LAQGĦA
TA’ KULL XAHAR
TAL-PRIM MINISTRU LAWRENCEGONZI MAL-MEDIA
Berġa ta’ Kastilja Is-Sibt 7
ta’ Awissu 2004
Prim Ministru
Bonġu
lill-kulħadd.Se nimxu bħalma
mxejna fil-laqgħat li kellna fix-xhur li għaddew. Jiġifieri se nagħmel
introduzzjoni qasira minn naħa tiegħi, imbagħad nagħti l-opportunità lilkom
kollha biex tagħmlu l-mistoqsijiet. Nerġa’ nagħmel l-appell li dejjem nagħmel,
mistoqsija waħda għall-kull ġurnalist, però naturalment ikollna l-okkażjoni
li nagħmlu mistoqsijiet oħrajn. Però nippruvaw nagħtu l-opportunità
lill-kulħadd biex jagħmel jekk jista’ jkun iżjed minn
mistoqsija waħda però b’round flimkien.
Xtaqt nikkonċentra
dalgħodu fl-introduzzjoni tiegħi fuq analizi, naturalment fil-qosor
tal-istatistika li qiegħda tiġi ippubblikata u li ġiet ippubblikata magħtul dawn l-aħħar ġimgħat,
illi tindika inġenerali illi qegħdin nirreġistraw titjib fil-ekonomija tagħna
u hemm indikazzjonijiet ċari li l-ekonomija qiegħda tirpilja u li allura
l-politikà li qegħdin nimxu fiha partikolarment fil-konfront tal-mod kif qegħdin
nindirizzaw il-qasam tal-iżbilanċ fiskali f’pajjiżna kif ukoll tal-mod
ta’ kif qegħdin nindirizzaw l-oqsma li għandhom bżonn ir-riformi,
partikolarment l-aġenziji ewlenin tal-Gvern illi kienu u għadhom, huma wieħed
mis-sorsi li jixorbu riżorsi kbar f’pajjiżna.Dan qed iħalli r-riżultati però qed jirriżulta wkoll illi wara s-sħubija
ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju, l-fatt ta’ l-isħubija waħdu
ġab effetti pożittivi f’pajjizna u wara l-ewwel ftit ġimgħat li fija
kellna bilfors nindirizzaw dak il-mument ta’ tranżizzjoni li kien joffri ċertu
ammont ta’ diffikultajiet sakemm is-sistemi kollha ġew f’posthom u bdew jitħaddmu,
allura l-mekkaniżmi kollha li tant ħdimna fuqhom biex nakkwistawhom matul
in-negozjati li għamilna ma’ l-Unjoni Ewropea, wara li għadda dak il-perjodu
ta’ żmien effettivament qiegħed jirriżulta bl-aktar mod ċar illi qed
ikollna indikazzjonijiet pożittivi li hemm bżonn jagħmlu kuraġġ lill-kulħadd.
Qassamna
lill-ġurnalisti sett ta’ dokumenti li jindikaw ftit ċifri li huma
interessanti u nsemmihom malajr. Għal dak li għandu x’jaqsam mal-investiment
f’pajjiżna, qed jidher ċar illi fl-ewwel 4 xhur ta’ din is-sena, l-ewwel quarter, effettivament ta’ din is-sena diġà għandna
indikazzjonijiet pożittivi meta jitqabblu maċ-ċifri tas-sena li għaddiet.Qed jirriżulta qabża kbira f’dak li għandu x’jaqsam ma’
l-investiment dirett f’pajjiżna u rrid ngħid li l-indikazzjonijiet li qed
ikolli jiena anki fl-laqgħat separati mal-Malta Enterprise, però anki ma’ investituri barranin,
l-indikazzjonijiet li għandi huma li tassew hemm l-interess f’pajjiżna u
l-potenzjal ta’ pajjiżna qiegħed jiġi rikonoxxut minn investituri barranin
li qed jiġu u qed juru interess kbir illi jinvestu f’pajjiżna.
Dwar il-ħolqien
ta’ impjiegi ġodda u kumpanniji ġodda, ukoll jirriżulta li hemm qabżiet pożittivi
l-quddiem meta jitqabbel il-perjodu ta’ l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena
minn Jannar sa Ġunju ma’ l-ewwel sitt xhur tas-sena li għaddiet għal dak li
għandu x’jaqsam ma intrapriżi ġodda li fetħu f’pajjiżna f’dawn
l-ewwel sitt xhur, hemm qabża ta’ 23% meta imqabbla mas-sitt xhur tas-sena li
għaddiet, kumpaniji ġodda li ġew irreġistrati l-istess hemm qabża, titjib
ta’ 21% meta imqabbla mas-sitt xhur tas-sena li għaddiet.
