibbli. Xi ftit
impatt dejjem se jkun hemm, imma ejjew nieħdu d-deċiżjonijiet u ejja
nieħduhom malajr.Jiġifieri
jien ma jistax ikun li ndumu għaxar snin, ma jistax ikun.Jiena tlabt li sa l-aħħar t’Ottubru jkolli l-indikazzjoni
mingħand il-MEPA dwar sites
fejn nistgħu npoġġu dawn il-golf
courses.
Pamela Hanson – The Sunday Times
Illum fit-Times qrajna li
Malta
tirreġistra l-inqas impjieg għan-nisa.Issa inti semmejt li se jkun hemm miżuri għall-impjiegi però
n-nisa ma semmejthomx.Tista’
tagħtina d-dettalji ta’ x’se jsir fuq hekk?
Prim Ministru
Hemm kollox iddettaljat,
semmejt iż-żewġ rapporti li ppubblikajna partikolarment in-National Action Plan dwar l-Employment.Huwa dettaljatissimu u jindirizza l-qasam tar-rata tal-parteċipazzjoni
sħiħa, però b’mod partikolari r-rata tal-parteċipazzjoni tan-nisa
u hemm miżuri speċifiċi ndirizzati għal ta’ l-apposta biex ninċentivaw
lin-nisa ħalli jirritornaw lura għax-xogħol f’każ fejn għandek
nisa li kienu ħarġu għal raġunijiet
differenti u anke nisa li ma kienux fid-dinja tax-xogħol, però ninċentivawhom biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.Hemm miżuri speċifiċi anke finanzjarji illi jinċentivaw lill-employers
biex jagħmlu l-għażliet
tagħhom ħalli jimpjegaw nisa, però jinċentivaw lin-nisa
nfushom għax intuhom anki vantaġġi ta’ taxxa għall-ewwel sena illi
jirritornaw għax-xogħol, b’mod illi ninkoraġġuhom u anke
ntaffulhom ċerti affarijiet.
Apparti minnhekkperò hemm affarijiet oħrajn illi maħsubin, they
are in the pipeline biex ngħid hekk.Jiena dejjem għidt, u nerġa’ nirrepeti hawnhekk illi fir-riforma
li hemm li nagħmlu fil-qasam tal-pensjonijiet hemm dimensjoni għal dik
ir-riforma illi propjament m’għandhiex x’taqsam mas-sostenibbilita’
tal-pensjoni b’mod dirett, imma għandha x’taqsam b’mod indirett.Għaliex? Għaliex l-analiżi tal-liġijiet tagħna tindika
bl-iktar mod ċar illi l-mod ta’ kif titħallas il-bolla f’pajjiżna,
l-equation ta’ kif tiħallas
il-bolla, hemmhekk, inbuilt
f’dik il-formola hemm żvantaġġi speċjalment għan-nisa.U allura meta jiena dejjem ngħid li għandna bżonn nirriformaw
il-qasam tal-pensjonijiet irrid nispjega, u dejjem spjegajt li hemm
ir-raġunijiet ta’ sostenibbilita’ tal-pensjoni, hemm adegwadezza ta’
pensjoni in the long term, però
hemm raġunijiet oħrajn u spjegajt li r-riforma tista’ tkun għodda
ekonomika biex aħna, permezz tagħha nżidu r-rata tal-parteċipazzjoni
partikolarment tan-nisa fl-ekonomija tagħna.Però speċifikament għall-mistoqsija li saret hemm id-dettalji
kollha tal-miżuri kollha fin-National Action Plan dwar l-Employment,
hemm indirizzati diversi oqsma però waħda minnhom partikolarment għaż-żieda
fir-rata tal-parteċipazzjoni tan-nisa.
Huwa dokument miftuħ għall-konsultazzjoni.Hemm deadline jidhirli
sa l-aħħar ta’ Settembru/Ottubru biex kulħadd jirreaġixxi għall-proposti
li hemm u mbagħad immedjatament, importanti li ma ntawlux dik id-data għaliex
irrid naħseb
minn
issa biex il-finanzi neċessarji għall-dawk il-miżuri kollha npoġġuhom
għall-Budget ta’ l-2005.
Fr Noel Grima – The
Malta
Independent on Sunday
Ilbieraħ kien hemm l-Ecofin fl-Olanda
u Malta kienet rappreżentata, però Malta kienet under-represented
għax kien hemm Junior Minister/Parliamentary
Secretary.Ma taħsibx
illi dan imur kontra l-interess ta’ Malta.Mhux qed ngħid biex inti tmur
kullimkien, imma ma taħsibx dan ikun kontra l-interess ta’ Malta li Malta tkun under-represented
speċjalment in vista tal-fatt li Malta hija new
entrant u l-fatt li Malta qed tonfoq dan kollu biex Malta tkun rappreżentata f’Brussels u mbagħad tkun under-representedat ministerial level?
Prim Ministru
Le ma naħsibx li huwa under-represented.Id-deċiżjoni ta’ min jattendi għall-Ecofin
normalment nieħduha skond l-aġenda li tkun ġiet preparata u l-items
kif se jkunu d-diskussjonijiet tagħhom u meta jkun hemm li jien
nattendi bħala Prim Ministru effettivament attendejt għall-Ecofin u meta kien hemm bżonn li niddelega r-responsabbilta’
lis-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech allura ddelegajta lil Tonio
Fenech.
Noqgħodu attenti u ma nagħtux l-impressjoni illi għax Segretarju
Parlamentari huwa Junior Minister,
assolutament mhux il-każ.Għalija
s-Segretarji Parlamentari għandhom rwol ta’ importanza ekwivalenti għal-livell
ħafna drabi ta’ Ministru.F’dan
il-każ qiegħed nibgħat lis-Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim
Ministru speċifikament b’responsabbilitajiet indikati għall-qasam
tal-Finanzi u ma naqbilx ma min jgħid li għax jien bgħatt Segretarju
Parlamentari allura under-represented.Inkunu under-represented kieku qed nibgħat lil xi ħadd ieħor li m’għandux
dan il-livell politiku bi preżenza kontinwa u assidwa fuq il-livelli
kollha ta’ ħidma tal-Gvern inkluż il-Kabinett.
Fil-fatt jiena bqajt f’kuntatt u nibqa’ f’kuntatt ma’ Tonio Fenech,
sa dalgħodu stess kont qiegħed f’kuntatt miegħu u jidher illi d-diskussjonijiet
fuq livell informali f’dan l-istadju għadhom diskussjonijiet li huma
pjuttost ġenerali.Qegħdin
jitkellmu fuq dan il-livell, għadna b’mod informali, u għadna bidu
ħafna, ta’ Budget ta’ l-Unjoni
Ewropea għall-perjodu ta’ żmien li jibda mill-2007, però d-diskussjoni
għadha fuq livell wiesgħa ħafna u kien għalhekk illi ittieħdet id-deċiżjoni
li ma jkunx hemm il-preżenza at
this point, mhux neċessarjament tal-Prim Ministru Malti.
Jiena nerġa’ ngħid
illi d-deċiżjonijiet f’kull konferenza, laqgħa ta’ l-UE jew
x’imkien ieħor, jittieħdu dwar livell ta’ preżenza skond l-aġenda
u skond dak li jkun ġie notifikat lilna mir-rappreżentati tagħna
minn
qabel dwar x’se jiġi diskuss u x’deċiżjonijiet, effettivament,
jistgħu jkunu qegħdin jittieħdu f’dan il-livell.
Nathaniel Attard – Net TV
Fuq proġetti li għaddejjin
bħalissa jekk il-Gvern hux kuntent bl-andament li mexjin bihom dawn
il-proġetti, speċjalment fit-toroq, li verament għandna bżonnhom,
din il-ġimgħa stess jew il-ġimgħa l-oħra tħabbar li ħa toħroġ
it-tender għal proġett kbir f’Għawdex.U b’rabta ma’ proġetti wkoll, ma nafx jekk hux inti kont
semmejt jew xi Ministru ieħor, reġgħet tqajmet il-kwestjoni tat-Teatru
Rjal.X’inhuma l-pjanijiet
tal-Gvern f’dan l-istadju.
