LAQGĦA
TA’ KULL XAHAR TAL-PRIM MINISTRU LAWRENCEGONZI
MAL-MEDIA
Berġa
ta’ Kastilja
Il-Ħamis 8 ta' Lulju
2004
Prim Ministru
L-ewwelnett
nerġa’ nirrepeti dak li għidt.Id-deċiżjoni
li naċċetta r-riżenja tal-Ministru John Dalli irrid nenfasizza li
hija deċiżjoni politika.Jiena
deherli illi fiċ-ċirkustanzi, il-mod kif żviluppaw l-affarijiet meta
rċevejt ir-riżenja ta’ John Dalli, kelli naċċettaha u ma kellix
triq oħra ħlief li naċċetta r-riżenja.
It-tieni punt importanti.Il-Prim
Ministru m’huwiex Imħallef jew sostitut ta’ Mħallef jew sostitut
ta’ qorti, jiġifieri l-Prim Ministru ma’ jiġġudikax il-ħtija jew
l-innoċenza ta’ xi ħadd.Il-Prim
Ministru għandu r-responsabbilta’ politika illi jara li l-affarijiet
isiru sew, li jara li l-kodiċi ta’ l-etika jiġi segwit
minn
kulħadd, fil-livelli kollha.Imma
importanti li nagħmel il-punt illi x-xogħol ta’ Prim Ministru
m’huwiex xogħol illi jissostitwixxi xi qorti jew xi tribunal u dan
ifisser illi jekk xi ħadd ikollu xi ħaġa jew xi allegazzjoni,
x’insinwazzjoni jew xi ħaġa li tista’ tindika xi ksur tal-liġi,
tista’ tkun anke liġi ċivili. Hemm l-istituzzjonijiet li għandna
fil-pajjiż u jkun żball kbir jekk il-Prim Ministru jew ikun min ikun,
jissostitwixxi ruħu għall-istituzzjonijiet li għandna f’dan
il-pajjiż.
It-tielet
punt.Jien il-bieraħ ktibt
lill-Awditur Ġenerali biex ngħidlu jibda jagħmel l-eżerċizzju ta’
benchmarking. Naturalment li
jara anki imma illi l-affarijiet fil-fatt fil-Ministeri kollha, fid-Dipartimenti
kollha, fl-Aġenziji kollha, fil-Korporazzjonijiet kollha li l-Gvern għandu,
l-affarijiet qed isiru sew u qed isiru skond ir-regoli.
Jiena
xtaqt, imma nieħu l-okkażjoni wkoll fl-introduzzjoni tiegħi, li nħares
anki lejn affarijiet oħrajn.Jiena
l-attenzjoni tiegħi tal-Gvern illi jien immexxi, tal-Ministri li
jiffurmaw parti mill-Kabinett tibqa’ ffukata totalment u
esklussivament fuq il-pajjiż, fuq l-ekonomija tal-pajjiż fuq l-iżvilupp
u l-politika u l-implimentazzjoni tal-politika tagħna u r-riżultati li
qed nakkwistaw.U dalgħodu
ridt allura, nagħti punti li ħarġu, forsi pożittivi, li ħarġu fil-ġranet
li għaddew dwar s’issa, l-affarijiet kif inhuma sejrin fil-pajjiż.
L-ewwelnett
qed jirriżulta għal darb’oħra illi tista’ tgħid minn Marzu ta’
din is-sena ‘l quddiem, ir-rata tal-qagħad f’pajjiżna qegħda
tonqos u l-aħħar ċifra li jiena għandi, mhux uffiċjali naturalment,
mill-ETC għal dawk li qegħdin
jirreġistraw taħt l-ewwel parti tar-reġistru hija li din iċ-ċifra
niżlet għal 7,350 ruħ.Dan
jikkonferma li l-qagħad f’pajjiżna qabad it-triq tan-niżla u
j’Alla nibqgħu sejrin hekk.Ma
jfissirx illi b’daqsekk għandna xi sitwazzjoni li tista’ sserħilna
rasna. Irridu nibqgħu b’attenzjoni mixħutin fuqha, però, l-indikazzjoni
li l-qagħad f’pajjiżna huwa nieżel, dak huwa tajjeb għaliex juri
illi l-ekonomija ta’ pajjiżna effettivament qegħda toħloq
il-postijiet tax-xogħol, għax il-qagħad nieżel mhux għaliex qed jirriżulta li qed jinqatgħu xi
numru ta’ nies mhux tas-soltu mir-reġistru, imma pjuttost għaliex
qed jirriżulta li qed jinħolqu postijiet tax-xogħol.
L-istatistika li ġiet ippubblikata riċentement turi li
fis-settur tal-manifattura għal dak li għandu x’jaqsam ma l-ewwel 4
xhur ta’ din is-sena, kellna żieda ta’ 4% fil-produzzjoni
tas-settur tal-manufattura meta mqabbla ma’ l-istess, l-ewwel 4 xhur
tas-sena li għaddiet.Jirriżulta
wkoll illi l-investiment fil-manifattura żdied meta mqabbel ma’ l-ewwel
4 xhur tas-sena li għaddiet.Matul
ix-xahar ta’ Ġunju fetħu 3 kumpanniji ġodda.U jiena għandi l-informazzjoni kkonfermata li hemm żewġ
kumpanniji oħra li kkonfermaw l-intenzjoni tagħhom, u fil-fatt anki l-permessi
minnnaħa tal-Planning
Authority ħarġu, biex jinvestu f’pajjiżna u dawn iż-żewġ
kumpanniji fuq perjodu ta’ żmien, dan se jfisser investiment ta’
15-il miljun lira.Infurmat
ukoll li l-Malta Enterprisefix-xahar ta’ Ġunju
ħarġet mal-11-il letter of
intent ma’ nvestituri dwar proġetti differenti li huma kkalkulati
eventwalment li joħolqu bejn wieħed u ieħor mal-500 post tax-xogħol.
Dwar il-finanzi, iċ-ċifri wkoll li ġew ippubblikati
jindikaw illi d-dħul tal-Gvern sa Mejju illi għadda huwa skond dak li
pproġettajna. Irrid infakkar illi l-effett taż-żieda fil-VAT li ġiet
mħabbra fil-Budget tas-sena li għaddiet jibda jinħass minn Mejju. Jiġifieri l-ewwel 4 xhur
tas-sena, Jannar, Frar, Marzu April, iċ-ċifri ma jkunux qegħdin jirriżultaw
jew jirriflettu id-dħul taż-żieda ta’ 3% li aħna żiedna fuq ir-rata
tal-VAT.Jekk l-affarijiet
jibqgħu sejrin kif inhuma sejrin u l-indikazzjonijiet jibqgħu sejrin,
allura jidher li t-targets tagħna f’dak li għandu x’jaqsam mad-dħul tal-Gvern għandhom
jintlaħqu.
Għal dak li għandu x’jaqsam mal-ħruġ tal-Gvern jidher
ukoll illi l-kontroll fuq l-ispiża tal-Gvern huwa kontroll li qiegħed
jagħtina riżultati, però jiena għadni m’hiniex kuntent.Jidhirli li jista’ jsir ħafna iżjed biex nikkontrollaw l-ispiża
tal-Gvern u effettivament minn għada se nibda eżerċizzju mal-Ministri
u Segretarji Parlamentari u l-Permanent
Secretaries magħhom, Ministru, Ministru individwalment biex
inkomplu nidħlu fid-dettal ħalli nkunu ċerti illi qed ikun hemm
il-kontroll li jien nixtieq ikun hemm fuq l-ispiża tal-Gvern.Infakkru illi meta tqabbel l-ewwel xhur ta’ din is-sena Jannar
sa Mejju, ma’ l-ewwel ħames xhur tas-sena li għaddiet, id-deficit strutturali naqas bi 18%.Dak huwa ammont li huwa sostanzjali. Naturalment għadna qegħdin
fil-bidu, fl-ewwel ħames xhur tas-sena, wieħed ma jridx joqgħod jimla
rasu u ara ma jkunx hemm xi ħadd li jassumi li allura l-problemi nkunu
solvejnihom.Assolutament
m’huwiex hekk.Irridu
nibqgħu ffukati u attenti ħafna fuq il-pjan li aħna għandna.Huwa pjan illi ġie mħabbar fil-Budget
tas-sena li għaddiet.
Dan
insemmieh għaliex naturalment parti mill-items
ta’ nteress nazzjonali li qam f’dawn l-aħħar ġranet kien il-pjan
ta’ Konverġenza illi ġie aċċettat mill-UE fil-laqgħa ta’ l-Ecofin li jien attendejt nhar it-Tnejn li għadda u qisu hemm xi wħud
li jaħsbu li dan huwa xi pjan ta’ konverġenza ġdid li aħna ħriġna
bih f’dawn l-aħħar ġranet.Effettivament
irrid infakkar illi l-proċess kien jirrekjedi li f’Mejju li għadda aħna
nippreżentaw lill-UE il-pjan tagħna ta’ konverġenza biex nispjegaw
kif beħsiebna naħdmu ħalli d-deficit
ta’ pajjiżna nnaqsuh u jinżel taħt il-livelli stabbiliti minnMaastricht,
jiġifieri taħt it-3%.Dan
il-pjan kien diġa’ ddettaljat biċ-ċifri b’kollox fil-Budget
għal din is-sena.U allura
l-pjan ta’ konverġenza li ġie mibgħut lill-UE huwa effettivament
mibni, totalment fuq il-miżuri, fuq l-inizzjattivi, fuq it-targets
li ġew imħabbra bil-miktub fid-diskors tal-Budget
ta’ Diċembru li għadda, li allura issa bdejna nwettquh u qegħdin
issa f’Lulju u rrid ngħid illi fl-ewwel 6 xhur ta’ din is-sena diġà
ttieħdu diversi inizzjattivi biex nimplimentaw dak il-pjan ta’ konverġenza.Biex nimplimentaw il-miżuri tal-Budget
u allura l-aspettattivi u l-parametri kollha li hemm, inklużi fil-pjan
ta’ konverġenza.