Dwar
il-manifattura, ukoll jidher li hemm irpirjal partikolari fis-setturi differenti
tal-manifattura tagħna, it-turnover
żdied bi 3.2% meta imqabbel ma’ l-istess perjodu ta’ żmien ta’ l-2003.
Li huwa interessanti huwa l-qabża kbira f’dak li għandu x’jaqsam
mal-investiment fis-settur tal-manifattura, qabża ta’ 65% u wieħed irid
jirreġistra illi dan l-investiment donnu qiegħed ikun mhux biss minn kumpaniji
reġistrati hawn Malta li diġà qed joperaw, li qegħdin itejbu u
jimmodernizzaw u jistrutturaw, imma li hu interessanti huwa li qiegħed jirriżultana
bl-aktar mod qawwi illi fil-qasam tal-farmaċewtika, pajjiżna qiegħed joffri
opportunitajiet ta’ niche markets
partikolari għalina, li forsi ma jgħoddux għal pajjiżi oħrajn u allura qegħdin
nattiraw lejn pajjiżna dan it-tip ta’ investiment.
Naturalment
hemm oqsma oħrajn imma l-aktar li joħroġ bl-aktar mod qawwi huwa dan
is-settur. Dwar it-turnover
industrijali f’pajjiżna l-istess jekk wieħed jara ċ-ċifri li għandkom
quddiemkom tinnotaw mill-ewwel il-progress li ġie reġistrat matul ix-xhur
ta’ Marżu, April u Mejju fejn dan it-turnover
qed juri, naturalment fix-xhar ta’ April u ta’ Mejju qabża ikbar il-quddiem
li huma medja ta’ 7% minn xahar għal xahar. Imbagħad għandkom fis-settur
tas-servizzi wkoll indikazzjoni ta’ settur li qiegħed jimxi ’l quddiem u
jkabbar in-negozju tiegħu, hemmhekk qed nagħtu ċ-ċifri f’dak li għandu
x’jaqsam mas-settur tas-servizzi, jidirhli ssemma l-karozzi li fil-wholesale
inġenerali juri l-akbar titijib li qatt kellna kif ukoll fir-retail
li jirriżulta wkoll titijib meta mqabbla mas-sena li għaddiet. Il-perjodu
ta’ żmien li qed inqabblu fuqu huwa minn Jannar sa Mejju. Dwar it-turiżmu
ukoll jidher li hemm ċertu indikazzjonijiet pożittivi forsi mhux daqs kemm
nixtiequ.
Jidher li
hemm iżjed xi rridu nagħmlu hawnhekk imma jiena ċert li l-mod ta’ kif qed
nindirizzaw dan il-qasam jagħtina r-riżultati f’medda ta’ żmien illi
nispera ma tkunx fit-tul. Jidher ċar illi għal dak li għandu x’jaqsam
mat-turisti kellna qabża pożittiva fin-numru ta’ turisti li qegħdin jiġu
Malta meta mqabbla mal-perjodu ta’ żmien l-istess tas-sena li għaddiet. Li
huwa sorprendenti u li huwa pożittiv fl-opinjoni tiegħi huwa l-fatt illi mhux
biss issa se nitkellem fuq it-turiżmu li ġej f’pajjiżna imma anki l-fatt
illi l-Maltin, hemm numru ta’ Maltin, illi qegħdin jagħżlu li jmorru barra
għal-vaganzi tagħhom u qiegħed jiżdied b’mod qawwi ħafna meta mqabbel
ma’ l-istess perjodu Jannar sa Ġunju tas-sena illi għaddiet. Hemm qabża
fil-fatt hemmhekk ta’ 27% ta’ Maltin li qegħdin isiefru.
Dwar
l-importazzjoni u l-esportazzjoni. L-importazzjoni meta mqabbla mas-sena li għaddiet,
turi tnaqqis ta’ 1.5% però l-esportazzjoni turi qabża l-quddiem li hija ta
3.6% u dan allura jindirizza b’mod pożittiv dak li ngħidulu t-trade gap u again huwa
indikazzjonita’ dak li għandu
x’jaqsam ma’ l-esportazzjoni f’pajjiżna fis-swieq barranin li jidher li
hawnhekk għandna indikazzjoni pożittiva wkoll li qegħdin nirpiljaw partijiet
mis-swieq illi qabel konna qegħdin nirreġistraw diffikultajiet kbar
partikolarment naħseb jiena fl-ewwel 3 xhur ta’ din is-sena, però
id-diffikultajiet kienu ilhom ġejjin minn nofs is-sena li għaddiet.