Prim Ministru
Dwar il-proġetti tat-toroq,
il-proġetti li għaddejjin bħalissa li huma ffinanzjati mill-Protokoll
Taljan, qed jiġu segwiti b’mod regolari.Jidher illi mexjin fil-biċċa l-kbira skond it-target
u l-iskedi li aħna għandna.Jiena
ftit ġimgħat ilu kont żort ix-xogħolijiet u jidher illi r-ritmu għaddej.Jiena qed ninsisti, u l-Ministru Mugliett qed jinsisti, li nibqgħu
mat-targets u li l-kwalita’
tax-xogħol tilħaq l-ogħla livelli stabbiliti fl-għoti tal-kuntratt.Tinsewx li użajna formola ġdida fl-għoti ta’ dawn it-tenders,aħna
ma tajniex it-tenders kollha. Jiġifieri
ma tajniex ix-xogħolijiet kollha, irriservajna parti mix-xogħolijiet
li baqaw ma ġewx allokati u għamilniha ċara lill-kuntratturi illi
jekk huma, jkun qed jirriżultalna li qed jaħdmu tajjeb, li l-kwalita’
hija hemm, li qegħdin on schedule
u within il-budgets
stabbiliti, allura mbagħad nassenjaw dik il-parti li baqgħet pendenti
tal-kuntrattur.Speċi għandek
inċentiva wkoll biex l-affarijiet isiru sew.Naħseb li huwa mudell li qed iħallilna ir-riżultati.
Hemm diversi proġetti oħrajn
li qegħdin naħdmu fuqhom.Irrid
ngħid illi meta waqqaft il-Kabinett u kont ħabbart li qed inwaqqaf
il-Kumitati tal-Kabinett, kunċett ġdid fis-set
up tagħna, irrid ngħid illi dik kienet deċiżjoni li tidher li
qegħda tħalli riżultati tajbin.Il-Kumitati
tal-Kabinett qegħdin jiffunzjonaw, qegħdin jiltaqgħu, qegħdin jidħlu
fid-dettall f’ċerti proposti, imbagħad eventwalment tiġi f’pożizzjoni
finali għand il-Kabinett li diġà tkun analizzata b’mod inter-ministerjali
ma’ l-esperti, u allura jkollna fil-livell ta’ Kabinett ħafna iżjed
informazzjoni li tgħina biex inkunu nistgħu naslu għad-deċiżjonijiet
li nkunu rridu nieħdu.
Il-Cabinet Committee li għandu x’jaqsam ma’ proġetti nazzjonali
jiltaqa’ diversi drabi u ddiskuta diversi proġetti inklużi dawn tat-toroq
u oħrajn u nkluż ukoll irrid ngħid, it-Teatru Rjal.Jien ma nixtieqx f’dan l-istadju nidħol wisq fid-dettall. Li
nixtieq ngħid però huwa li qed nħarsu lejn il-possibilta’ li
ninkludu dan il-proġett fit-twettiq tiegħu għaliex hija xi ħaġa li
issa ila snin twal f’pajjiżna f’post prominenti fil-Belt
Valletta
.Naħseb irridu nħarsu
lejn il-proġett tat-Teatru Rjal mhux f’kuntest waħdu, imma
f’kuntest ta’ l-iżvilupp tal-Belt kapitali u dak fil-kuntest ta’
l-iżvilupp kollu ta’ l-aspetti ekonomiċi u turistiċi wkoll illi
jolqtu lil pajjiżna.U
allura il-Gvern qed jara dan il-proġett fil-kuntest ta’ l-iżivilupp
tal-Belt, fil-kuntest ta’ l-iżvilupp tal-Port il-Kbir, u fil-kuntest
ta’ l-iżvilupp tal-Kottonera.U
dan fix-xenarju tat-turiżmu.Id-diskussjonijiet
huma avvanzati, mxew f’dan l-aħħar ħames xhur però għad fadlilna
xi studji oħrajn li jridu jsiru.
Meta
jasal il-mument inkun nista’ nħabbar id-dettalji kollha.
Julia Farrugia – One News
Xtaqtek jekk hu
possibbli tgħid id-data
meta se jitlestew dawn il-proġetti: l-isptar Mater
Dei, il-mollijiet fiċ-Ċirkewwa, il-proġett Connections
u l-proġett tal-White Rocks.
Prim Ministru
Nibda mill-Mater Dei.Bħalissa għaddejjin
u ilhom għaddejjin, meta qed ngħid bħalissa jekk niftakar sew xahar u
nofs.Bdew laqgħat
f’livelli għolja ħafna bejn il-Gvern u l-iSKANSKA
biex nindirizzaw diversi issues
fosthom kemm se jiswa l-isptar, l-affarijiet li jonqos – l-equipment, l-istallazjonijiet ta’ l-equipment, l-I.T. u l-proġetti kollha u allura eventwalment dak
kollu jkun jista’ jwassal għal data preċiża li fiha nkunu qbilna ż-żewġ
naħat illi hemm rabta illi l-isptar jinfetaħ u jkun hemm konsegwenzi
jekk dan ma jiġrix.Jiġifieri
jekk ix-xogħolijiet ma jitlestewx, allura jkun hemm l-implikazzjonijiet
għalihom.
F’dan l-istadju, anke
għax id-diskussjonijiet waslu f’mument delikat ħafna, ma nixtieqx
nidħol f’iktar dettall.Il-pożizzjoni
tagħna bħala Gvern hija illi aħna rridu naraw illi dan l-isptar
jitlesta, però rridu wkoll li jkun hemm accountablility
u trasparenza totali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-infiq.L-infiq li sar s’issa u l-infiq li għad irid isir.Xi ħaġa li qed ninsistu bħala Gvern li nidħlu fid-dettall
kollu.M’aħniex qegħdin
naċċettaw xi statements kategoriċi
illi dan huwa l-kont u ħallas – assolutament mhux aċċettabbli.U d-diskussjonijiet għaddejjin, nerġa’ ngħid qegħdin fi
stadju delikat ħafna u ma nixtieqx nidħol iżjed fid-dettall.
Dwar il-proġetti ta’
l-Imġarr u taċ-Ċirkewwa ġie deċiż, kien hemm xi diffikultajiet u
ġew iċċarati fil-laqgħat li saru xi tliet ġimgħat ilu bejn wieħed
u ieħor, ippreseduti mill-Ministru Ċensu Galea u li għalihom ukoll
intervenejt jiena mal-Ministri responsabbli l-oħrajn biex id-deċiżjoni
hija li naturalment jitkompla u nlestu partikolarment il-parti tal-proġett
ġewwa l-Imġarr.Huwa maħsub
li dik il-parti titlesta matul is-sena 2005.Naturalment ix-xogħolijiet li hemm fuq in-naħa taċ-Ċirkewwa
jitkomplew ukoll, partikolarment qed ngħidu għall-breakwater
u l-marshalling area.Eventwalment
jista’ jkun hemm l-indikazzjonijiet, però għad irridu nivverifikaw u
preċiż inkun naf
minn
hawn u ftit ieħor. L-indikazzjonijiet ikunu illi għas-sena ta’ wara,
jiġifieri 2006, inkunu nistgħu mbagħad intemmu l-parti sħiħa li għandha
x’taqsam maċ-Ċirkewwa, però dwar id-data preċiża għan-naħa taċ-Ċirkewwa,
nkun nista’ nikkonferma f’mument iktar tard.