Kif iddikjarajt il-bieraħ, jiena waslitli talba minnnaħa taċ-chairman
tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali biex niltaqa’
ma’ l-imsieħba soċjali fl-MCESD.Hekk se nagħmel u se nerġa’ nikkonfermalhom illi l-pjan ta’
konverġenza huwa effettivament mibni fuq il-Budget
ta’ l-2004 li kien Budget,
irrid infakkar, li kien ir-riżultat ta’ diskussjonijiet qawwija ma’
l-imsieħba soċjali.Kulħadd
ifakkar il-laqgħat li saru f’Għawdex ma’ l-imsieħba soċjali.Dak il-Budget kien riżultat
ta’ hekk, ta’ dawk id-diskussjonijiet u l-pjan ta’ konverġenza hu
mibni fuq dawk l-affarijiet. Hemm
ħafna punti oħrajn però ħa nieqaf hawn u naħseb nistgħu nibdew
bil-mistoqsijiet.
Maria Muscat –One
News
Prim Ministru, għalfejn il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp
Ekonomiku ma ġiex infurmat anke dwar il-pjan ta’ konverġenza sabiex
ma ddiskutiex u kellu jitlob talba sabiex dan jiġi diskuss u anke għall-fatt
nixtieq nerġa’ nitlob spjegazzjoni aktar ċara għax mhux ċara u
anke l-pubbliku qiegħed jistaqsi, kif inti aċċettajt ir-riżenja
tal-Ministru John Dalli u nixtieqek forsi tispjega aktar fiċ-ċar, inti
kont għedt, għadek tiddikjara …
Prim Ministru
Ħu paċenzja, għamlu mistoqsija waħda, dalwaqt ikollna ċans
għal aktar mistoqsijiet.
Maria Muscat – One News
Ħa nispiċċa din jekk ma jimpurtax.Inti għadek tiddikjara illi l-Ministru John Dalli m’hux
issostanzjati l-allegazzjonijiet li kien hemm fil-konfront tiegħu?U jekk iva nerġa’ nistaqsik għalfejn aċċettajt allura r-riżenja
għaliex l-ispjegazzjoni li tajt, fl-opinjoni tiegħi m’hiex biżejjed
ċara.
Prim Ministru
Għamiltli erba’ mistoqsijiet.Meta aħna ftehma li tagħmel mistoqsija waħda.Jekk jogħġobkom ippruvaw segwu għax inkella ma nkunux qed
nimxu bil-proċedura u ma nagħtux ċans lil kulħadd biex jagħmel
il-mistoqsijiet tiegħu.
Dwar il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali,
jiena rrid ngħid li kull meta kelli okkażjoni niltaqa’ mal-Kunsill
iltqajt u kelli laqgħat matul ix-xhur li għaddew li kienu, mhux fuq
dan is-suġġett, kienu fuq ir-riforma fil-pensjonijiet.Però kelli din it-talba issa u naturalment jiena naċċettaha,
imma jiena diġa’ spjegajt.Il-pjan
ta’ konverġenza huwa pjan illi ġie l-ewwelnett mgħoddi, mħabbar,
f’Mejja li għadda u mhux xi ħaġa ġdida.Tant hu hekk illi kien diġa’ fil-pubbliku, saru diġa’
mistoqsijiet mill-pubbliku.Però
ma jimpurtax.Wieħed jagħti
aktar spejgazzjonijiet fuqu.Huwa
dokument pubbliku.Ippubblikajnieh
jiġifieri, dan m’hux xi dokument sigriet. U naħseb li huwa mportanti
għall-imsieħba soċjali illi bl-arranġament li aħna għandna ma’
l-UE sa Novembru li ġej, nerġgħu nkunu f’pożizzjoni li nindikaw aħna
stess il-passi u l-miżuri illi aħna qed nippjanaw imbagħad għas-sena
2005 u 2006.U naħseb li
huwa tajjeb illi l-proċess ta’ diskussjoni ma’ l-imsieħba soċjali
fuq dawn il-passi li jmiss f’pajjiżna biex inkomplu nġibu d-deficit
taħt kontroll, nibdew niddiskutuhom minn issa.U allura naħseb li tajjeb iva illi niltaqa’ ma’ l-MCESD
f’dawn il-ġranet.Imma
nirrepeti, il-pjan ta’ konverġenza huwa it-traduzzjoni tal-Budget.
Infakkar illi l-Budget kien riżultat
ta’ diskussjonijiet qawwija u fit-tul ma’ l-imsieħba soċjali, li
mhix xi ħaġa li ħa tissorprendi lil xi ħadd, nerġa’ nfakkar ukoll,
illi l-pjan ta’ konverġenza jinkludi diġa’ diversi miżuri li diġa’
mplimentajna.Pjan ta’
ristrutturazzjoni tat-Tarzna, Pjan ta’ Ristrutturazzjoni tas-Settur
Pubbliku, iż-żieda fil-VAT, hemm ċerti miżuri li għadhom in
the pipeline.Per eżempju
l-introduzzjoni ta’ l-Eco
contribution, kienet issemmiet ukoll fil-Budget,
u għadhom qegħdin fil-proċess li aħna nimplimentawhom.
Dwar il-mistoqsijiet li għamiltli fuq John Dalli.Jiena nerġa’ nsostni dak li għedt fl-introduzzjoni, naħseb
li m’għandix għalfejn nirrepeti.Imma għall-mistoqsija partikolari li għamiltli l-allegazzjonijiet
li saru għar-rigward tal-kwistjoni ta’ l-Iranjani fejn jiena fl-ittra
kkonfermajt illi dawk l-allegazzjonijiet fil-konfront ta’ John Dalli
ma ġewx issostanzjati, huwa fatt li jiena għandi d-dokumentazzjoni
kollha illi tkopri l-allegazzjonijiet li saru f’dak il-każ illi d-dokumentazzjoni
li jiena għandi jikkonfermaw il-verżjoni tal-fatti kif spjegahom John
Dalli.U in
all fairness għax jiena hekk inħobb nimxi, dan l-istatement
irrid nagħmlu.Jiġifieri
huwa statement li jiena nerġa’
nikkonfermah anke hawnhekk illi d-dokumentazzjoni li jiena għandi
f’idejja jikkonfermaw il-fatti kif spjegahom John Dalli.Issa jekk hemm xi ħaġa oħra illi xi ħadd jidhirlu li għandu
xi dritt, jeżercitah dak id-dritt!Jiġifieri jekk hemm xi ħadd li jidhirlu li hemm xi dritt ċivili,
dritt legali jien mhux qed inżommu, jekk għandu xi dritt legali imur
ifittex fl-istituzzjonijiet legali li aħna għandna f’pajjiżna.Imma f’dak il-każ partikolari jiena deherli li anke fl-ittra
li biha rrispondejt l-ittra tar-riżenja ta’ John li fiha spjega, li
magħha kellu anness dokument
li spjega ċertu verżjonijiet, id-dokumentazzjoni li jiena għandi,
nikkonferma iva, illi ma jissostanzjawx l-allegazzjonijiet li saru
fil-konfront ta’ John Dalli.
Lawrence Grech – The Sunday Times
Kemm huwa fattibbli t-target
li jidhirli li semmejt li sa l-2007 se nkunu lħaqna l-1.4% tal-GDP
bħala deficit.U speċifikament
meta fil-Budget li għadda tħabbret
iż-żieda ta’ 3% fil-VAT kien intqal li din se tmur biex tindirizza
l-infiq fuq is-saħħa.Dan
qed isir?U jekk qed isir
qed jingħata rendikont partikolari tagħha?
Prim Ministru
Kemm hu fattibbli li aħna nilħqu il-mira ta’ 1.4% tal-GDP sas-sena 2007.Nerġa’
nirrepeti, fil-Budget, hawnhekk
ukoll, dak hu l-pjan kif espost fil-Budget
Speech li jkopri l-perjodu sa l-2006 u li jgħid illi d-deficit illi rreġistra tas-sena 2003 li kien ta’ 107 miljun lira,
fis-sena 2006 il-pjan huwa li dak jinżel għal 52 miljun lira.U hawn il-firxa ta’ kif qegħdin nittargitjaw il-perjodu, it-targets
tagħna għas-snin 2004, 2005, u 2006.Hu fattibbli jekk aħna nibqgħu ffukati, b’attenzjoni qawwija
ħafna, l-ewwelnett fuq il-kontroll ta’ l-ispiża tal-Gvern, kif ukoll
li nieħdu inizzjattivi li nixprunaw l-ekonomija ta’ pajjiżna biex l-ekonomija
tagħna tikber u se jkollna inizzjattivi bħal dawn, allura t-target
hu fattibbli.Issa ħa
nkunu ċari, intom tapprezzaw jien qed ngħid dan, xejn ta’ barra minn hawn, illi meta ngħid nixprunaw l-ekonomija, ħafna mill-inizzjattivi biex
tinkoraġġixxi li l-ekonomija timxi l-quddiem huma inizzjattivi li
jiswew il-flus.Jiġifieri
rridu aħna, aħna mhux qed ngħidu li l-Gvern se jieqaf milli jonfoq
il-flus imma illi n-nefqa tal-Gvern tmur f’dawk l-oqsma li bihom
inkunu nistgħu ninċentivaw lill-ekonomija tagħna biex timxi ’l
quddiem.U se jkun hemm
inizzjattivi f’dan is-sens.
Fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qegħdin f’pożizzjoni li nistgħu anke
nħabbru xi inizzjattivi li għandhom x’jaqsmu mal-qasam ta’ l-impjiegi,
li għandhom x’jaqsmu ma riformi oħrajn.Parti importanti mill-eżerċizzju se tkun ir-riforma fil-qasam
tas-saħħa bħalma parti importanti ukoll ir-riforma fil-qasam
tal-pensjonijiet.Anke fuq
dawn l-inizzjattivi se nkunu qegħdin fil-ġimgħat li ġejjin, inħabbru
patti minnnaħa tal-Gvern.
Dwar is-saħħa.Fil-Budget
kien issemma’ illi ż-żieda ta’ 3% fil-VAT qed issir biex mid-dħul
minn dik iż-żieda, dak id-dħul
partikolari jmur speċifikament biex jiffinanzja s-saħħa.Naturalment hemm parti oħra li tgħid ukoll li aħna rridu li l-kontribuzzjonijiet
tan-National Insurance naslu
f’pożizzjoni wkoll illi naqsmuhom billi ngħidu l-kontribuzzjoni tan-National
Insurance, parti minnha tiġi esklużivament refencedbiex tkopri l-qasam tal-pensjonijiet u tal-benefiċċji
kontributorji, waqt li parti oħra minnha tiġi wkoll iddedikata għall-qasam
tas-saħħa.U l-Budget
isemmi wkoll illi għandu jitwaqqaf, għandhom isiru sub-funds, fond konsolidat, u wieħed minn dan is-sub-funds
ikun speċifikament indirizzat għall-qasam tas-saħħa.Dan il-proċess bħalissa qiegħed jipprepara ruħu biex isir.Infatti anke il-Budget
Speech jgħid li għandu jkun hemm kumitat illi jkollu fih anke
rappreżentant ta’ l-MCESD fuqu, biex wieħed jara li dawn il-fondi
jkunu qed jiġu amministrati, u amministrati propju għall-iskop li jkun
twaqqaf.Fil-Ministeru
tal-Finanzi qegħdin bħalissa nieħdu ħsieb biex nimplimentaw din
il-miżura fil-ġimgħat li ġejjin.
Jiena nemmen ħafna li hu fattibbli, però kulħadd irid jiġbed l-istess ħabel
u kulħadd irid iħossu parti minn dan il-proċess, he has to own it. Ngħid dan b’mod partikolari għas-settur
pubbliku u l-messaġġ li se nkun qed nwassal fil-ġranet li ġejjin
lis-settur pubbliku partikolarment lit-top
management tagħna li ninkludi lill-Permanent
Secretaries fil-Ministeri kollha, illi jiena nistenna illi they own the process u l-performance
tagħhom se tkun imkejla skond ir-riżultati illi jiġu reġistrati
fuq it-targets li nkunu
stabbilejna għal kull sena partikolari.
Lou Bondi – Where’s Everybody?
Ħa nerġa’ nsaqsi fuq John Dalli jekk ma jimpurtax.Jekk fhimta tajjeb l-ittra tar-riżenja ta’ John Dalli
partikolarment l-anness li kien hemm magħha, jispjega raġunijiet għaliex
hu fil-fatt m’huwiex kolpelvoli ta’ l-ebda nuqqas bħala Ministru.U fl-ittra li biha inti aċċettajt l-ittra tar-riżenja tiegħu
kienet ittra newtrali ħafna li fiha inti sempliċiment aċċettajt
ir-riżenja tiegħu.Illum
però użajt kelma, għidt inti aċċettajt ir-riżenja għal raġuni
politika.Allura xtaqtek li
tagħti spjegazzjoni ta’ xi tfisser b’din il-kelma ‘politika’ jiġifieri,
John Dalli aċċettajt ir-riżenja tiegħu għal raġuni li hemm perception
li għamel xi ħaġa ħażina u allura l-Gvern iddeċieda fuq perception biss jew għax kien hemm xi ħaġa li inti bħala Prim
Ministru, bħala Kap tal-Kabinett ma stajtx taċċetta u jkollok
Ministru u allura li jkun kiser xi ħaġa.
Prim Ministru
Ir-risposta hija sempliċi.Deherli illi fiċ-ċirkostanzi kif żviluppaw u rrid ngħid
b’mod partikolari għal dak li għandu x’jaqsam mal-kwistjoni
tal-biljetti ta’ l-ajru, deherli illi żviluppaw ċerti ċirkostanzi
illi jiena bħala Prim Ministru ma ħallewlix triq oħra ħlief li naċċetta
r-riżenja tal-Ministru Dalli.Għalhekk
għidt li hija deċiżjoni politika u mhux deċiżjoni ta’ xi qorti
jew ta’ xi mħallef illi qiegħed isib lil xi ħadd ħati jew innoċenti
ta’ xi ħaġa.
Kurt Sansone –
Malta
Today
Mistoqsija waħda rigward il-kwistjoni ta’ l-Ecofin.Inti tajt
lill-Kummissjoni id-deadline tal-5
ta’ Novembru jekk mhux sejjer żball, issa meta trid tippreżenta pjan
iddettaljat bil-miżuri li se tieħu.Dan ifisser, nassumi, li dan il-pjan huwa simili għall-Budget
li se tippreżenta f’Novembru stess.Il-Budget se tippreżentah
qabel, wara l-5 ta’ Novembru, se tiddiskuti dan il-pjan dettaljat
ma’ l-imsieħba soċjali, qabel id-deadline
tal-5 ta’ Novembru?
Prim Ministru
L-ewwel nixtieq, jekk tippermettuli, nagħmel kważi statement qabel ma nwieġeb il-mistoqsija, f’dan is-sens, li aħna
rridu nifhmu li l-kontroll tad-deficit
f’pajjiżna huwa assolutament vitali għal pajjiżna
indipendentement mill-UE.L-UE
għandha l-istrutturi tagħha mal-pajjiżi kollha membri u dak huwa
tajjeb, fis-sens li iva, pajjiż membru jrid jagħti l-pjan finanzjarju
tiegħu nnifsu u jagħti l-indikazzjoni ta’ kif qed jikkontrolla id-deficit
u d-dejn nazzjonali.L-UE
għandha dak li jgħidulhom il-broad
economic policy guidelines illi huma mportanti ħafna għall-pajjiżi
kollha anke għal Malta.Però finalment ejjew nifhmu kollha kemm aħna li dan hu proġett
Malti.Jiġifieri dan hu
vitali għalina.U nitlaq
b’dik il-premessa.
It-tieni: inwieġeb il-mistoqsija li qed tagħmilli.Iva, bħal pajjiżi oħrajn ukoll, hemm pajjiżi oħra wkoll illi
rreġistraw deficit illi huwa
ogħla mill-kriterju ta’ Maastricht.Imma anke trid sal-5 ta’ Novembru tagħti
indikazzjoni ta’ kif issa se tkompli timplimenta miżuri illi dawk
il-miżuri jiġġustifikaw jew jispjegaw kif sas-sena 2006, 2007 aħna
se ninżlu għat-targets li għandna stabbiliti.U hekk se nagħmlu.Naturalment
tajjeb qed tgħid li dan huwa parti mill-proċess, iva, tal-Budget nazzjonali ta’ pajjiżna, jiġifieri naqbel perfettament.U allura anke dan se jsir il-proċess, li normalment isir minn pajjiżna, illi nanalizzaw il-performance
li kellna matul din is-sena, nanalizzaw il-qagħda ekonomika u l-istrateġija
ekonomika tagħna u nieħdu dawk il-miżuri ill jixprunaw lill-ekonomija
tagħna biex tikber.U
naturalment inkomplu nikkontrollaw l-ispejjeż u naraw li d-dħul
rikorrenti tal-Gvern jidħol kif għandu jidħol, innaqqsu l-abbużi
f’pajjiżna u dak li għandu jitħallas, jitħallas.Però mbagħad naraw li jkun hemm kontroll fuq l-ispiża
tal-Gvern.Dawn kollha jkun
fihom miżuri, inizzjattivi differenti.Iva nikkonferma illi se jkun parti mill-Budget
għas-sena 2005.
Jekk il-Budget nagħmluħx
iktar kmieni jew inkella le hija deċiżjoni li nieħdu meta jasal iż-żmien.Jiena nikkalkula li l-Budget bejn wieħed u ieħor isir fl-istess perjodu ta’ żmien li
normalment isir kif dejjem sar fis-snin li għaddew.Naturalment ukoll ikun hemm anki laqgħat ma’ l-MCESD, ma’ l-imsieħba
soċjali biex inkunu qed nispjegawlhom xi ħsiebijiet jkollna u kif
inkunu sejrin.Ħafna
jiddependi, nirrepeti fuq il-performance
ekonomika ta’ pajjiżna, li kif tafu intom hija esposta wkoll għal
ċerti xenarji, globali, Ewropej u internazzjonali, għax aħna għandna
ekonomija miftuħa ħafna u tiddependi ħafna fuq li dak li jkun qed iseħħ
fid-dinja ta’ madwarna.
Fr. Noel Grima
– The Malta
Independent on Sunday
Fuq dan l-istess suġġett eżattament x’ġara fl-Ecofin? Skond il-website
ta’ l-EU Malta, flimkien ma’ xi ħames pajjiżi oħra, new
member states, u l-Greċja, skattaw il-bidu tal-miżuri fil-proċess
ta’ l-EU għal dawk li jkunu, d-deficit
tagħhom ikun telgħa aktar mit-targets
ta’ Maastricht.Hawnhekk il-perception illi
ttieħdet, almenu forsi qed niżbalja jiena, kienet illi Malta ssodisfat. X’għamilna?
Malta ġiet mċanfra uffiċjalment
mill-Ewropa jew issodisfat? L-Italja kienet se tiġi mċanfra imma ħelset
fl-aħħar ftit.Malta f’liema sitwazzjoni qegħda?