Naturalment pajjiżna għadda mill-istess diffikultajiet li għaddew pajjizi oħrajn
żviluppati. Is-settur tal-manifattura għadda u għadu għaddej minn
sitwazzjoni fejn hemm kompetizzjoni qawwija ma’ pajjiżi li huma barra
mill-Unjoni Ewropea u iżda kollha fl-Unjoni Ewropea ħassew il-fatt li hemm
setturi fil-manifattura li qegħdin joħorġu minn dawn il-pajjiżi u jmorru
lejn pajjiżi oħrajn, dan ħassejnieħ aħna wkoll però hawnhekk ninnutaw li
qegħdin nirreġistraw titijib fil-valur tal-esportazzjoni illi pajjiżna qiegħed
jirreġistra.
Dwar il-qgħad
f’pajjiżna fil-printout li tajnikom
innutaw it-trend ta’ tnaqqis
fin-numru ta’ nies li jirreġistraw għax-xogħol ma’ l-ETC, fl-ewwel parti
ta’ l-ETC. Hemm trend li
konsistentement minn Jannar sa Ġunju turi tnaqqis fin-numru ta’ nies li qegħdin
jirreġistraw għax-xogħol, mistenni li n-numru li se jkollna għal Awissu u
Settembru jiżdied, normalment jibda jiżdied minn Lulju. Dan huwa again
normali għaliex fix-xhur ta’ Lulju partikolarment meta ż-żagħżagħ jispiċċaw
mill-iskejjel sekondarji u dawk li jagħżlu li ma jomplux l-istudji tagħhom
jibdew imorru jirreġistaw, jiġifieri huwa normali illi f’Lulju, Awissu u
Settembru n-numru ta’ nies li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol jibda jiżdied.Għalissa hawnhemm hawn iċ-ċifri li għandna sa Ġunju, ċifra mhux
uffiċjali li għandi ta’ Lulju għadha qed turi indikazzjoni
ta’ tnaqqis però nistenna illi dak in-numru jerġa jibda jogħla għax-xhar
ta’ Awissu. Imma l-importanti huwa li t-trend
illi qed tintwera ta’ tnaqqis f’dan il-qasam. Naturalment għad fadlilna ħafna
aktar x’nagħmlu għax in-numru għadu numru għoli li rridu nindirizzawh però
l-fatt li ċ-ċifri juru li bil-mod il-mod neżlin u qbadna dik it-trend huwa konfermat ukoll mill-Labor
Force Survey li juri li jikkonferma t-trend
tat-tnaqqis fil-qgħad li qiegħda tirriżulta mis-sistema ta’ reġistrazzjoni
li għandna l-ETC li naturalment hija ħafna aktar preċiża.
Dwar
ir-rata ta’ inflazzjoni, wkoll ir-rata ta’ inflazzjoni inġenerali
naturalment żdiedet bejn Mejju u Ġunju u konna qegħdin nistennew illi jiġri
hekk għal diversi raġunijiet anki għaliex b’effett mill-1 ta’ Mejju
tneħħew ċertu miżuri
li qabel kienu qegħdin b’xi mod jew ieħor jikkontrollaw
ir-rata ta’ inflazzjoni issa kemm dan
l-effett konna qed nistennew.Però
inġenerali jekk taraw it-trend kompla
r-rakomandazzjonijiet li qed tieħu l-medja, turi li għadha nieżla s’issa, għada nieżla, u qegħdin nittamaw illi wkoll
inkunu assorbejna ż-żieda tat-3% tal-VAT li ħabbarna fil-budget tas-sena
li għaddiet li issa naturalment beda jinħass l-effett tagħha, u allura dik
kienet qegħdha mill-ewwel li jkollna żieda fir-rata ta’ inflazzjoni, però
jidher s’issa illi qegħdin fil-linja illi konna qegħdin nipprevedu.