Dwar il-White Rocks.L-istess
ser ssir laqgħa li se nkun qed nippresiedi jiena fil-ġimgħat li ġejjin
internament bejn il-Ministri relatati tal-Gvern, jiġifieri min hu
nvolut
minn
naħa
tal-Gvern ħalli tittieħed
deċiżjoni.L-istorja tal-White Rocks hija storja oħra twila, kienet ingħatat lill-konsorzju
partikolari.Qamu
diffikultajiet f’dak li għandu x’jaqsam mad-disinni u l-proġett
fih innifsu, illi finalment fil-proposti li ġew lura
minn
naħa
ta’ l-iżviluppaturi ma kienux aċċettabbli għall-Gvern.Ingħata deadline biex
huma jiddikjaraw il-pożizzjoni tagħhom, spjegaw il-pożizzjoni tagħhom
sa dak id-deadline u issa l-Gvern
irid jieħu d-deċiżjoni finali jekk jikkonfermax jew le l-għoti
tal-kuntratt lil dak il-konsorzju oriġinali li kien ġie identifikat.Din hija xi ħaġa allura li se tiġi deċiża fil-ġimgħat li
ġejjin.
Dwar il-proġett Connections,
għal dak li għandu x’jaqsam mal-proġett kollu naħseb illi l-iktar
parti illi nixtieq
nara
malajr kemm jista’ jkun, effettivament kont qajjimtha ftit ġranet
wara li ħadt il-ġurament tiegħi bħala Prim Ministru, hija l-parti
tal-proġett li għandha x’taqsam mal-lift
tal-Barrakka.Hemm
affarijiet oħrajn fil-proġett Connections
imma l-parti tal-lift
tal-Barrakka għalija huwa element importanti fis-sistema kollha ta’
komunikazzjoni bejn il-proġett Kottonera, l-Belt
Valletta
, l-proġett tal-Cruise Liner u
naturalment imbagħad il-parti fuq in-naħa ta’ tas-Sliema.Kienet ħarġet it-tender
però bħalma tafu, meta ħarġet it-tender,
jidhirli għall-ħabta ta’ l-aħħar ta’ Lulju jekk m’hiniex
sejjer żball, irriżulta li ma kien hemm ħadd illi ssottometta xi
interess għar-rigward tal-proġett tal-lift.Il-Gvern għadu għaddej però biex jesplora possibiltajiet oħrajn
li aħna għandna ħalli dan ikun
l-ewwel pass importanti tal-lift.Il-proġett oriġinali kien jinkludi wkoll mina taħt il-Belt
imbagħad lift jitla’ taħt
il-Pjazza Reġina.Hawnhekk jiena anke l-pariri
li għandi, ma naħsibx illi dik il-parti tal-kunċett hija viabbli
allura dik il-parti se tiġi skartata.
Kurt Sansone – Malta
Today
Fuq il-kwistjoni ta’ Mater Dei.Forsi
intix fil-pożizzjoni li tgħidilna min huma l-membri ta’ dan
il-Kumitat tekniku u forsi kemm qed jitħallsu l-konsulenti fuq dan
il-Kumitat.
Il-mistoqsija proprja hija dwar il-privatizzazzjoni tal-Maltacom,
xi ħsieb għandu l-Gvern, se joħroġ ix-shares
lill-pubbliku, strategic partner, hemm
xi ħjiel ta’ kif beħsiebu jipproċedi fuq din il-privatizzazzjoni?
Prim Ministru
Dwar it-team tekniku ta’ Mater
Dei, it-team huwa mmexxi mis-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech bl-għajnuna
ta’ diversi tekniċi oħrajn li jinkludu l-perit Camilleri, u jinkludu
lis-CEO ta’ l-FMS,
Manuel Attard, però tekniċi oħrajn
imbagħad illi isimhom ma nafhomx bl-amment.Min hu accountant, u
min hu expert fl-oqsma
differenti illi jaqgħu taħt ir-reponsabbiltà.
Paul Camilleri li huwa diġà d-deputy
Chairman tal-Foundation for
Medical Services.
Però ġibna wkoll
konsulenti
minn
barra li huma esperti wkoll fl-analiżi u l-cost
analysis tat-tip ta’ proġetti biex huma jkunu jistgħu jagħtuna
l-pariri fejn l-ispiża hi ġustifikabbli jew spjegabbli, u fejn m’hix
u allura fejn m’hix, min hu responsabbli għaliha.Fuq l-isptar Mater Dei hemm
fronts oħrajn, hemm
dimensjonijiet oħrajn li qegħdin jiġu trattati.Il-kwestjoni ta’ l-I.T., il-kwestjoni tal-prattiċi tax-xogħol,
il-kwistjoni tan-negozjati u diskussjonijiet li jridu jibdew bejn id-Dipartiment
tas-Saħħa u r-rappreżentanti tal-ħaddiema kollha li jaħdmu fl-isptar
biex nistabbilixxu l-prattiċi tax-xogħol.Il-Pjan ta’ kif wieħed iċaqlaq l-isptar, meta jasal il-mument,
minnSt. Luke’s għall-isptar il-ġdid.U mbagħad x’jiġri eventwalment mis-site
li tkun żvujtata, jiġifieri l-area
kollha ta’ St. Luke’s u ta’ Boffa meta jasal il-mument li kollox irid jiċċaqlaq.Jiġifieri hemm dawn l-aspetti kollha li qegħdin jiġu ttrattati
kollha kemm huma f’livelli differenti, qegħdin fi stadji differenti.
Aspett ieħor li qed jiġi
ttrattat hija l-kwestjoni tal-catering
ta’ l-isptar u kif se nagħmlu għal dan ir-rigward.Dawn diskussjonijiet li għaddejjin fuq livell għoli ħafna
b’deċiżjonijiet li uħud minnhom ittieħdu, uħud għad iridu jittieħdu
fil-ġranet li ġejjin fuq livell ta’ Kabinett u fuq livell allura
politiku.
Dwar il-ħlas li qed jitħallsu
l-konsulenti ma nafx ngħidlek bl-amment.Imma nkunu nistgħu nagħtu din l-informazzjoni wkoll jekk niġu
mitluba fi stadju iktar tard.
Dwar il-Maltacom li nista’ ngħid f’dan l-istadju dak li ġie ddikjarat
fil-pubbliku.Il-Gvern iddeċieda
u l-konsulenti, li ser jgħinu lill-Gvern fil-proċess tal-parti
tal-privatizzazzjoni.Issa
f’dak li għandu x’jaqsam ma’
shareholdings tal-Gvern fil-Maltacom,
naħseb li huwa ovvju illi l-aħjar triq għall-ġid ta’ pajjiżna
huwa li jiġi identifikat partner strateġiku
li jkun jista’ jgħin lill-Maltacom
tkompli tiżviluppa u tkun hi l-ixprun ta’ bidliet oħrajn fil-qasam
ta’ komunikazzjoni u teknoloġija tal-komunikazzjoni f’pajjiżna għaliex
dak huwa element, ħolqa oħra fil-proċess kollu biex pajjiżna jkun
kompetittiv.Jiġifieri
fil-qasam tat-teknoloġija u l-qasam ta’ l-ICT kollha kemm hi, però tinkludi wkoll l-komunikazzjoni, l-mobile
phones, id-digital television.Kollox,
ir-range kollha li jidħlu
fil-faċilita’ ta’ komunikazzjoni huma ingredjent kruċjali biex
inkunu kompetittivi.Jiġifieri
din m’hix kwistjoni sempliċiment għall-Maltacom,
imma hija kwestjoni ta’ nteress nazzjonali kbir illi jirrikjedi li aħna
nagħmlu l-aħjar possibbli, għaliex il-kompetittività ta’ pajjiżna
tiddependi fuq kemm aħna nkunu on
the cutting edge ta’ din it-teknoloġija.
Biex inkunu hemmhekk,
il-Maltacom għandha bżonn li
jkollha strategic partner.Din hija d-direzzjoni politika.Issa ladarba għandna l-konsulenti, jiena ngħid għandna nagħtu
ftit taċ-ċans biex il-proċess permezz tal-konsulenti jkun jista’
jimmatura iżjed milli wasal s’issa.