Prim Ministru
Ħa nispjegaw daqxejn.Għax
hemm differenza bejn il-25 membru ta’ l-UE.Il-25 pajjiż membru fl-UE hemm pajjiżi li qegħdin fiż-żona
ta’ l-euro.Jiġifieri għandhom l-euro.U allura dawk huma marbutin b’patt ta’ stabbilita’.Hemmhekk hemm mekkaniżmu partikolari li japplika għalihom biss.Jiġifieri jekk pajjiż jaqbeż jew jirraporta li qiegħed
jaqbeż il-kriterji stabbiliti, f’dan il-każ id-deficit
ta’ 3%, fis-sistema ta’ l-UE jiskatta mekkaniżmu anke ta’ miżuri
qawwija illi l-UE għandha f’idejha biex tikkontrolla anke naturalment
il-qagħda fil-pajjiżi partikolari.L-Italja, fil-każ tagħha, irriżulta illi d-deficit
tagħha qabeż it-3% u allura kien hemm il-possibilita’ illi l-UE
tiskatta miżuri, u miżuri serji, fil-konfront ta’ l-Italja.Effettivament dan ma sarx u kollox ġie pospost għall-perjodu ta’
żmien biex jingħata ċans lill-gvern Taljan jimplimenta ċerti miżuri
illi l-Prim Ministru Berlusconi, bħala Ministru tal-Finanzi fil-laqgħa
ta’ l-Ecofin indika
lill-Kunsill li se jieħu fil-ġranet li ġejjin biex ikun jista’
jikkontrolla d-deficit.
Imma
dawk il-miżuri huma applikabbli għall-pajjiżi illi huma parti miż-żona
ta’ l-euro.Il-pajjiżi li m’humiex, u b’mod partikolari il-pajjiżi
l-ġodda, l-accession countries, l-10
il-ġodda, fin-negozjati tagħhom ingħataw deroga f’dan il-każ u għandhom
perjodu ta’ żmien sakemm kull pajjiż jiddeċiedi meta, mhux jekk jidħolx
fiż-żona ta’ l-euro, għax
kulħadd bilfors irid jidħol fiż-żona ta’ l-euro,
però ingħataw deroga biex jiddeċiedu l-pajjiżi meta dik id-deċiżjoni
tittieħed.Għaldaqstant,
f’dan il-perjodu l-UE ma tistax tieħu miżuri fil-konfront ta’ Malta, imma tista’ hi stess tagħti
avviż li qegħda tirreġistra li pajjiż partikolari għandu livell ta’
deficit illi huwa għoli żżejjed u mhux qiegħed iwassal biex dak
il-pajjiż eventwalment ikun jista’ jdaħħal l-euro.Dan hu preċiżament
li ġara fil-konfront ta’ Malta u xi pajjiżi oħrajn li huma
pajjiżi ukoll ġodda, il-Polonja u r-Repubblika Ċeka illi dan il-pajjiżi
qed jindikaw, iċ-ċifri qegħdin juru illi l-pajjiż, anke pajjiżna,
qabeż id-deficit ta’ 3%.Biss l-UE, dan ma tagħmlux hekk, dan ikunu saru serje twila ta’
laqgħat mat-tekniċi tagħna billi jkunu marru fil-ġimgħat u x-xhur
li għaddew li taw l-ispjegazzjonijiet, r-rendikont, u l-pożizzjonijiet.
Tant hu hekk illi r-rapport ta’ l-UE jirrikonoxxi, li fil-każ ta’
pajjiżna għalkemm id-deficit tas-sena
2003 prattikament laħaq il-livell ta’ 9% u qabeż id-9%, però
fir-rapport tagħha stess qegħda tirrikonoxxi li dan kien dovut għall-operazzjoni
waħda, one-off, li kienet marbuta mal-kwistjoni tat-Tarzna.U wieħed jirrikonixxi li l-veru deficit
għas-sena 2003 m’huwiex ta’ 9% imma effetivament huwa ta’
6.3%.U allura il-Gvern
Malti bit-tekniċi tagħna tatna il-pjan ta’ konverġenza tagħna li
ġie eżaminat fil-ġranet li għaddew, li t-tekniċi marru hemmhekk u
jispjegaw fid-dettall, u rrid ngħid mhux xi proċess li jsir f’5
minuti, imma jsir f’dettal sew.
Fil-konklużjoni illi ntlaħqet kien illi huwa pjan ambizzjuż però li huwa
fattibbli.Dan l-assessment illi sar minnnaħa ta’ l-UE u huwa assessment li jikkonferma anke minnnaħa tagħna għax aħna issa ma
rridux noqogħdu noħolmu, aħna irridu pjan li huwa fattibbli li
verament nemmnu li huwa achievable.Jiena konvint li huwa achievable,
però nkunu ffukati, konsistentement fuq dan l-issue.Imma d-differenza
bejn il-pajjiżi membri, membri fil-Euro
zone u pajjiżi li m’humiex tagħmel differenza f’dak li tista’
tagħmel l-UE u f’dak li ma tistax tagħmel.
Brandon Pisani – L-Orizzont
Prim
Ministru, inti semmejt illi l-pjan ta’ konverġenza huwa mibni, bejn
wieħed u ieħor, fuq id-diskors tal-budget
li għadda. Jekk mhux sejjer żball meta ġejt mill-laqgħa ta’ l-ECOFIN
ġejt ikkwotat illi ttieħdet deċiżjoni diffiċli u forsi mhux daqs
tant illi n-nies se jaċċettawha. Tista’ forsi telabora ftit fuq dawn
id-deċiżjonijiet jew miżuri iebsin li forsi l-poplu qed jistenna
minn
għandek biex tagħti daqsxejn ta’ indikazzjoni dawn x’se jkun?
Prim Ministru
L-ewwelnett
nerġa nirrepeti dak li għidt fil-bidu. Irrid infakkar illi l-pjan ta’
konverġenza mhux, mela għamilnieh, mort għall-laqgħa nhar it-Tnejn u
se nibdew naħdmu
minn
nhar it-Tnejn il-quddiem. Dan mhux hekk. Il-pjan ta’ konverġenza huwa
pjan illi jkopri l-miżuri ppjanati għall-din is-sena. U ħadd ma jista’
jgħid illi l-miżuri li ħadna din is-sena kienu miżuri faċli. Kienu
miżuri diffiċli. Iż-żieda fil-VAT mill-15% għall-18% huwa punt
integrali fil-pjan tal-konverġenza. U parti integrali mill-pjan biex inġibu
l-finanzi ta’ pajjiżna fuq saqajhom, u parti integrali
minn
pjan biex jiffinanzjaw il-qasam tas-saħħa.
Il-miżuri
biex nikkontrollaw l-ispejjeż tal-Gvern u biex nindirizzaw per eżempju
s-sussidji qawwija li konna qed inħallsu
fis-snin li għaddew għat-tarzna, ir-riforma fit-tarzna hija parti
mill-pjan ta’ konverġenza daqskemm huwa parti minn pjan ta’ konverġenza li l-miżuri
li ħadna matul il-ġimgħat illi għaddew fil-konfront ta’ l-Air Malta,
fil-konfront tal-Gozo Channel, fil-konfront ta’ l-Interprint. U dawn huma parti integrali mill-pjan ta’ konverġenza,
għax il-pjan huwa pubbliku. Arawh tistgħu tniżżluh mill-Internet. Isemmi ċar u tond li parti importanti mill-pjan tal-Gvern
huwa li jindirizza dawk l-aġenziji, dawk il-korporazzjonijiet tal-Gvern
illi għal snin twal kienu qed jiddependu minn sussidji qawwija jew inkella li bħalissa
qegħdin f’sitwazzjoni fejn għandhom bżonn ristrutturazzjoni biex inġibuhom
fuq saqajhom. L-istess kontroll fuq l-abbużi, l-istess kontroll fuq l-ispiża
tal-Gvern, il-fatt illi aħna rridu nkomplu nikkontrollaw anki n-numru
ta’ ħaddiema li l-Gvern għandu miegħu.
Ma qagħdx ngħidilkom fl-introduzzjonitiegħi, imma jidher ċar illi anki miċ-ċifri li ġew
ippubblikati matul il-ġimgħat li għaddew, magħtul is-sena li għaddiet,
in-numru tal-ħaddiema mal-Gvern fis-settur pubbliku naqas b’600 u xi
ħaġa, biex il-proċess tal-Gvern jiddependi fuq ir-ristrutturazzjoni,
biex il-proċessi ta’ l-Early
Retirement Schemes li għamilna f’ċertu aġenziji tas-settur
pubbliku, u biex inħallu l-proċess ta’ dak li jgħidulu natural
wastage u allura flok nimpjegaw nies ġodda,nagħmlu użu aħjar mir-riżorsi umani li għandu l-Gvern. Dan
huwa kollu parti mill-pjan ta’ konverġenza tagħna.
L-introduzzjoni ta’ l-Eco
Contribution li hija xi ħaġa importanti, parti mill-miżuri tal-budget hija wkoll deċiżjoni diffiċli però rridu nispjegawha
lin-nies, u naħseb illi n-nies japprezzaw illi biex aħna verament
nittrattaw il-qasam ta’ l-ambjent f’pajjiżna li jiena poġġejtu u
jiena nerġa nfakkar x’kienu l-prijoritajiet li jiena iddikjarathom 24
siegħa wara li jiena ħadt il-ġurament tiegħi bħala Prim Ministru.
Il-qasam finanzjarju poġġejtu waħdu mill-ewwel, l-ambjent poġġejtu
t-tieni fost l-aktar importanti fil-prijoritajiet illi jien għandi.