Dwar il-finanzi tal-Gvern iċ-ċifri li qegħdin jikkwotaw juru wkoll
konferma illi mill-perjodu ta’ żmien minn Jannar sa Ġunju f’dak li għandu
x’jaqsam mad-dħul tal-Gvern, hemm żieda meta mqabbla ma’ l-istess perjodu
ta’ żmien tas-sena li għaddiet u ma noqogħdux nimlew rasna biż-żieda
ta’ 3% fil-VAT għaliex l-effett ta’ dik it-3% jinħass biss malli daħlu u
bdew jidħlu r-returns u tafu intkom
jidħlu f’perjodu ta’ żmien u wara, allura mill-perjodu Jannar sa Mejju
tista’ tgħid l-effett tat-3% ma jinħass assolutament xejn fir-revenue
tal-Gvern. U allura ċ-ċifri li qegħdin nagħtu hawnhekk huma nkoraġġanti
wkoll u juru illi d-dipartimenti li huma kkonċernati bid-dħul tal-Gvern
mit-taxxi diretti u indiretti qegħdin jagħmlu x-xogħol tagħhom b’mod
tajjeb u qegħdin jagħtu revenues li
l-Gvern kien qed jipprevedi. Interessanti li r-revenue
tal-Gvern partikolarment dak li għandu x’jaqsam mal-VAT li hija taxxa ta’
konsum u li allura trid tagħti indikazzjonijiet oħra tal-qagħda ekonomika
ta’ pajjiżna, baqgħet fil-limiti li konna qegħdin nipprevedu u anki allura
kwazi ħarira aħjar ta’ dak li konna qegħdin nipprevedu. U allura anki għal
dak li għandu x’jaqsam mal-konsum jidher li l-konsumatur Malti għadu għaddej
bir-ritmu normali u l-ekonomija allura hemmhekk għandha indikatur ieħor pożittiv
li għandna nemfasizzaw.
F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ispiża totali, tinnotaw ċifra
interessanti illi għall-ewwel 6 xhur ta’ din is-sena prattikament bqajna fuq
l-istess livelli tas-sena li għaddiet. Jiena għadni m’hinix kuntent irrid ngħid,
għadni qiegħed ninsisti mal-Ministri u mad-Dipartimenti, l-Aġenziji,
il-Korporazzjonijiet li aħna għandna illi nistgħu nagħmlu iżjed għal dak
li għandu x’jaqsam mal-kontroll tal-ispiża tal-Gvern. Però irrid nirreġistra
fatt illi qegħdin nagħmlu progress f’dan il-qasam u qegħdin f’diversi
oqsma li għandhom x’jaqsmu partikolarment ma’ l-ispiża rikorrenti. Vera li
l-ispiża kapitali hija wkoll ta’ attenzjoni qawwija u nagħtuha l-attenzjoni
u nikkontrollawha, però l-prijorità, li rridu nagħtu jekk irridu nagħmlu
l-affarijiet bis-serjetà hija lejn l-ispiża rikorrenti tal-Gvern, u għal dak
li għandu x’jaqsam ma’ l-ispiża rikorrenti hemmhekk jidher illi qed nagħmlu
progress imma jidhirli wkoll li għad fadal aktar x’nistgħu nagħmlu.
Dawn ir-riżultati jfissru illi għal dak li għandu x’jaqsam mad-deficit
strutturali ta’ pajjiżna l-ewwel6
xhur ta’ din is-sena meta imqabbla mas-sena li għaddiet għandna progress,
titijib ta’ kważi 14%, naqqasna d-deficit
strutturali ta’ 14% u ngħid dan bi prudenza u b’kawtela kbira għax aħna
qegħdin issa f’Awissu jiġifieri fadal kwazi nofs is-sena, ħames xhur oħra
x’jgħaddu rridu naraw daqsxejn il-performance
kif tiżviluppa f’dawn il-ħames xhur illi ġejjin.Però anki hawn l-indikazzjonijit huma pożittivi, u jidher illi l-miżuri
li qegħdin nieħdu qegħdin iħallu riżultati.
Figuri oħrajn li qed nagħtu, anki hawn indikaturi pożittivi f’dak li għandu
x’jaqsam per eżempju mal-medja tas-salarji, tal-pagi, li jirċievi l-ħaddiema,
qed nirreġistrawtitijib f’dak
li għandu x’jaqsam mal-pagi, titijib ta’ 2.3% pożittivi. Jiġifieri anki
jekk wieħed jieħu r-rata tal-inflazzjoni u ż-żieda ta’ inflazzjoni, wieħed
jinnota mill-ewwel illi l-medja fiż-żieda fil-pagi li qiegħda tiġi rreġistrata
s’issa hija medja illi tissupera ċ-ċifra illi hija għola miċ-ċifra illi
qed tiġi ippublikata għal dak li għandu x’jaqsam maż-żieda fl-għoli tal-ħajja.