Omar Cutajar – di-ve.com
Ftit qabel tkellimt fuq
in-National Action Plan for
Employment. Fejn jidħlu l-istructure indicators fuq l-ekonomija Maltija hija ċara illi Malta prattikament tbati fuq il-mitt
indikatur bejn wieħed u ieħor kollha kemm huma.Mhux biss ir-rata tal-ħaddiema nisa li hawn fis-suq tax-xogħol,
imma anke fil-produttività tal-ħaddiema, l-eta’ ta’ meta nies joħorġu
mill-impjieg, from active work.Jiena tajt daqqa t’għajn lin-National
Action Plan for Employment, jidher ċar li t-targets
li qed jagħmel il-Gvern Malti huma baxxi ħafna compared
ma’ l-objettivi ta’ l-istrateġija ta’ Lisbona.X’taħseb inti fejn tidħol il-performance
ekonomika ta’ din l-amministrazzjoni meta tqis li int trid tilħaq
dawn l-objectives u l-istrateġija
tal-Gvern hija diġa’ tidher daqstant batuta speċjalment meta wieħed
jieħu in consideration kif pajjiżi oħrajn li għadhom kemm daħlu magħna
fl-1 ta’ Mejju, fl-Ewropa tal-Lvant qegħdin jivvjaġġaw b’rata ta’
tkabbir ekonomiku daqstant ikbar minn tagħna.
Prim Ministru
Jiena ma naqbilx li t-targets huma
żgħar.Jiddependi
f’liema kuntest tpoġġihom, jiġifieri li t-targets
huma baxxi.Jiena
insistejt dejjem li t-targets ikunu
realistiċi.Jiġifieri dak
li kien stabbilit fil-Pjan Nazzjonali ta’ Azzjoni għar-rigward ta’ employment,
issemmi targets li aħna l-analiżi
tagħna turina li huma realistikament achievable.Irrid infakkar li anke l-UE, il-proċess kollu ta’ Lisbona
poġġiet targets ambizzjużi
ħafna għaliha nfisha, issa li l-proġett kollu wasal nofs triq, għamlu
analiżi u rrealizzat l-UE stess illi għal diversi raġunijiet, fosthom
għaliex l-ekonomiji tal-pajjiżi membri fl-UE ma żviluppawx u ma
komplewx jiżviluppaw bir-ritmu li kien maħsub dak iż-żmienijiet għal
diversi raġunijiet, inkluż l-avvenimenti internazzjonali li rajna,
inkluża l-qagħda ekonomika globali kif żviluppat matul dawn l-aħħar
tliet snin b’mod partikolari.L-UE
stess irrikonoxxiet li dawk it-targets
għas-sena 2010 mhux se jintlaħqu u allura qed tagħmel l-analiżi, l-ewwelnett
biex terġa’ tirrepeti dawk it-targets
u biex tidentifika l-miżuri li wieħed għandu jieħu.
Aħna l-istess bħall-UE stabbilejna dawn it-targets li naturalment irridu nkomplu naġġustawhom minn perjodu ta’ żmien għall-ieħor.Jiġifieri aħna għadna lanqas nistgħu, issa la stabbilejna
dawn it-targets naqqaxniehom
fil-granit u ma jinbidlux.Aħna
rridu nintroduċu l-miżuri, nanalizzaw l-effett tal-miżuri, jien ngħid
tul is-sena 2005, u skond is-suċċess jew in-nuqqas ta’ suċċess
mill-miżuri li nkunu qegħdin nieħdu, naġġustaw il-pożizzjoni tagħna.Jiġifieri aħna dan irriduh proċess ħaj mhux mejjet, mhux
teorija, mhux dokument li ġie ppubblikat, nieħdu pjaċir li ġie
ppubblikat, nagħmlu ġimgħatejn jew tliet ġimgħat, xahrejn
nikkonsultaw u mbagħad jitpoġġa fuq l-ixkaffa.Dan irid ikun dokument li aħna stess inkunu qegħdin inħaddmuh.Allura it-targets li
hemm stabbiliti huma targets
realistiċi.Li forsi ta’
min jispjega ftit iżjed, ir-rapporti jindikawh imma ma jidħlux
f’wisq dettal illi l-Gvern il-ħin kollu qed iħares lejn is-sitwazzjoni,
ix-xenarju sħiħ nazzjonali u l-Gvern kif iddikjara diġa’ bl-iktar
mod qawwi u kif qed jagħmel, għaddej bil-proċess ta’ riformi.
Proċess ta’ riformi u ristrutturar li jfisser illi inti se jkollok
sitwazzjonijiet fejn għandek ħaddiema li huma identifikati bħala ħaddiema
żejda f’ċerti setturi li b’diversi metodi tilliberahom minn fejn huma żejda u terġa
tippustjhom f’postijiet oħrajn fejn jistgħu jkunu produttivi.Din diġa’ ġrat u ġrat b’persentaġġ b’effett u
b’implikazzjonijiet li ma kienux żgħar.Jien infakkar li t-tarzna sentejn ilu kellha 3,600 impjegat.Illum għandha 1600.Mit-tarzna
spiċċaw 2000 ruħ.Numru minn dawk ħarġu bil-pensjoni kmieni,
ħarġu bl-eta’ ta’ 56, 57, 58.Numru ieħor marru fl-ITSLperò numru sostanzjali mar fid-dinja tax-xogħol fis-settur
privat.U dawk li sabu x-xogħol
ħadu x-xogħol illi kieku m’għamilniex dan l-eżerċizzju, kienu jeħduh
dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol.Issa dan qed ngħid operazzjoni waħda, m’hinix qed insemmi l-miżuri
l-oħrajn kollha ta’ retirement
schemes u ta’ proċess ta’ ristrutturar li laqtu lill-PBS, qed jolqtu lill-Interprint,
lill-Gozo Channel, l-MDC,
l-Malta Enterprise, dawn kollha.Barra
minnhekk, mhux qed insemmi xi ħaġa oħra li hija wkoll public
knowledge li aħna għandna operazzjonijiet kbar, operaturi kbar
ekonomiċi f’pajjiżna li wkoll introduċew retirement
schemes volontarji, nsemmi l-HSBC,
il-BOV, u l-Maltacom u anke
dawn l-operaturi telqu minn ġo fihom numru ta’ ħaddiema illi
effettivament marru lura fid-dinja tax-xogħol.
Issa dan il-proċess ta’
ristrutturar jrid jitkompla fix-xhur li ġejjin u allura jien qed
nipprevedi illi mis-settur kollu ta’ impjiegi li aħna għandna, anke
fis-settur pubbliku, ikun hemm tnaqqis ta’ nies li mbagħad iridu jidħlu
fid-dinja tax-xogħol.U
allura aħna jrid ikollna ekonomija illi trid toħloq biżżejjed
postijiet tax-xogħol għal min qed jidħol fid-dinja tax-xogħol illum,
jiġifieri min ma jkomplix l-istudji tiegħu jew jispiċċa l-istudji
tiegħu. Però trid tkun ekonomija wkoll li tassorbi fi ħdanha ħaddiema
li jkunu qegħdin jiċċaqalqu
minn
postijiet tax-xogħol għall-postijiet tax-xogħol oħrajn.Jiġifieri l-kuntest ta’ targets li ġew stabbiliti fin-National
Action Plan huwa dan ix-xenarju – il-ħolqien tax-xogħol li jrid
jipprovdi postijiet għal min dieħel fid-dinja tax-xogħol illum, però
wkoll għal min qed jiċċaqlaq
minn
post tax-xogħol għall-ieħor.Dan
huwa s-sigriet ta’ vantaġġ għal pajjiżna.