Però biex tindirizza l-ambjent mhux bid-diskors. U kemm nistgħu ngħidu
affarijiet sbieħ bid-diskors fuq l-ambjent. Kulħadd jgħid affarijiet
sbieħ. Imma miljuni ta’ liri tfisser, illi aħna nindirizzaw l-isfida
l-kbira illi pajjiżna għandu għall-ambjent. U biex tiffinanzja dak l-aspett
li jagħmel differenza fil-kwalità tal-ħajja tagħna, u li huwa parti
importanti, irrid ngħid, mill-istrument ekonomiku li aħna għandna, jiġifieri
anki għat-turiżmu f’pajjiżna. Irridu nifinanzjaw dak il-proċess. U
l-Eco Contribution tfisser parti minn dan kollu. Hi deċizjoni diffiċli.
Però jiena konvint li d-deċiżjonijiet diffiċli nispjegawhom u n-nies
jifmuhom.
Ir-riforma fil-qasam tal-pensjonijiet hija deċiżjoni li
pajjiżna jrid jieħu, bħalma ħadu l-pajjizi l-oħrajn kollha. U rridu
nispjegaw. Irridu d-diskussjoni, issa jgħaddi l-fażi fejn nassorbu dak
kollu li sar s’issa inkluż fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp
Ekonomiku u Soċjali, u niftħu d-dibattitu fuq livell nazzjonali biex
malajr kemm jista’ jkun nimplimentaw id-deċiżjoni li rridu nieħdu.
L-istess fil-qasam tas-saħħa. Dawn huma kollha deċiżjonijiet illi
ilna nintefgħu fuqhom u naħseb tajjeb illi nitkellmu fuqhom, imma
tajjeb iżjed illi ngħaddu għad-deċiżjonijiet.
Ivan Camilleri - PBS
Prim Ministru kont se naqbad fuq dan il-punt illi għadhek
kif qed tgħid. Hemm diversi binarji. Hemm il-marda prinċipali ta’
pajjiż Mediterran li huwa li jgħid ħafna affarijiet però jdum biex
jimplimenthom, idum biex jieħu d-deċiżjonijietu naħseb li issa wasal iż-żmien tad-deċiżjonijiet. Se
nkellmek fuq erba’ affarijiet. Inti għidt nhar it-Tnejn li għadda,
illi l-prijorità tiegħek hija d-deficit u dan jiġi solvut. Issa biex jiġi solvut id-deficit
għandek erba’ problemi ewlenin. Waħda hija s-sistema
tal-pensjonijiet, illi din f’Ġunju li għadda suppost kellna
nittrattaw l-aħħar parti sabiex tiġi deċiża, kellna wkoll f’Ġunju
li għadda nittrattaw ir-riforma fil-qasam tas-saħħa, u b’mod
partikolari per eżempju waħda mill-problemi fid-deficits
huwa l-bini ta’ l-isptar il-ġdid li nixtieq ukoll twieġeb, ma nafx
jekk dħaltx fiha l-bini ta’ l-isptar il-ġdid u jekk dan hux se jiftaħ
meta jkollna l-pensjoni? Imbagħad hemm ħaġa oħra li hija bażikament
il-proċess tal-privatizzazzjoni. Inti semmejt ukoll li sa l-aħħar ta’
din is-sena hemm targets li
jridu jintlaħqu, tista’ telabora ftit fejn waslu dawn l-affarijiet.
Prim Ministru
L-ewwelnett ħa nikkoreġi ftit għax kulħadd f’daqqa waħda
ħa x-xahar ta’ Ġunju, effettivament se nerġa nfakkar illi
f’Settembru tas-sena li għaddiet, u ngħidilkom fejn jiġifieri, fid-diskussjonijiet
li kienu saru fil-festa ta’ l-Indipendenza fuq il-Fosos tal-Furjana,
dakinhar, kemm jiena però anki l-Prim Ministru ta’ dakinnhar fid-diskors
li kien għamel, kien indika x’inhuma l-prijoritajiet, u semma sitt
prijoritajiet fosthom it-Tarzna, il-White
Paper fuq is-Settur Pubblikù, ir-riforma tal-pensjonijiet u r-riforma
tas-saħħa u t-target tagħna kif iddikkarajnieh pubbliku dakinnhar kien illi sal-budget
inkunu f’pożizzjoni illi nressqu l-proposti konkreti għar-riforma
fil-pensjonijiet.
Jiġifieri l-mira tal-Gvern propjament kienet li sa Diċembru
tas-sena li għaddiet aħna fil-budget
ninkludu l-proposti tagħna għar-riforma tal-pensjonijiet. Però ħa
nfakkarkom ukoll illi kienu saru laqgħat ma’ l-Imsieħba Soċjali fl-MCESD,
partikolarment il-laqgħa li kienet saret Għawdex u fiha dik il-laqgħa
l-Imsieħba Soċjali qalu illi ma jistax ikun illi l-Gvern imexxi
bil-proposti tiegħu fuq ir-riforma fil-pensjonijiet għaliex kien hemm
bżonn ta’ aktar ħin biex isiru studji aktar dettaljati, u l-Gvern aċċetta.
U hekk għamilna u fuq suġġeriment ta’ l-Imsieħba Soċjali stess
mhux tal-Gvern imma ta’ l-Imsieħba Soċjali, ġie stabbilit
il-validità sitt xhur sa Ġunju biex jilħqu jsiru l-istudji kollha li
kien hemm bżonn isiru. U effettivament f’Jannar li għadda, il-Bank
Dinji, l-esperti tal-Bank Dinji, intalbu jagħmlu eżerċizzju ta’
studju dettaljat ta’ x’kienu l-impatti f’dan il-miżuri li wieħed
seta’ jieħu għar-riforma tal-pensjonijiet u jekk dik kienitx tagħti
sistema illi imbagħad eventwalment tirriżulta li tkun sostenibbli.
Jiena dejjem enfasizzajt illi l-vera diffikultà illi pajjiżna
għandu m’hix il-kwistjoni tas- sostenibbiltà, imma hija wkoll parti
importanti, imma l-vera kwistjoni urġenti li aħna għandna hija li diġà
bdejna mmissu s-sitwazzjoni fejn xi ħadd illi illum bis-sistema li għandna
joħroġ b’pensjoni, l-ogħla pensjoni possibli ta’ Lm4,500 u allura
diġà bdejna mmissu l-kwistjoni ta’ kemm għandna sistema li tagħti
pensjoni adegwata għaż-żmienijiet tal-lum. Diġà qed immissuha din
il-problema aħseb u ara ħames snin, għaxar snin, ħmistax il-sena oħra.
Il-vera diffikultà hija ta’ dawk li se joħorġu bil-pensjoni ħmistax
il-sena oħra, għoxrin sena oħra. Jekk se nibqgħu b’Lm4,500 massimu,
kemm nistgħu nserrħu rasna illi minn se joħroġ bil-pensjoni għaxar snin, ħmistax il-sena oħra se jkollu
pensjoni adegwata. Jien m’hinix rasi mistrieħa, assolutament. Anzi ngħid
illi dik il-pensjoni sa ħames, għaxar snin oħra, pensjoni ta’
Lm4,500 se tfisser li jkollna nies li jkunu għexu fl-aħħar snin ta’
ħajjithom b’salarju li jkun Lm9,000 u Lm10,000 u f’daqqa waħda għaliex
għalqu l-età tal-pensjoni tagħhom, l-għada jkunu jridu jibdew jidraw
minn paga ta’ Lm10,000 lira fis-sena għal-pensjoni ta’ Lm4,500. U
hija kwistjoni ta’ adequacy.
U li ġie stabbilit bħala perjodu targetdate illi fiha l-Imsieħba Soċjali,
jekk jista’ jkun, u l-budget
speech hekk jgħid jintlaħaq il-qbil. Sfortunatament sa Ġunju li għadda
ma laħaqx dan il-qbil fil-livell tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp
Ekonomiku u Soċjali. Ma waqatx id-dinja b’daqshekk anzi naħseb illi
l-eżerċizzju li sar hemmhekk kien eżerċizzju pożittiv u kompla jagħti
valur lid-diskussjoni illi tajjeb li saret. Però jiena naħseb li issa
wasal iż-żmien li niġbru kollox u noħorġu fil-pubblikù kollu, issa
mhux biss l-Imsieħba Soċjali, biex ma jgħid ħadd f’pajjiżna illi
hemm xi dokument illi qed naħbi u x’naf jien, għax din hi l-kritika
wkoll. Sa ftit ġimgħat ilu, Alla jbierek il-Kap ta’ l-Opożizzjoni
ħareġ b’dokument u qal li kien dokument sigriet u mhux sigriet, u li
ma kienx sigriet xejn għax kien iċċirkulat mal-parteċipanti kollha,
inkluż lill-Opożiżżjoni kieku aċċettat li tipparteċipa kif kellha
l-istedina u għad għandha l-istedina li tipparteċipa.
U allura issa l-pass li jmiss huwa li nippreparaw White Paper li tiġbor kollox. Din il-White Paper niddiskutuha mal-MCESD ukoll qabel ma nippubblikawha,
umbagħad immorru fil-pubblikù u noħolqu diskussjoni nazzjonali.
Nispera tkun ukoll kostruttiva u ngħaddu għad-deċiżjonijiet.
Dwar l-Isptar il-ġdid, is-saħħa, iva huwa settur ieħor
imma l-isptar il-ġdid b’mod partikolari huwa proġett nazzjonali illi
hemm bżonn illi jitlesta, hemm bżonn illi jitlesta fit-terminu
stabbilit, però hemm bżonn ukoll li jkollna kontroll assolut fuq l-ispiża
kapitali illi dan l-isptar qiegħed jinvolvi lill-pajjiżna.