F’dawn il-ġranet ukoll ġew ippubblikati ċ-ċifri tal-flus li l-Maltin
qegħdin iġemmaw fil-kontijiet tal-banek u anki dawk jindikaw illi l-Maltin qegħdin
ikomplu jżidu s-savings tagħhom
fil-banek tagħna li huwa wkoll indikazzjoni pożittiva.
Qed nagħtu wkoll ftit informazzjoni li ġiet ippubblikata wkoll dan l-aħħar
dwar it-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni, l-indikaturi juru il-kwalità tal-ħajja
li aħna ngħixu f’pajjiżna f’dak li għandu x’jaqsam mal-mobile telephones minn Jannar sa Ġunju hemm qabża ta’ kwazi 24%
fil-mobile telephones, 38% fis-subscriptions
għall-internet u kwazi 9.3% qabża oħra pożittiva fil-cable television. Anki dawn huma indikazzjonijiet ta’ kwalità
ta’ ħajja illi wieħed irid jagħtihom ċertu importanza għaliex turi illi
jien naħseb illi l-indikazzjoni ċara hija illi l-Maltin qegħdin jaħsbuha
differenti fuq kif jonfqu l-flus tagħhom u qegħdin jagħżlu l-affarijiet li
jiena naħseb huma importanti li jintagħżlu wkoll, jiġifieri jien nieħu pjaċir
li nara li l-poplu Malti qed isir aktar konxju tat-teknoloġija ta’
l-Informazzjoni u hija xi ħaġa pożittiva anki għal mod kif nixtiequ s-soċjetà
tagħna tiżviluppa għaliex dak fiħ innifsu huwa element importanti biex
il-livell ekonomiku ta’ pajjiżna jkompli jitjieb.
Dan kollu huwa kollu pożittiv però kif għidt diġà, kawtela. Jiena
nippreokkupa ħafna bħalissa għaliex il-prezz taż-żejt għadu qiegħed
tiela, tiela, tiela, u dak sinjal pożittiv ta’ ekonomija li qiegħda
tirkupra, anki in line ma’ ekonomiji
oħrajn Ewropej jista’ jinħass b’mod negattiv jew jiġi effettwat b’mod
negattiv, minħabba dan l-element, li qed jippreokkupa l-pajjiżi kollha inkluż
lilna, taż-żieda sostanzjali fil-prezz taż-żejt. U rridu nkomplu nsegwu
allura dawn l-affarijiet b’attenzjoni kbira. Naturalament nitfgħu
l-attenzjoni tagħna, nibqgħu fuq il-qasam tal-impjieġi, it-tqassim tad-deficit
jibqa’ ċentrali għalina u l-investiment għal dak li għandu x’jaqsam
mat-turiżmu u t-titijib tal-kwalità tal-prodott turistiku ta’ pajjiżna
jibqa ċentrali. Dwar it-turiżmu, kelma żgħira, għax ħafna nies forsi ma
jirrealizzawx, pajjiżna qiegħed jinvesti miljuni kbar ħafna fit-turiżmu,
kbar ħafna.
Id-deċiżjoni li kienet ittieħdet snin ilu li r-rata tal-VAT f’dak li għandu
x’jaqsam mas-servizzi fit-turiżmu, ma tkunx ir-rata ta’ 15% meta kienet 18%
imma kienet 5% ma nistgħux ninsewħ. Għax ħafna nies jeħduhom l-affarijiet for
granted però rridu nifhmu dak x’ifisser. Dak ifisser illi pajjiżna qiegħed
jinvesti miljuni kbar fil-qasam tat-turiżmu, sempliċement għaliex qed joqgħod
lura milli jiġbor lura r-rata tal-VAT illi normalment ħaddieħor iħallas, preċiżament
biex ninċentivaw it-turiżmu, u dan għandna nagħtuh importanza kbira.
L-investiment li qegħdin nagħmlu fl-istorja kulturali, arkitettonika,
fl-ambjent inġenerali ta’ pajjiżna wkoll huwa investiment qawwi ħafna.