Waħda mill-miżuri li
l-Gvern beħsiebu jieħu, diġa’ beda jimplimenta, diġa’ qed jieħu,
hija illi l-ingaġġ fil-livelli kollha tal-Gvern isir biss jekk ikun
jirriżultalna illi hemm verament bżonn.Se nwaqqfu u waqqafna kull forma ta’ ngaġġ awtomatiku, jiġifieri
jekk jispiċċa persuna minħabba età, dak li normalment jissejjaħ natural
wasteage, jiġifieri jiżvujtaw postijiet tax-xogħol fi ħdan
il-Gvern minħabba l-età, mhux neċessarjament, u nagħmilha ċara daqs
il-kristall, jerġgħu jimtlew.Jerġgħu
jimtlew biss jekk b’eżerċizzju dettaljat ikun ġie stabbilit illi
dak il-post tax-xogħol ikun neċessarju għall-Gvern.Diġà qed issir l-analiżi għall-impatt ta’ din id-deċiżjoni
finanzjarja xi tkun fuq il-Gvern u l-impatt ikun sostanzjali.Jiġifieri jekk il-Gvern jimxi b’din il-politika u jagħmel użu
minn
riżorsi li għandu u jkollu l-flessibilità, wkoll li jċaqlaq il-ħaddiema
minn
fejn huma żejda għall-postijiet li jiżvujtaw, minflok li jmur għall-ingaġġ
ta’ ħaddiema, allura l-impatt fuq il-Gvern, f’aspett pożittiv għal
dak li għandu x’jaqsam mal-bottom
line finanazjarju, jkun qawwi ħafna.
Irrid ngħid illi l-operazzjoni
ta’ per eżempju, u nagħlaq b’dan, eżempju żgħir kien illi n-numra
ta’ ħaddiema
minn
dawk li ġew assenjati mal-ITSL
effettivament ġew assenjati f’postijiet tax-xogħol mal-Gvern stess,
illi kienu postijiet tax-xogħol li l-Gvern kien beħsiebu jimpjega
numru ta’ skrivani għalihom.Aħna
sena u nofs ilu, l-Gvern ħareġ call
for applications biex jimpjega numru ta’ skrivani.Il-ħsieb kien li jimpjega mal-500, 600.Effettivament
minn
dak in-numru l-Gvern spiċċa jimpjega biss 120, għax il-bqija ġew
mimlija billi allokajna ħaddiema li ċċaqalqu
minn
post għall-ieħor.Dak
fisser li l-Gvern iffranka extra fuq
il-wage bill tiegħu, il-paga
ta’ numru sostanzjali ta’ skrivani li kieku mpjeghom.
Dan hu l-proċess ta’ restructuring
li huwa għaddej, illi l-effett qed ikun pożittiv.U jiena meta niġi hawn u ngħid il-finanzi tal-Gvern qegħdin
jindikaw direzzjoni pożittiva, ma nkunx qed ngħidha fil-vojt, għaliex
huwa riżultat ta’ dawn il-miżuri kollha.U issa forsi nkunu nistgħu nagħtu iktar dettalji iktar
il’quddiem jekk il-Bambin irid.
Herman Grech – The Times
Prim Ministru, għaddew
11-il ġurnata mill-introduzzjoni ta’ l-eco-contribution,
forsi tista’ tgħidilna updates
kif kienet it-transition għal
din it-taxxa ġdida, forsi jekk kienx hemm xi rapporti ta’ abbuż
ukoll mill-operaturi. Nixtieq nagħmillek domanda ġenerali, semmejna ħafna
l-proġetti u jidher li ċerti proġetti li ssemmew, l-Imġarr,
tal-Qroqq u hekk, hemm ċertu ntoppi. Taħseb li l-Gvern fil-passat daħal
għal proġetti kbar wisq li forsi m’humiex affordabbli? Kieku int
kont Prim Ministru issa, tieħu l-istess deċiżjonijiet?
Prim Ministru
Kont viċi-Prim Ministru
jien. Dwar l-eco-contribution
naħseb li għadu ftit kmieni biex inkun nista’ nagħti xi rapport
dwarhom. Jiena l-attenzjoni tiegħi hija ffukata fuq id-diskussjonijiet
illi nittama jibdew isiru dalwaqt. Se titwaqqaf il-kummissjoni li fiha
se jkunu qed jipparteċipaw ir-rappreżentanti ta’ l-operaturi ekonomiċi,
u li l-iskop ta’ din il-kummissjoni se tkun, li l-operaturi nfushom
ipoġġu bil-qiegħda u
jifformulaw skemi huma stess ta’ kif il-prodotti li huma msemmijin fl-eko-kontribuzzjoni
jkunu jistgħu mhux biss jinġabru għax dik hija l-parti l-faċli,
nibqa ngħid, li mhux biss jinġabru, imma x’nagħmlu bil-prodotti li
nkunu ġbarna u kif nittrattawhom fil-waste
steam tagħna.
U l-indikazzjoni li għandi
jiena, għandi indikazzjonijiet tajbin li l-operaturi ekonomiċi għandhom
idejat ta’ skemi ta’ kif huma, flimkien mal-Gvern, inkunu nistgħu
nittrattaw il-prodotti li jinġabru u li allura se jkollhom l-impatt fuq
il-waste stream tagħna. Jekk dak kollu jagħtina dan ir-riżultat u jkollna dawn l-iskemi għaddejin, jiena naħseb
li nkunu għamilna breakthrough
kbira u l-eco-contribution
tkun laħqet parti importanti
mill-iskop tagħha, u ċioè kif nittrattaw parti mill-waste
stream qed ngħidu fridges,
qed ngħidu cookers, qed ngħidu
air-conditioners, qed ngħidu batteriji, qed ngħidu tyres,
qed ngħidu l-firxa ta’ l-affarijiet kollha illi li kieku ma jkunx
hemm dawn l-iskemi, xi mkien, xi ħaġa rridu nagħmlu bihom. Mhux li niġbruhom,
għax ħafna nies ħasbu illi aħna l-iskop tagħna huwa biex niġbruhom,
dik hija l-aktar parti faċli. Jien mhux dik tinteressani, kif niġbruhom,
imma l-akbar uġigħ ta’ ras li għandu l-Gvern hu x’jagħmel la
darba jinġabru. X’ħa nagħmlu bihom, kif se nittrattawhom? U allura
li jinteressana bħala Gvern huwa li naraw is-settur privat jingħaqad
mal-Gvern fi skemi speċifiċi li jissaħħu l-piż u l-impatt ta’
dawn il-prodotti kollha li għandhom fuq l-iskart f’pajjiżna, anki għaliex
infakkar li waħda mill-għaxar prijoritajiet li tajtha importanza kbira
u nibqa’ nagħtiha importanza kbira, huwa l-qasam ambjentali. Jiena
nibqa’ ngħid li l-qasam ambjentali jokkupa pożizzjoni għolja ħafna
fil-prijoritajiet tagħna għal żewġ raġunijiet, waħda għaliex għandha
effett fuq il-kwalità tal-ħajja tal-familji tagħna, tagħna nfusna,
però t-tieni għaliex huwa element importanti wkoll biex it-turiżmu
f’pajjiżna jkun jista’ jimxi ’l quddiem.
It-tieni parti tal-mistoqsija kienet dwar il-proġetti u diversi proġetti
illi kellhom intoppi. Hemm proġetti li jkollhom intoppi, hemm proġetti
li ma jkollhomx, hemm proġetti li huma kbar ħafna, hemm proġetti illi
m’humiex daqstant kbar, hemm proġetti li għaddejjin b’xogħol illi
mhux li jagħmilhom il-Gvern, il-Gvern huwa l-iżviluppatur bażikament
illi però umbagħad jikkuntratta x-xogħol lill-kuntratturi partikolari.
U l-kwistjoni kollha hija illi aħna la darba inkunu ħadna deċiżjoni
biex immorru għal proġett nazzjonali, inkunu stabbilejna parametri, u
dawn il-parametri jinkludu l-parametri finanzjarji. Jien nirrifjuta illi
la darba inkunu aċċettajna u stabbilejna parametru finanzjarju b’xi
mod jew b’ieħor naċċettawha qisu din xi regola normali li l-parametru
finanzjarju jinqabeż. Jien naħseb unacceptable. U rrid ikolli l-ġustifikazzjoni biex dak jinqabeż u
jekk hemm bżonn li nwaqqaf proġett biex niskopri x’inhi r-raġuni għaliex
il-parametru finanzjarju qed jinqabez, allura nwaqqfu dak il-proġett u
ma naħsibx li nkun qed nagħmel ħażin.