Fil-ġimgħat illi għaddew fl-ewwel mitt ġurnata illi
suppost kienu honeymoon, kien
hemm ukoll parti f’dawn il-mitt ġurnata illi fihom saru laqgħat m’
l-ogħla uffiċjali ta’ l-iSkanska
preċiżament biex nindirizzaw dan il-punt u effettivament issa se
jibdew serje ta’ laqgħat tekniċi intensivi bejn il-Gvern Malti u l-iSkanska
biex effettivament jidħlu fid-dettal ta’ l-ispiża ta’ l-isptar li
kellna s’issa u l-ispiża ta’ l-isptar li jonqos biex din tiġi
ikkompletata. Nittama illi fil-ġimgħat li ġejjien dan mhux se jkun eżerċizzju
li jitlesta mill-lum għal għada. Però fil-ġimgħat li ġejjien
inkunu nistgħu nirreġistraw progress fuq dak.
Fuq il-privatizzazzjoni iva naqbel, il-privatizzazzjoni hija parti
importanti mill-proċess ta’ kif se nilħqu t-targets
tagħna u hemm, jiena kelli laqgħat mal-Privitisation
Unit illi aġġornawni bl-aħħar żviluppi u l-Privitisation Unit taqa’ taħt il-Ministeru għall-Investiment, l-Industrija
u l-Informatikà, li huwa l-Ministru Austin Gatt, bħalissa qegħdin fl-aħħar
fażi tad-diskussjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-privatizzazzjoni
tal-Freeport u nittama illi ma
ndumux ma jkollna l-proposti quddiem il-Cabinet
biex il-Cabinet ikun jista’
jieħu deċiżjoni fuq dik il-kwistjoni. Naturalment hemm affarijiet oħrajn
li qegħdin naħdmu fuqhom, u ċioè s-sehem li l-Gvern għandu fil-Maltacom, dawk li huma pubbliċi inthom tafu, però huwa parti minn programm li l-Gvern qed jikkonċentra
fuqu.
Rosanne Zammit –
The Times
X’miżuri fil-fatt konkreti mistennija jiġu proposti fil-White
Paper rigward ir-riforma fil-pensjonijiet?
Prim Ministru
You’re jumping the gun
daqxejn Rosanne. Fis-sens illi l-miżuri fil-WhitePaper għar-rigward tar-riforma fil-pensjonijiet se jkun hemm
il-proposti li l-Gvern jisuġġerixxi, ħalli nkunu ċari għax inkella
mhux White Paper għax din hi
importanti li nispjegawha. Mhux kulħadd donnu japprezza illi meta
tippreżenta White Paper, din
il-White Paper hija proposta xorta waħda miftuħa għal bidliet skond
ir-riżultat u l-feedback li aħna
jkollna u allura l-White Paper
mhux se jkollha d-deċiżjonijiet finali tal-Gvern x’inhuma, però se
jkun hemm ir-rakkomandazzjonijiet konkreti li aħna jidhrilna fuq l-età,
fuq il-mod ta’ kif tiġi kkalkolata l-pensjoni, fuq il-perijodu ta’żmien
u kif tiġi riveduta l-pensjoni fuq l-introduzzjoni ta’ dak li jgħidulom
is-second pillar u t-third pillaru se jkollna dawn l-aspetti kollha għar-riforma sħiħa.
Jiena personalment u anki bil-parir ta’ l-esperti li qed ikollna, naħsbu
illi aħna rridu nipproponu din l-istruttura li għandha tkun
applikabbli għal minn joħroġ bil-pensjoni, se
nistabbilixxu data preċiża. Jiġifieri inti jista’ jkollok tgħid
isma din is-sistema l-ġdida tal-pensjonijiet se tkun applikabbli għal
dawk li għandhom per eżempju taħt il-45 sena. Jiddependi issa mill-workings
kollha kif joħorġu u għandna nużawha u hawnhekk nerġa nenfasizza
l-punt bħala opportunità biex mhux biss ikollna sistema sostenibbli,
mhux biss li tagħti pensjoni adegwata, imma strument ekonomiku ieħor.
Jiena diġà indikajt illi s-sistema ta’ pensjonijiet li aħna għandna,
fost id-difetti tagħha għandha d-difett li partijiet minnha toħloq diżinċentivi
lill-gruppi ta’ nies f’pajjiżna milli jidħlu fid-dinja tax-xogħol.
U dan jgħodd b’mod partikolari għal part-time,
u allura jgħodd b’mod partikolari għan-nisa li huma l-akbar settur,
l-akbar parti illi jifformaw iċ-ċifra ta’ nies illi qegħdin fil-part-time, u allura għandna naħtfu din l-opportunità biex
nindirizzaw dawn l-issues għaliex
jien konvint illi jekk nagħmluha b’intelliġenza, din ir-riforma
nistgħu nikkonvertuha wkoll fi strument ekonomiku wkoll li jiftaħ iżjed
l-opportunitajiet u l-inċentivi għan-nies biex jipparteċipaw fid-dinja
tax-xogħol.
U
allura m’hiniex qed inħares lejha din sempliċament u esklussivament
dwar sistema li mhix sostenibbli. Għaliex nerġa ngħid jiena kieku
kellna nħallu kollox kif inhu, u mela le jiġi sostenibbli żġur, aħna
għandna ceiling ta’ Lm4,500
u ngħaddu minn
daqxejn ta’ problemi għan-numru ta’ snin, imma imbagħad ngħidu
sostenibbli mela le għax Lm4,500 il-massimu tal-pensjonijiet li tista’, imma nibdew naraw in-nies jaqaw
fil-periklu tal-faqar f’pajjiżna minn hawn u għaxar, ħmistax il-sena
oħra.
U għalhekk huwa irresponsabbli minn jgħid, u fosthom il-Kap ta’ l-Opożizzjoni,
illi jgħid illi din mhux problema nħallu kollox kif inhu u kollox
isolvi ruħhu. L-uniku politiku fid-dinja li jagħmel statement
bħal dan. M’hawnx politiku ieħor fid-dinja kollha li qal b’sistema
ta’ pensjonijiet inħallu kollox kif inhu, imma Alla jbierek f’pajjiżna
dan jgħaddi qisu qatt ma kien xejn u nħallu l-Kap ta’ l-Opożizzjoni
jagħmel statements bħal
dawn. Mhuwiex aċċettabbli. Pajjiżna għandna responsabbiltà aħna bħala
politiċi għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin mhux għal-pensjonanti li
huma pensjonanti illum għax għall-pensjonanti li huma pensjonanti
illum se jibgħu jirċievu pensjoni, u għalhekk pensjoni li hija
adegwata għad-dinji ta’ llum u nkomplu ntejbuha.
Charlotte Bonavia – di-ve.com
Il-benchmarking li
semmejt li se jibda jsir fil-Ministeri kollha f’hiex se jkun jinvolvi?
Prim Ministru
Mela waħda mill-affarijiet li qamet kienet il-kwistjoni ta’ kif
il-biljetti ta’ l-ajru qed jinxtraw u kif qed jiġu ordnati minn Ministri u Dipartimenti u
Korporazzjonijiet u Aġenziji u allura jekk aħna qed ikollna, jew għandniex
qed ikollna, l-aħjar għall-ispiża tal-Gvern u jekk ir-regolamenti
finanzjarji humiex effettivament qegħdin jiġu segwiti. L-eżerċizzju
illi se jkun qed jagħmel l-Awditur Ġenerali se jkun qed jidħol
f’dan kollu inkluż li jara li l-affarijiet qed isiru skond ir-regoli
finanzjarji.
Ray Bugeja – The Times
Persuna li hu jew ċertament kien
Chairman tal-Azad, li hija organizzazzjoni tal-Partit li tmexxi inti,
fit-Times kiteb artiklu llum u
se naqralek parti minnu biex ma nikkwotax ħażin, u qed jitkellem
dwarek “he has so far proposed
no vision of his own, a pro-active policy of gender equality is not a
vision.”Il-predeċessur
tiegħek kellu l-viżjoni ta’ l-Unjoni Ewropea, li issa m’għadhiex
viżjoni saret realtà, il-viżjoni tiegħek issa x’inhi? Ippermettili
ngħid li xi smajt s’issa illum kien ħafna minnu crises
management u nirranġaw dak li konna qed nagħmlu. Tista’
tispjegalna fuq il-viżjoni?
Prim Ministru
Naturalment dak
li smajt illum huwa t-tweġiba għall-mistoqsijiet li għamiltuli intkom.
Jiġifieri qed nieħu pjaċir li għandi mistoqsija issa li hija ftit
aktar ‘miftuħa’ biex ngħidu hekk. Wieħed irid jindirizza dawn l-affarijiet
però b’saqajna ma’ l-art, jien l-ewwel wieħed illi l-viżjoni li
nistgħu npinġu għall-pajjiżna jiddependu ħafna fuq kemm aħna se
nindirizzaw u nsolvu l-problema tad-deficit
f’pajjiżna, fuq kemm aħna kapaċi nixprunaw lill-ekonomija tagħna,
fuq kemm nistgħu nilħqu livelli ta’ effiċjenzi għoljin u nneħħu
l-burokrazija.
Jiena ntik il-viżjoni ta’ kif nara lill-pajjiżna jiżviluppa u r-rwol li
għandu llum, fiċ-ċirkostanzi ta’ llum issa bħala membru ta’ l-Unjoni
Ewropea u hi viżjoni li tara lil dan il-pajjiż miexi l-quddiem
b’poplu illi qed jgħix bil-kwalità tal-ħajja li tkun daqs l-aħjar
waħda li teżisti fl-Ewropa, però li jkun ukoll poplu li jkun qed
jikontribwixxi fl-iżvilupp ta’ dak li qed jiġri partikolarment fir-reġjun
tagħna fil-Mediterran. Imma dan kollu nirrepeti, illi għalkemm wieħed
tajjeb illi jagħmlu u l-viżjoni trid tkun ċara f’moħħna, għax
kif għidt tajjeb inti għalkemm biex niftehmu sewwa, jien lanqas naqbel
li s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea hi viżjoni.