Naturalment f’teżori kbar, bħal poplu tagħna però anki dak huwa
investiment li għandu impatt qawwi fuq it-turiżmu. Ċifra però li trid tiġi
nvestigata ftit aktar fid-dettall tindika li investejna fuq medda ta’ sitt
snin kważi 50 miljun lira fi proġetti partikolari ta’ restawr f’diversi
postijiet fejn għandek fortifikazzjonijiet, fejn għandek proġetti illi hafna
nies jeħduhom for granted però
jiswewlek kwantitajiet kbar ta’ investiment. Għadna kemm lestejna l-Barrakka
ta’ Fuq u Paceville, u dawn kollha huma investimenti li jiswew il-miljuni
ta’ flus. Dawn huma kollha miljuni ta’ liri investiti fit-turiżmu, u bi ħsiebna
nkomplu nagħmlu hekk biex intejbu l-kwalità tal-prodott Malti partikolarment
dawk l-areas f’pajjiżna li naħsbu li hemm potenzjal turistiku qawwi għat-tip
ta’ turiżmu li nixtiequ nenmfasiżżaw, it-turiżmu kulturali. Għalhekk
irridu nagħtu importanza lill-Belt, lill-Cottonera u rridu nagħtu importanza
wkoll lin-naħa ta’ fuq ta’ Malta li huma ċentri wkoll ta’ turizmu
f’pajjiżna, qed nitkellem fuq San Pawl il-Baħar, dik l-area,
kif ukoll l-area ta’ Tas-Sliema
bil-proġett kollu ta’ tisbiħ li għamilna u li għadu għaddej tal-front
kollu inkluż l-area li tibda mill-hotel li tibqa sejra sa Tas-Sliema.
Irridu nkomplu ninvestu jiġifieri. Il-punt li qed nipprova nagħmel biex ħadd
ma jieħu l-affarijiet for granted għax
kultant nieħu l-impressjoni li ċertu affarijiet l-anqas biss jissemmew u qisu
jintesew, qegħdin ninvestu miljuni kbar apparti l-miljuni oħrajn li qed nagħtu
l-Awtorità tat-Turiżmu preċiżament biex ikunu jistgħu jimmarketjaw
lill-pajjiżna. Jiġifieri diġà qegħdin ninvestu riżorsi qawwija ħafna
ta’ pajjiżna sempliċiment biex inkunu nistgħu nġibu riżultati u jien
jidhirli li dawn ir-riżultati bil-mod il-mod nakkwistawhom però għad irridu
nagħmlu ħafna iżjed f’dan il-qasam.
Malajr naħseb li huwa importanti, illum li ngħid huwa illi għandna ċertu
eżerċizzji ta’ studji li għamilna matul ix-xhur illi għaddew illi ħdimna
ħafna fuqhom u li issa qed jaslu għal-konklużjoni tagħhom u bil-mod il-mod
dawn l-istudji different issa rridu nġibuhom flimkien biex noħolqu pjan wieħed
ta’ żvilupp nazzjonali għal pajjiżna. Dan il-pjan wieħed
ta’ żvilupp nazzjonali jrid,
il-komponenti tiegħu, jrid ikollu diversi dokumenti illi ppubblikajna u li qegħdin
nippubblikaw f’dawn il-ġranet. Il-Pjan Nazzjonali ta’ l-Azzjoni għall-Impjiegi,
n-National Action Plan ta’ l-employment
se jiġi ppubblikat għall-konsultazzjoni wkoll fil-ġranet illi ġejjien. Dan
huwa pjan illi jindirizza l-qasam tal-impjiegi, u l-ħolqien tal-impjiegi,
ir-rata tal-parteċipazzjoni, il-bżonn illi nżidu r-rata ta’ l-parteċipazzjoni
nazzjonali però anki r-rata ta’ parteċipazzjoni tan-nisa f’pajjiżna u nipproponi miżuri partikolari. Kull miżura għandha
naturalment spiża marbuta magħha u huwa pjan kruċjali fil-formulazzjoni tal-budget
issa għas-sena li ġejja però anki nħarsu aktar il-quddiem għal perjodu
ta’ ħames snin li aħna għandna quddiemna. Il-pjan ta’ konverġenza huwa
pjan importanti li jistabbilixxi t-targets
finanzjarji għall-pajjiżna u aħna determinati illi nagħmlu ħilitna biex niħlqu
dawk il-miri. Dejjem jekk ma jinqalawx ċirkostanzi
internazzjonali, nerġa insemmi l-prezz taż-żejt, illi jpoġġu pressjoni fuq
it-targets finanzjarji u ekonomiċi li
huma stabbiliti f’dak il-pjan.