Issa, jien ma waqqaftx proġetti biex inkunu għidna kollox, però tlabt
rapporti dettaljati u fejn kien hemm bżonn bil-pariri ta’ l-esperti għax
jiena dejjem nagħmel din il-kjarifika, din il-parentesi, aħna m’aħniex
l-esperti, aħna l-politiċi, u allura niddependu kontinwament fuq
il-pariri li jtuna l-esperti, aħna li rridu nirrejalizzaw illi la darba
nkunu approvajna fuq livell politiku proġett partikolari li se jkun qed
jixrob riżorsi ta’ pajjiżna, jiġifieri dak niddeċidihom fuq livell
ta’ priorità. Jiena, il-Gvern meta jiddeciedi li jimxi bi proġett u
dak il-proġett se jiswa l-flus, effettivament xi jkun qed jiddeċiedi?
Qed jiddeċiedi li r-riżorsi limitati ta’ pajjiżna, minflokk jixħethom
għal affarijiet oħrajn, se jixħethom għal proġett partikolari, għaliex
dak il-proġett jista’ jkun mezz kif tistimola l-ekonomija, huwa
investiment illi aktar il-quddiem jagħtina riżultati, u jkun ħa d-deċiżjoni
bbażata fuq l-informazzjoni li tkun ingħatatlu.
Jien ninsisti illi la darba jkun hemm parametri stabbiliti, dawk
il-parametri nibqgħu sejrin bihom. U hemm xi proġetti iva, illi
minhabba l-indikazzjoni li kellna u r-rapporti li kellna u se jaqbżu t-targets
finanzjarju, sar intervent mill-Gvern biex nibqgħu fi ħdan it-targets
finanzjarju jew inkella jekk dak it-target
se jinqabeż, jinqabeż biss wara li nkunu aħna stess bħala Gvern fuq
livell politiku, aċċettajna li huwa ġustifikat, li huwa sensibbli, li
huwa tajjeb illi jinqabez dak għax se jtina benefiċċju akbar, jew għax
fil-proċess wieħed jinduna li hemm diffikultà fuq naħa jew fuq ħaġa
jew oħra. Dawn dejjem ikollhom dawn it-tip ta’ affarijiet.
Però ma ngħidx illi l-Gvern daħal għal affarijiet li m’humiex affordable.
Naħseb li l-Gvern f’kull deċiżjoni li ħa fis-snin illi għaddew
biex jidħol għal ċerti proġetti nazzjonali, ħadhom b’viżjoni li
tħares ’l quddiem u b’konvinzjoni li dawk il-proġetti partikolari
se jkunu kruċjali, deċisivi biex jagħmlu dik id-differenza, jew fl-ekonomija
ta’ pajjiżna, jew fil-kwalità tal-ħajja ta’ pajjiżna. L-isptar
il-ġdid huwa eżempju tipiku, illi huwa proġett illi l-mira tiegħu
hija li tagħti l-poplu Malti sptar illi jkun jista’ jkompli
jigarantixxi l-ogħla livelli ta’ kura ta’ saħħa illi l-poplu tagħna
mhux biss imdorri għaliha imma bi dritt jistenna. Però il-kwistjoni
tkun illi jekk aħna nafu li dak il-proġett kellu jiswa tant, allura
jrid ikun hemm kontroll kontinwu assolut fuq kemm qed jiswa dak il-proġett
u jekk ikun hemm bżonn nintervjenu, nintervjenu.
Dawn
huma l-intoppi li qed insemmu u naħseb però illi s-serjeta titlob illi
nagħmlu hekk. Is-serjetà titlob illi aħna nitolbu l-accountability
mingħand kulħadd anki mingħand kuntratturi, anki minn min ikun ippreżenta ruħħu
bħala espert u jgħidilna li jiena espert
u tana l-estimi, jiena issa I want
to call him to account. Min ġie bħala espert, u ippreżenta ruħu u qalli li din it-tazza hi mimlija ilma mbagħad niskopri li t-tazza
qed tfur jew li hija nofsha mimlija, xi ħin jien nibgħat għaliħ u ngħidlu
isma spjegali. U jekk m’intix se tispjegali se nżommok responsabbli,
u naħseb hekk għandna nimxu. Dan m’hemmx ħabi fihom f’dawn l-affarijiet,
imma mod ta’ kif wieħed għandu jopera.
Reno Bugeja - PBS
Prim Ministru, il-Gvern tiegħek qed jagħti importanza għad-dixxiplina
finanzjarja u l-effiċjenza fl-aġenżiji tal-Gvern, għaliex fuqhom
ukoll tiddependi l-kompettività tal-pajjiż. Issa donnu qed jirriżulta
illi wara anki li ltqajt mal-kapijiet ta’ dawn l-aġenziji, dawn aġenżiji
li għandhom ftit fihom qed jgħollu l-miżati jew jdaħħlu xi tariffi
fis-sistema tagħhom li ovvjament ma tkunx ta’ piż fuq il-Gvern, din
tolħoq il-kompetitttività. Kemm hi aċċettabli din u nixtieq ukoll
nagħmillek mistoqsija oħra fuq il-kwistjoni tal-Maltacom. Inti għidt
huwa ovvju li l-Maltacom għandha bżonn msieħeb strateġiku. Mill-esperjenza
ta’ dan il-pajjiż rajna li kull meta daħħalna imsieħeb strateġiku,
nirreferi għal bank, għal HSBC u għal-MIA spiċċaw biex għollew it-tariffi
u ma jidhirx li kien hemm xi vantaġġ tanġibbli għal-ekonomija, għall-inqas
kif nara jien.
Prim Ministru
Mela, l-ewwelnett dwar l-aġenziji, bħalma tafu jiena kelli laqgħa maċ-chairpersons
u ċ-CEO’s ta’ l-aġenziji u l-entitajiet tal-Gvern, però dawk li
ma jinkludux naturalment aġenżiji jew korporazzjonijiet li diġà għaddejin
minn proċess ta’ ristrutturazzjoni.
Per eżempju waqt il-laqgħa li kelli jien, ma kienx hemm l-Enemalta għax
dak il-Ministru Austin Gatt qed jieħu ħsieb hu l-proġett
ta’ ristrutturazzjoni, minn dawk il-korporazzjonijiet u kumpaniji tal-Gvern illi diġà huma suġġett
għal-proċess dettaljat ta’ riforma u ristrutturazzjoni, dawk ma
kienux mistiednin għal dik il-laqgħa. Però għall laqgħa li kelli
ma’ l-awtoritajiet oħrajn kollha, attendew, kollha kemm huma. U
hemmhekk il-messaġġ li jiena wassalt kien illi jien nistenna accountability
mingħand kulħadd fil-livelli kollha, accountability
finanzjarja, jiġifieri l-aġenżiji li qedhin jirċievu l-finanzi
tal-Gvern biex ikunu jistgħu joperaw, allura anki jekk il-liġijiet
jistabilixxu awtonomija fl-operat tagħhom, fid-deċiżjonijiet li huma
jkunu qegħdin jieħdu fil-policy
bħala awtoritajiet regolatorji, dak nirrispetta l-indipendenza tagħhom
mogħtija skond il-parametri tal-liġijiet li aħna għaddejna mill-Parlament.
Però fejn il-Gvern qed jipproponi finanzjament, jiena nistenna accountability.
Issa lanqas nistgħu naċċettaw però li għaliex entità tkun xi tkun,
sabet ruħħa f’sitwazzjoni ta’ deficit,
minflok li tagħti rendikont ta’ kif jintefqu l-flus u tara hi stess kif issir aktar effiċjenti,
tirrikorri għas-sempliċi soluzzjoni li tgħolli t-tariffi, jew li
tivvinta tariffa. Dan m’huwiex aċċettabbli. Issa jista’ jkun hemm
f’sitważżjonijiet fejn tariffa trid togħla però nkunu rridu nifhmu
r-raġunijiet għaliex dik it-tariffa trid togħla, għaliex f’dan
il-kuntest nirrepeti, fl-aspetti kollha issa hemm issue
ta’ kompetittività. Issa jew se nitkellmu u mid-dehra se naħdmu
bis-serjetà għal kompetittività ta’ pajjiżna jew inkella m’aħniex.