Jiena ngħid illi s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea hija strument,
terġa platform, li minnha
tippermettilna mmexxu lejn dak li rridu naraw għal-poplu tagħna. U
allura ma nistgħax ngħid li l-isħubija kienet viżjoni, is-sħubija
kien target li żviluppa l-politiku,
kostituzzjonali, ekonomiku, soċjali ta’ pajjiżna li ntlaħaq dak it-target
imma bħala platform li minnu rridu ngħidu imma għaliex aħna ssieħibna
fl-Unjoni Ewropea? Għaliex aħna rridu dawk l-istandards
għall-pajjiżna. Aħna rridu dik il-kwalità ta’ standards għall-pajjiżna, u jiena nara li dan il-poplu miexi f’din it-triq
u nemmen fil-potenzjal enormi li huwa għandu. Imma issa nerġa ngħid,
saqajna ma l-art, biex naslu fejn irridu naslu rridu l-ewwel ngħaddu
minn dan il-proċess ta’
pruning, jiġifieri li nagħmlu żabra fuq affarijiet li għal raġunijiet
differenti fis-snin kollha l-imgħoddija minħabba li l-prijoritajiet
illi jkun hemm, dejjem jadattaw irwiehom skond iċ-ċirkostanzi li
dejjem tistabbilixxi l-prijoritajiet tiegħek minħabba prijoritajiet
differenti illi aħna kellna fis-snin illi għaddew ma stajniex nikkonċentraw
biżżejjed fuqhom biex nagħmlu din iż-żabra. F’dan il-mument in
the short u medium term, il-prijorità tagħna ilkoll trid tkun illi
nagħmlu din iż-żabra li bis-saħħa tagħha tippermetti li pajjiżna
verament jibda t-triq biex il-viżjoni li aħna għadna verament inkunu
nistgħu nwettquha.
Jien nittama wkoll però li fil-ġimgħat li ġejjien,
il-Gvern li jien immexxi jkun jista’ anki għal dak li nippreżentaw
il-viżjoni li aħna għandna long
term għal-pajjiżna u nkunu nistgħu nippreżentawha u l-poplu tagħna
jkun jista’ jħossu parteċipi minn proġett illi jkun ifisser it-titjib
fil-kwalità tal-ħajja u niżviluppawha tajjeb.
Nicholas Baldacchino – Il-Ġens
Ilum
John Dalli kien Chairman ta’ wieħed
mill-erba’ kumitati tal-Kabinett. Hemm indikazzjoni minn se jkun is-suċċessur tiegħu? U
marbuta ma’ dan, kemm qed jiffunzjonaw dawn il-kumitati?
Prim Ministru
Dwar iċ-Chairman
il-ġdid tal-Kumitat tal-Kabinett dwar il-Kompettività, din hija xi ħaġa
li jiena se nqajjem fil-laqgħa tal-Kabinett li jmiss u tiġi deċiża
fil-laqgħa tal-Kabinett li jmiss wara d-diskuzzjoni li jkolli f’dak
il-livell u allura ma nistgħax nwieġbek speċifikament illum, imma
nkun nista’ nagħti tweġiba fil-ġranet illi ġejjien.
Il-Kumitati qegħdin jiffunzjonaw, u diġà l-Kabinett, kellu
proposti li ġew għal-konsiderazzjoni tal-Kabinett li kienu ġew
analizzati diġà fil-Cabinet
Committees b’vantaġġ enormi illi allura ladarba l-proposta ġiet
quddiem il-Kabinett, tkun ġiet diġà analizzata fid-dettal
lill-Ministeri li kienu direttament relatati ma xulxin. Infakkar illi waħda
mill-miri illi jiena kont semmejt meta kont ħadt il-ġurament tiegħi bħala
Prim Ministru huwa li jkollna Gvern illi jkun qiegħed jiffunzjona anki
mill-Ministeri b’mod aktar koordinat bejnietna.
Qed jirriżultali li bis-saħħa tal-Kumitati tal-Kabinett,
din il-koordinazzjoni qegħda tiżdied u allura meta tiġi proposta
quddiem il-Kabinett tiġi inizjattiva quddiem il-Kabinett, jew Paper quddiem il-Kabinett, tkun diġà għaddiet minn analiżi li
huwa ferm aktar profond milli kien ikollna s’issa u allura tirrendi l-affarijiet
aktar faċli biex wieħed imexxi. U għalkemm għadda relattivament ftit
ġimgħat minn mindu bdejna din l-esperjenza, però rrid ngħid illi r-riżultat
hu pożittiv, u r-riżultat ta’ dawn se jkun qed joħroġ b’mod
mill-aktar evidenti fil-ġimgħat illi ġejjin, meta nkunu qegħdin
nippubblikaw deċiżjonijiet li jkunu qed jittieħdu fuq livell
tal-Kabinett, però li jkunu frott ta’ xogħol enormi li jkun sar
fil-livell tal-Kumitati tal-Kabinett.
Mario Micallef – RTK
Jiena ħa
niddevja ftit mis-suġġett, ħa nitkellem dwar il-Qorti u l-amministrazzjoni
tal-ġustizzja.Il-preċedessur
tiegħek, ftit proprju tal-ġimgħat qabel ma’ kien temm il-kariga
kien indika illi l-Gvern għandu jaħseb dwar reviżjoni tas-sistema
tal-ġurijiet f’pajjiżna.Fil-każ
tal-Gvern immexxi minnek, għadu jemmen fuq dak li kien stqarr proprju
il-preċedessur tiegħek u jekk iva x’qed isir f’dan ir-rigward.
Mistoqsija relata mal-Qorti wkoll, fl-isfond ta’ l-ammont ta’ kawżi
pendenti li hemm li jitla’ għall-eluf, kemm huwa aċċettabli li
fis-Sajf ikollok sitwazzjoni fejn il-Qorti hija tista’ tgħid f’shutdown
f’perjodu pjuttost twil.
Prim Ministru
Irridu nżommu
quddiem għajnejna li aħna għandna sistema kriminali, jiġifieri din
is-sistema tal-ġuri li issa ila f’pajjiżna għal snin twal u naħseb
eżerċizzju li wieħed iħares lejn sistemi li aħna għandna u jaġġornhom
għar-realtajiet ta’ llum huwa eżerċizzju
li huwa pożittiv li għandna nagħmluh.U allura l-eżerċizzju tar-reviżjoni tas-sistemi ġudizzjarji
tagħna anke tal-proċess kriminali inkluż tas-sistema ta’ ġuri huwa
eżerċizzju li jiena naqbel li għandu jsir naturalment b’ħafna għaqal
u b’ħafna prudenza.Jiġifieri,
meta tmiss is-sistema ġudizzjarja, partikolarment meta jkun il-Gvern
illi qed jieħu l-inizjattiva, irridu noqogħdu attenti ħafna illi nagħmluh
b’għaqal kbir għaliex irridu nsibu, irridu nkunu ċerti
effettivament li noħolqu sistema li tkun ġusta fl-aspettattivi kollha
tagħha.Allura iva naqbel
illi għandu jsir dan l-eżerċizzju.
Dwar is-Sajf, u li l-Qorti tieqaf fis-Sajf.Noqogħdu ftit attenti għaliex hija l-Qorti Superjuri li tieqaf,
il-Qorti Inferjuri tibqa’ għaddejja bl-attivatijiet tagħha u bil-kawżi
tagħha u ikun hemm ukoll dak li jgħidulhom periti u seduti quddiem
periti li jibqgħu għaddejjin ukoll.Però ħa nirrejaġixxi, jien naħseb li anke din għandna bżonn
inħarsu lejha.U mhux
fil-qasam tal-Ġustizzja biss, jien ngħid issa li nħarsu lejn l-aspetti
kollha.Jekk illum, jekk għoxrin
sena ilu konna mmorru naħdmu f’ambjenti li kienu jkunu ambjenti li
minħabba s-sħana tas-Sajf jagħmluha diffiċli mmens biex dak li jkun
ikun jista’ jkun produttiv u dak iż-żmien kien ġustifikat, jien
nistaqsi lili nnifsi l-mistoqsija jekk illum bl-ambjenti l-ġodda li aħna
għandna li qed naħdmu illum, bl-arja kondizzjonata u bl-investimenti
kbar li aħna għamilna għandniex nibqgħu bis-sistema, f’ċertu
oqsma, mhux f’kollox fejn nibqgħu bin-nofs ta’ nhari tas-Sajf u l-funzjonament
jieqaf.
Jiġifieri issa, ħalli niftiehmu, effettivament is-sistema kif taħdem, min
jaħdem bin-nofs ta’ nhari jpatti għal ta’ dawk in-nofs ta’ nhari
għall-bqija ta’ matul is-sena.Jiġifieri
l-ġimgħa tax-xogħol dejjem hija ġimgħa ta’ 40 siegħa.Però jiena wieħed minn dawk illi nemmen, iva li, meta ngħidu nirriformaw il-prattiċi tax-xogħol
tagħna, iva mela le, nirriformaw il-prattiċi tax-xogħol anke għall-mod
kif naħdmu mhux biss fix-Xitwa imma anki fis-Sajf.
Fr. Noel Grima
– The Malta
Independent on Sunday
Jiġifieri minn għada ħa jibda, biex ngħidu hekk, il-proċess li jwassal għall-Budget,
proċess kemm minnnaħa tal-Ministeri u anke proċess li
sar ma’ l-MCESD.Nixtieq
kieku nistaqsik tagħti kelma illi l-Gvern mhux bi ħsiebu f’dan
il-proċess li jgħabbi iktar piżijiet imma li ħa jipprova jagħmel
iktar qtugħ fl-expenditure tiegħu,
fl-infiq tiegħu.Tikkonferma,
però, li dan huwa l-orjentament ġenerali, li l-għafsa ħa tkun iktar
fuq cuts in expenditure iktar
milli increasing the revenue.