Ninsisti illi l-investiment fl-ambjent jibqa ċentrali għal-kwalità tal-ħajja
tagħna l-Maltin però anki għat-turiżmu nnifsu. Parti importanti biex dak
is-settur ikun jista’ jiżviluppa huwa li aħna noffru lilna nfusna bħala
Maltin, l-ewwel u qabel kollox però anki li t-turist li jżurna f’pajjiż li
jkun nadif u pajjiż li jkun kapaċi li jindirizza l-isfida kbira li aħna għandna
akbar minn pajjiżi oħrajn, għax pajjiżi oħrajn m’għandhomx l-istess
problemi li għandna aħna, aħna għandna problemi ħafna akbar u d-dimensjoni
tagħhom huma ħafna akbar li jaffaċċjaw pajjiżi oħrajn minħabba ċ-ċokon
tal-pajjiż tagħna u għandna dmir, jien ngħid, li naffrontaw din il-problema
bil-kuraġġ anki jekk ikun hemm deċiżjonijiet li jinħolqu, per eżempju
l-introduzzjoni tal-eko-kontribuzzjoni li kienet ġiet inħabbra fil-budget
tas-sena li għaddiet u hija parti minn strateġija sħiħa biex inkunu nistgħu
nindirizzaw il-qasam ta’ l-iskart u nagħmel appell għax ħafna nies forsi
dan il-punt ma jenfasizzawx biżżejjed, il-preokkupazzjoni tagħna mhux il-faċilità
biex niġbru l-iskart. Dik hija xi ħaġa li hi l-aktar parti sempliċi, dik kulħadd
jaf jagħmilha, li tiġbor l-iskart. L-isfida vera li aħna għandna quddiemna
hija aħna x’nagħmlu bl-iskart li f’darna nkunu ġbarnieħ, u hemm il-konċentrazzjoni
ta’ kulħadd għandha tintefa’. Għax fid-diskussjoni pubblika li saret fil-ġimgħat
li għaddew inħoss illi kien hemm argumentazzjoni illi ma daħlitx fil-fond biżżejjed
biex tapprezza d-diffikultajiet enormi li pajjiżna għandu dwar x’jagħmel
bl-iskart la darba jkun inġabar. U l-kunċett ta’ l-introduzzjoni ta’
l-eko-kontribuzzjoni huwa marbut preċiżament ma dan il-punt.
U għalhekk irrid nenfasizza dik is-sistema, l-importanza li l-importaturi
f’pajjiżna jagħmlu ħilithom biex jingħaqdu flimkien anki mal-Gvern anki
f’forma ta’ sħubija mal-Gvern biex il-prodott, l-oġġett ikun mhux biss
jista’ jinġabar imma imbagħad jiġi riċiklat jew inkella disponut, inkunu għamilna
biħ xi ħaġa b’mod differenti. U intkom li intkom ġurnalisti hawnhekk
nistiedinkom biex tenfasizzaw dan il-punt għax huwa kruċjali biex wieħed
jifhem l-istrateġija li aħna għandna bżonn nindirizzaw fil-qasam ta’ kif
insolvu ċ-challenge l-kbira li aħna għandna dwar l-iskart.
Irrid ngħid illi l-qasam soċjali huwa ċentrali għalina bħala Gvern,
il-Gvern illi mmexxi jiena bil-politika li aħna nħaddmu tibqa’ tpoġġi lill
bniedem fiċ-ċentru ta’ l-attività tagħna u l-affarijiet li jiena semmejt,
l-ekonomija, il-performance, il-kwistjoni
ta’ l-ambjent, il-kwistjoni anki tal-benefits
strutturali li nkunu qed niżbaljaw jekk narawhom bħala oġetti kesħin, maqtugħin
mir-realtà vera li aħna qed infittxu, li jkollu bħala Gvern.