Allura qegħdin ngħidu li fil-livelli kollha, is-soluzzjoni, l-ewwel eżerċizju
li jrid isir huwa audit intern ta’ kif l-aġenzija qegħda topera, l-effiċjenza li
qegħda tilħaq, fejn jistgħu jiġu ffrankati l-flus, fejn jistgħu jieħdu
valur għola għall-flus li l-Gvern qed jgħaddi lill dawn l-aġenziji
li huma fl-aħħar mill-aħħar, flus li ġejjien mit-taxxi li qed iħallsu
l-poplu Malti u Għawdxi kollhu.
Jiena dak in-nhar li kelli din il-laqgħa, infurmajt lill-aġenziji li sa l-aħħar
ta’ Settembru se jitwaqqaf unit
ġdid fi ħdan l-uffiċċju tal-Prim Ministru, illi xogħol dan il-unit
ikun illi janalizza l-ispejjeż, l-ispiża u l-kriterji ta’ kif
jintefqu l-flus mill-aġenziji kollha tal-Gvern. U dan il-unit
se jkun empowered mill-Gvern
biex jagħmel l-investigazzjoni biex jiġbor l-informazzjoni u biex jieħu
jew jirrakkomanda miżuri f’każijiet fejn ikun jidhrilna li aħna
nistgħu nieħdu valur aħjar għal flus li aħna qegħdin ninvestu, jew
inkunu qegħdin ninvestu f’dawn l-aġenziji. Dan il-unit
effettivament il-ħsieb hu li sa l-aħħar ta’ dan ix-xahar ikun
twaqqaf u jkun beda jopera.
Dwar il-Maltacom, le ma naqbilx mal-premessa li saret illi isma, fejn aħna
morna għall-strategic partner
għamilna xi żball. L-ewwelnett forsi l-eżempju tal-HSBC mhux preċiż
għax fil-każ tal-HSBC il-Gvern biegħ is-shareholding
kollu tiegħu. Din mhux strategicpartner, il-Gvern ma’ xi ħadd
fl-HSBC imma mal-HSBC, ma strategic
partner nazzjonali, dak iva, aħna jiġifieri deċizjoni konxja ġibna
lejn pajjiżna, skuzi ta’ l-akbar bank fid-dinja, u that
is a feather in our cap. Il-preżenza tal-HSBC f’Malta bħala
operazzjoni fissret ħafna u se nagħmel dan l-istatement
u minn imerini nkompli nmerieħ sa l-aħħar
ta’ ħajti. L-HSBC ġabet magħha bidla fil-kultura ta’ kif isiru l-affarijiet
hawn Malta. U meta għexna żmienijiet ta’
meta tmur il-bank u tieħu l-loan
għax inti tkun taf lill dak u lill-ieħor spiċċa dan, spiċċa, dawk
kienu ż-żmien taż-żmien is-soċjaliżmu, spiċċa.
Illum qegħdin f’sitwazzjoni fejn għandhek banek Maltin u l-HSBC li huma
serji, li għandhom operazzjonijiet illi llum jikkompetu ma’ livelli
internazzjonali, serjissimi u rikonoxuti bħala banek serjissimi. U dan
hu l-benefiċċju li ġabet id-deċiżjoni li kien ħa l-Gvern illi jġib
dan il-bank b’reputazzjoni internazzjonali u allura f’dan is-sens
nirrikonoxieħ bħala strategic
partner nazzjonali li għen biex il-pajjiż jagħmel din il-qabża
ta’ kwalità li għamel mas-snin, u naħseb dik kienet id-deċiżjoni
tajba, għaqlija, niddefediha u naħseb minn hu operatur jaf li dak li qed ngħid
huwa veru. Li saret bidla radikali fil-mentalità, fil-kultura ta’ kif
wieħed jopera ma’ banek, mas-serjetà ta’ l-affarijiet kif għandhom
isiru mal-viabbilità, mal-feasability
ta’ proġetti, ma’ kif tipprepara ruħek biex int stess ikollok proġett
illi finalment ikollu s-suċċess tiegħu. Jiġifieri għar-rigward
tal-HSBC naħseb illi l-argument ikun differenti. Għar-rigward iżda
jekk l-HSBC għolliet it-tariffi, għax naħseb li l-mistoqsija kienet
pjuttost marbuta ma’ dan il-punt, isma jista’ jkun li jiggwadanjajna
minn ċerti affarijiet, però dak
ifisser illi għolew ċerti tariffi, ċerti spejjez jiddependi, jiena ma
rridx ngħaddi ġudiżżju. Però nerġa ngħid hemm sitwazzjonijiet
fejn it-tariffi jridu jogħlew u fejn ikun hemm sitwazzjonijiet fejn ma
jkunx ġustifikat għal żieda fit-tariffi jiġifieri llum, id-dinja ta’
llum, nerġa ngħid, hija dinja bbażata fuq il-kompetittività.
Fis-settur privat bħalma
anki hu l-Gvern, finalment meta jiġi biex jikkostja kollox, irid jgħid
isma jiena kemm qed jiswini dan is-servizz? U jien nara kemm se jiġi jiswa.
Jien naħseb li fl-opinjoni tiegħi li għar-rigward tal-HSBC
partikolari, dik hija kwistjoni, jekk it-tariffi tagħhom huma għoljin
hemm alternattivi. Min ma jogħġbux, jieħu l-alternattivi. Din hija r-realtà
tal-kompetizzjoni. U naħseb li hija realtà li tikkontrolla ħafna
mill-affarijiet, għax jiena ħa ntik eżempju differenti. Ħu l-mobile
phones, ara l-mobile phones
differenti. Issa hemmhekk fil-politika li ħa dan il-Gvern. Dan il-Gvern
jiġifieri mmexxi mill-Partit Nazzjonalista, li ġie kkritikat meta ddeċieda
illi jilliberizza l-qasam tat-telefonija f’pajjiżna, u kienu qalulna
li l-Maltacom se titlef l-impjieg. Ir-riżultat x’inhu? Mhux it-tariffi
għolew issa, ħa nibqgħu fuq l-istess punt, imma traħsu u hemm
kompetizzjoni kbira bejn l-operaturi biex minn iraħħas l-iżjed, u l-benefiċċju
finalment gawdieħ il-konsumatur. Plus
illi għandek teknoloġija illi hija dejjem avvanzata.
Fuq il-MIA, jiena anki hawnhekk ngħid, l-MIA hemm kuntratt, hemm agreement,
huwa l-Management Agreement fl-MIA mal-Vienna International Airport,again
l-iskop huwa li permess tiegħu naslu biex il-livell ta’ servizzi li aħna
nagħtu fl-airport internazzjonali
tagħna, jkun ta’ livell li jikkompeti ma dak ta’ airports
internazzjonali oħrajn. Hemm ftehim illi jirregola ċerti affarijiet.
Hemm ċerti affarijiet illi jistgħu jagħmlu l-operaturi, hemm ċertu
affarijiet oħrajn illi ma jistgħux jagħmlu mingħajr il-kunsens
tal-Gvern. Jiġifieri fejn hemm kwistjoni ta’ tariffi li l-MIA timponi,
dawk jistgħu jsiru skond il-ftehim illi aħna nnegozjajna magħhom.
Jiġifieri jiena bir-rispett kollu ma naħsibx naf li mistoqsija, jiġifieri
imma ma naħsibx illi s-sitwazzjoni ta’ fejn morna ta’ strategic partner hija kwistjoni ta’ isma ma mmorrux għal strategic
partner għax-imbagħad it-tariffi jogħlew. Ma naħsibx li huwa
hekk jiena fil-każ tal-Maltacom, jekk tippermettili, b’mod aktar
b’saħħtu. Il-verità hija din. Il-Maltacom qiegħda fil-fażi ta’
żvilupp tagħha, l-ewwel nett fejn irreġistrat suċċessi kbar tul is-snin,
irreġistrat suċċessi kbar tul is-snin. Però t-teknoloġija nafu kif
qed tizviluppa u nafu li f’dawn l-aħħar ftit snin ir-ritmu ta’ l-iżvilupp
tat-teknologija kiber b’mod qawwi ħafna.