Prim Ministru
Iva, mingħajr però ma nagħti ebda garanziji però iva.Ir-realta’ tfisser, aħna, meta jiena qed ngħid illi aħna
nistgħu naslu għall-miri li għandna jekk naraw li l-ekonomija tagħna
timxi ’l quddiem, dak tfisser li rridu nħarsu lejn l-operaturi
ekonomiċi kollha li aħna għandna u mhux talli ma nżidux piżijiet
imma nippruvaw fejn nistgħu nnaqqsu partikolarment anke jekk tnaqqas
il-burokrazija.U nnaqqsu
dawk il-costs li jiġu deskritti bħala parliamentary
induced costs iżjed u iżjed jekk dawk il-cabinet induced costs ikunu riżultat ta’ burokrazija li tista’
tiġi rranġata, tista’ tiġi magħmula b’iktar mod effiċjenti illi
parti mill-equation importanti
hija illi minn naħa tal-Gvern fis-servizzi kollha li hu għandu,
inaqqas l-ispiża tiegħu nnifsu l-Gvern u jgħolli l-livell ta’ effiċjenza,
tas-settur pubbliku kollu fis-servizzi li jkun qed jagħti.
Hawnhekk
forsi tajjeb illi ngħid ma rridux inkunu negattivi, qed ngħaddi
kumment in generali, ma rridux inpinġu kollox iswed għax jiena s-settur
pubbliku rreġistra progress sostanzjali f’diversi oqsma.U ħafna drabi niffukaw fuq in-negattiv u ma nirrikonoxxux il-pożittiv.Insemmi eżempju żgħir, forsi bħal dan xi darba wieħed jidħol
iktar fid-dettal u mhux fi ftit sekondi, imma proġetti tal-Gvern li
saru minn
ħaddiema tal-Gvern niedejna wieħed minnhom – il-proġett ta’
Paceville erbat ijiem ilu, proġett ta’ Paceville illi sewa, jew kellu
jiswa’ mat-800 elf lira, biex lestejnieh u lestejnieh bl-użu tal-ħaddiema
tal-Gvern. Lestejnieh bi spiża inqas minn
dak li kien ġie pproġettat u f’perjodu ta’ żmien li kien
stabbilit.Lestejnieh
b’konsultazzjoni ma’ l-operaturi ekonomiċi kollha ta’ l-akwata ta’ Paceville u rnexxielna nagħmluh bl-inqas inkonvenjent,
inkonvenjent dejjem ikun hemm, bl-inqas inkonvenjent illi wieħed
seta’ jikkawża lill-operaturi ekonomiċi li hemm f’dik l-akwata li
hija waħda mill-iktar importanti għal dak li għandu x’jaqsam mat-turiżmu
f’pajjiżna.
U dan irrid nirrikonoxxih għax dan xogħol li sar mill-ħaddiema
tal-Gvern u hawn diversi proġetti oħrajn li għamlu huma.Having said that imma hemm spazju għal titjib, illi huwa
spazju kbir u wieħed irid ukoll jaħdem fuqu.
Kurt Sansone –
Malta
Today
Mistoqsija kemm niċċara ftit, Charlotte staqsietek qabel fuq l-Awditur Ġenerali
u t-terms of reference ta’
l-investigazzjoni jew ir-riċerka li jkun qed jagħmel.Il-problema tal-Ministeru ta’ John Dalli kienet li xtara l-biljetti
mingħand il-privat jew għax xtara mingħand kumpannija partikolari?X’se jkun qed jinvestiga l-Awditur Ġenerali?
Prim Ministru
L-Awditur Ġenerali se jkun qed jara, effettivament,
il-Ministeri kollha u d-Dipartimenti kollha, x’sistemi qegħdin jużaw
fix-xiri tal-biljetti, kif qegħdin jimxu f’dawk is-sistemi jekk hux
qed isegwu r-regoli finanzjarji tal-Gvern.Dan se jkun qed jagħmel.U
se jkun qed jifrixha kullimkien, infatti għamel il-benchmarking
ukoll ħalli nkunu nafu, isma aħna qed nieħdu l-aħjar possibbli għall-Gvern?
Qegħdin verament? Għax konna qed nitkellmu ftit sekondi ilu, il-Gvern
biex jikkontrolla l-ispiżi tiegħu – hi waħda minnhom.Qegħdin nieħdu l-aħjar miżuri possibbli biex il-Gvern
jikkontrolla l-ispiża tiegħu anki f’dak li għandu x’jaqsam ma
safar?U jiena naħseb li se
jinfetħu oqsma oħrajn li nkunu nistgħu nħarsu lejhom ukoll biex
nikkontrollaw l-ispiża.
Jiġifieri jiena ngħid, mhux kwistjoni tal-biljetti ta’ l-ajru
biss, din hi xi ħaġa li tiftaħlek issues
oħrajn imma fejn qed jiġu bbukkjati l-hotels
u anke affarijiet oħrajn li huma relatati ma’ parti importanti
mill-ispiża tal-Gvern.Imma
wkoll li naraw li jekk għandna regolamenti finanzjarji dawk
ir-regolamenti qed jiġu segwiti. Jiena naħseb diġa weġibt
il-mistoqsija illi saret.Jiena
ħadt deċiżjoni politika u nirrepeti dak li għidt fil-bidu nett, id-deċiżjoni
politika kienet illi fiċ-ċirkostanzi kif żviluppaw jiena dehrli illi
kelli naċċetta r-riżenja ta’ John Dalli.
Brandon Pisani – L-Orizzont
L-aħħar mistoqsija dwar John Dalli. Għada se jintaqa l-Eżekuttiv
tal-Partit Nazzjonalista , kif kien ikkonfermat minn Joe Saliba fir-rapport ta’ l-Orizzont
li deher dalgħodu. Il-każ ta’ John Dalli huwa eskluż mill-aġenda
ta’ l-Eżekuttiv ta’ għada, madankollu, John Dalli fil-programm
televiżiv Bondi+ ma eskludiex li seta’ jkun hemm frame-up
internament min-naħa tal-Partit Nazzjonalista. Inti fl-introduzzjoni
tiegħek semmejt illi l-allegazzjonijiet kontra John Dalli ma ġewx
sostanzjati imma xorta waħda ħadt deċiżjoni politika u aċċettajt
ir-riżenja. John Dalli sa llum il-ġurnata għadu ma rtirax dik l-allegazzjoni
ta’ frame-up, l-allegazzjoni
li mhux se jkun is-scape-goat
għat-telfiet tal-Kunsilli Lokali u l-Parlamentari Ewropej. Xorta waħda
tikkonferma dak li qal Joe Saliba ma’ l-Orizzont
li m’intkomx se titolbu lil John Dalli għallinqas quddiem l-Eżekuttiv
tal-Partit Nazzjonalista u qal li se jibqa’ membru tal-Partit biex
jissostanzja dik l-allegazzjoni? U mistoqsija oħra żgħira, il-laqgħa
tal-MCESD tista’ tikkonferma meta din se ssir?
Prim Ministru
Dwar l-aħħar waħda d-data għad iridu jagħtuhieli, le ma
nafx id-data imma għad trid tiġi ndikata miċ-Chairman
tal-MCESD, naturalment biex tkun data li tkun konvenjenti għal kulħadd.
U għall-ewwel mistoqsija tiegħek, l-ewwelnett ħa nagħmel
kumment. L-idea ta’ din il-Konferenza Stampa hi idea li intkom tkunu
qegħdin tagħmlu mistoqsijiet lill-Prim Ministru u mhux lill-Kap
tal-Partit Nazzjonalista. Jiġifieri bħala regola, jien ninsisti li għandna
nitkellmu, saqsu l-mistoqsijiet li tridu intkom u li tixtiequ intkom però
lili bħala Prim Ministru u mhux bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Però naturalment jekk inwieġeb hekk xi ħadd se jgħid ħarab mill-mistoqsija,
u allura ma naħrabx mill-mistoqsija, nagħmel l-eċċezzjoni għal din
id-darba, imma nagħmlilkom appell li meta jkollna dan it-tip, meta qed
nitkellem bħala Prim Ministru ma niżvijawhiex fuq xi ħaġa li tkun
politikà.
Iva, l-Eżekuttiv se jiltaqa’ għada u se jiltaqa’ biex
ikun jista’ jiddiskuti r-riżultati elettorali’ effettivament dak
huwa l-item prinċipali li
hemm fuq l-aġenda, dwar l-allegazzjonijiet jiena segwejt il-programm Bondi+, saret mistoqsija lill-John Dalli jekk jeskludiex u r-risposta
ta’ John Dalli kienet li ‘jiena ma neskludi xejn’. Mhux qed jgħid
li sar frame-up, qed jgħid li
ma jeskludi xejn. Jiena minn naħa tiegħi nista’ ngħid bħala Kap
tal-Partit illi niċħad kategorikament għaliex ma jirriżultali taħt
ebda ċirkostanza ta’ sitwazzjoni u fl-ebda mod illi b’xi mod jew
b’ieħor il-Partit kien involut f’din il-kwistjoni u anki hawnhekk
allura bħala Prim Ministru li ħadt id-deċiżjoni, però wkoll bħala
Kap tal-Partit id-deċiżjoni jien ħadtha, li naċċetta r-riżenja, u
meta ħadt dik id-deċiżjoni ma ħadthiex għaliex kien hemm xi
konnessjoni diretta jew indiretta ma xi ħaġa li għandha x’taqsam
mal-Partit. Id-deċiżjoni li jiena aċċettajt ir-riżenja kienet deċiżjoni
illi kif diġà spjegajt ibbażata fuq iċ-ċirkostanzi kif żviluppaw.