Issa wasalna f’punt fejn inkunu rridu nieħdu ċerti deċizjonijiet li
jfissru investimenti ta’ miljuni kbar ta’ liri. Jidhirli, jidhrilna
bħala Gvern, anki l-pariri li nirċievu, anki dak li jagħmlu pajjiżi
oħrajn, illi bil-parteċipazzjoni ta’ partner
strateġiku illi hu stess jgħin biex il-Maltacom tieħu l-aħjar deċizjonijiet
possibbli biex tmur għall-aħjar teknoloġija illi hija neċessarja għall-pajjiżna
u biex l-istrategic partner
allura mhux biss joffri l-expertise
imma anki jgħin biex jintagħżlu l-aħjar soluzzjonijiet għal-pajjiżna,
naħseb li huwa kruċjali. Kruċjali għal futur ta’ pajjiżna. Għaliex
jekk ma nagħmlux hekk u jekk nibqgħu magħluqin ġo qoxritna, allura
se jasal il-mument iva, illi mhux għax jiġi strategic
partner jgħolli t-tariffi. Ikollna ngħollu t-tariffi bilfors, għaliex
inkella jekk aħna naqaw lura u ma nibqgħux navvanzaw mat-teknoloġija,
se nispiċċaw jew ikollna nissussidjaw il-Maltacom. Jekk nissussidjaw
il-Maltacom mingħajr it-tariffi mhux xorta mit-taxxi tagħna se joħorġu!
At the end of theday,
meta tikkunsidra kollox, xorta finalment qed tieħu inti mill-bwiet
tal-Maltin u tal-Għawdxin. Jiġifieri l-kunċett kollu huwa illi aħna
nġibu partner illi jgħina nsibu l-aħjar triq teknoloġikament moderna li
tista’ tiggarantilna illi l-Maltacom tibqa, tibqa kompetittiva però
fuq il-livelli li aħna mdorrijin u nafuha.
Omar Cutajar - di-ve.com
Ftit qabel tkellimnt fuq l-eco-contribution
u semmejt kif hemm kummissjoni li minnnaħa tar-rappreżentanti ta’ l-istake holders u xtaqt insaqsik, x’inhu l-iskop li jkun hemm commission
li t-terms of reference tagħha se jkunu li joħorġu bi skemi għal waste
collection meta s-suq ta’ waste
collection huwa dominat minn aġenzija tal-Gvern il-WasteServ. Din mhix tagħmel sens.
Prim Ministru
Hu paċenzja nerġa nirrepeti dak li għidt, mhux il-Waste Collection. Il-Waste
Collection assolutament iva naqblu li hija l-aktar parti faċli, collection
li tiġbor l-iskart. Dik hija l-aktar parti faċli u dak qatt ma kien l-iskop
ta’ l-eco-contribution, qatt. L-iskop tal-eco-contribution u l-iskop tal-politika tal-Gvern huwa, la darba tiġbor
l-iskart x’ħa nagħmlu biħ? Il-fridges,
il-cookers illi għal tant
snin rajnihom fuq il-ħitan tas-sejjieħ fl-għelieqi tagħna, jekk
irridu li ma narawhomx izjed fil-ħitan tas-sejjiegħ tagħna, la darba
niġbruhom x’se nagħmlu bihom? Il-ħadid, il-parts
tagħhom, il-gass li fihom, x’se nagħmlu bihom? Se naħarquhom, se
nitfgħuhom f’xi landfill,
se nitfugħhom il-Magħtab? X’se nagħmlu bihom? U l-iskop huwa illi aħna
l-Gvern, flimkien ma’ l-operaturi ekonomiċi noħorġu bi skemi li
mhux ikunu skemi ta’ kif jinġabru imma x’tagħmel bihom la darba
jinġabru. Dan hu l-objettiv illi aħna għandna u jiena din l-informazzjoni
li għandi però ma rridx ngħaġġel, hemm il-kummissjoni li se
titwaqqaf u nħallu l-kummissjoni tasal għal-konkluzjonijiet tagħha,
jew rakommandazzjonijiet tagħha.
L-iskop tal-kummissjoni huwa illi jiġu proposti skemi illi l-focus
tagħhom ikun kif tittratta dan l-iskart, u l-loġika tant hi ċara għaliex
aħna tant hu hekk il-liġi li għaddejna tgħid ċar u tond. Fejn l-operatur
jipproponi skema li tkun aċċettata mill-Gvern li tkun tittratta l-iskart,
mhux li tiġbor l-iskart, għax li tiġbor l-iskart naqbel miegħek hemm
operaturi differenti biex jiġbruħ. Imma li tittratta l-iskart il-liġi
stess tgħid li f’dak il-kaz il-Gvern jista’ jeżenta lill-operatur
mill-ħlas tal-eco-contribution.
Tant hu veru li dan kien u hu u jibqa l-objettiv ta’ l-eko-kontribuzzjoni.
Jiena dejjem għidt din mhux xi kontribuzzjoni biex aħna nżidu r-revenues
tal-Gvern, assolutament mhux dak l-iskop. L-iskop huwa illi aħna nibdew
għall-ewwel darba f’pajjiżna nidħlu f’dawn it-tip ta’ skemi
illi jkunu skemi li jkunu qed jitħaddmu bejn il-Gvern u bejn l-operatur
innifsu f’setturi differenti, jistgħu jkunu l-bottlers,
jistgħu jkunu l-importaturi tal-white
goods, jistgħu jkunu aġenziji oħrajn.
Maria Teresa Portelli - RTK
Aktar kmieni semmejt il-kwistjoni ta’ l-immigranti illegali, ovvjament
ma’ dawn l-immigranti illegali jiddaħħlu wkoll numru ta’ tfal li wħud
minnhom ukoll ma jkunux akkumpanjati. X’taqtek tikkumenta ftit fuq is-sitwazzjoni
ta’ dawn it-tfal f’Malta u anki fuq dawk il-postijiet speċifiċi
illi huma jinżammu fihom.
Prim Ministru
Il-parti ta’ tfal ma qegħdtx nidħol fid-dettalji tagħha però hija
forsi l-aktar parti sensittiva u tajniha l-importanza tagħha, tant hu
hekk illi biddilna l-policy ukoll
ta’ dak li għandu x’jaqsam ma’ tfal li taħt l-ebda ċirkostanza
t-tfal ma jkunu f’sitwazzjoni ta’ detention
center imma li jkunu jistgħu jintegraw irwieħhom billi
nipprovdulhom anki l-possibbiltà ta’ aċċessibiltà ta skejjel għas-servizzi
kollha li jkun hemm bżonn għax it-tfal naturalment, jiena nibqa ngħid
iċ-ċirkostanzi kważi dejjem tinduna li huma kemm l-individwi kif
ukoll it-tfal vittmi ta’ ċirkostanzi. Vittmi innoċenti ta’ ċirkostanzi,
aħseb u ara t-tfal. Hawnhekk irrid nirrikonoxxi li tlabna anki l-għajnuna
minnnaħa tal-knisja, u l-knisja offriet
din l-għajnuna biex aħna nkunu nistgħu nakkomodaw jew nipprovdu
alternattivi f’dak li għandu x’jaqsam mat-tfal.
Naturalment Alla ħares mhux hekk. Jiġifieri l-Gvern hawnhekk għandu bżonn
l-għajnuna ta’ kulħadd, għandu bżonn l-għajnuna tas-soċjetà ċivili,
għandu bżonn l-għajnuna anki tal-Knisja, u napprezza immensament l-appoġġ
u l-għajnuna tal-Knisja li anki ngħatat u ġiet offruta wkoll tul dawn
l-aħħar ġranet, preċiżament biex inkunu nistgħu nindirizzaw din
il-kriżi, għax m’hemmx mod kif niddefiniha. Però anki l-Ministru
Dolores Christina u allura bl-aġenzija Appoġġ,
it-termini ta’ referenza li għandha illi tat attenzjoni partikolari għal
bżo