Dak li qed infittxu bħala Gvern huwa li ntejbu l-kwalità tal-ħajja
tal-poplu tagħna. U allura l-qasam soċjali jibqa ċentrali għalina proprju
f’dawn il-ġranet ikkonkludejna u ppublikajna rapport dwar l-Inklużjoni Soċjali,
dan huwa wkoll pjan nazzjonali ieħor ta’ importanza kbira, komponent,
ingredjent ieħor fil-pjan ta’ l-Iżvilupp ta’ pajjiżna għas-snin li ġejjin,
għaliex aħna rridu li jkollna soċjetà li hu fir-riskju li jkun imwarrab. Dak
ir-riskju nkunu naqqasnieh. L-analiżi ta’ l-istrutturi ta’ welfare li aħna għandna f’pajjiżna li saret f’dan
id-dokument, l-analiżi li turi li għandna strutturi ta’ welfare
illi huma inġenerali tajbin, li qegħdin inaqqsu n-numru ta’ nies li huma
fir-riskju li jaqgħu fil-povertà, jiġifieri l-effett tal-flus li qegħdin
ninvestu fit-taxxi tagħna mill-bolla li aħna nħallsu qed ikollu l-effett li
nixtiequ għaliex in-numru ta’ nies fir-riskju ta’ povertà b’riżultat
tal-miżuri li aħna għamilna jonqas bin-nofs. Jiġifieri l-flus li qed nonfqu
fil-welfare qed imorru fejn
nixtiequhom imorru però jidher ċar bla dubju li wasal iż-żmien illi
l-istrutturi li kienu daħlu għaxar snin, għoxrin u anki tletin sena ilu,
iridu jiġu aġġornati għaż-żmienijiet ta’ llum u rridu nirrikonoxxu li
hemm ċertu setturi li illum il-ġurnata nistgħu nirriformawhom, oħrajn illi
hemm bżonn illi niddedikaw aktar attenzjoni għalihom, biex ħadd ma jaqa’
f’dan ir-riskju.
Nagħlaq b’kumment żgħir, jiena ottimmist mill-indikazzjonijiet li għandna
quddiemna u nibqa ngħid li rridu nkomplu naħdmu flimkien bħala pajjiż biex
naffrontaw l-isfidi li għandna, u għandna sfidi. L-isfidi ewlenin huma
tar-riformi illi rridu nindirizzaw b’dan li qed jisemma fil-gazzetti bħalissa,
il-kwistjoni tat-trasport pubbliku. Naturalment iva wasal iż-żmien illi
s-sistema ta’ transport pubbliku f’pajjiżna tiġi riformata għax il-poplu
tagħna jrid li tiġi riformata. Ma jistgħax ikun li nibqgħu nawtorizzaw iż-żiediet
fin-nollijiet mingħajr ma jsiru l-bidliet li hemm bżonn li jsiru fit-trasport
pubbliku.Ilna nisimgħu ħafna,
il-Gvern investa miljuni kbar ta’ liri, mhux biss fis-sussidju fin-nollijiet
tal-karozzi tal-linja imma miljuni kbar ta’ liri f’ karozzi tal-linja ġodda,
li jfissru li l-iskop tagħna kien illi mit-taxxi tal-poplu Malti nġibu flotta
ta’ karozzi tal-linja bil-mod il-mod li tkun flotta ġdida però m’għamilna
ebda riforma, ma nkunu għamilna ebda riforma billi sempliċiment biddilna
l-karozzi tal-linja.
Ir-riforma trid tiġi b’mod radikali biex ikollna rotot f’pajjiżna li
jindirizzaw il-bżonnijiet ta’ pajjiżna, li jwieġbu għal-bidliet soċjali
li għaddejin fil-bliet u l-irħula tagħna u li tkun flotta li tagħmel
il-massimu ta’ l-użu li l-poplu Malti qiegħed jinvesti. U allura jekk aħna
illum kulħadd jaqbel li l-flotta li għandna aħna tal-karozzi tal-linja trid
tonqos, għax-tinkludi numru ta’ karozzi tal-linja li għal ċertu ħinijiet
ta’ matul il-ġurnata ma jintużawx, allura hemm bżonn li d-deċiżjonijiet
jittieħdu u naslu biex din ir-riforma nagħmluha. U meta kulħadd ikun għamel
il-parti tiegħu, il-Gvern jagħmel il-parti tiegħu wkoll. U jagħti s-sussidju
li hemm bżonn jagħti, iżid u jawtorizza ż-żidiet fin-nollijiet li hemm bżonn
li jawtorizza però kulħadd irid jifhem li dan irid ikun pakkett sħiħ li jkun
aċċettabbli għal poplu tagħna.
Jien inżid ma’ dan li l-Gvern qed isegwi minn viċin ħafna
d-diskussjonijiet li għaddejin fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u
Soċjali bit-tama li dawn id-diskussjonijiet iwasslu għal patt soċjali,
l-attendenza tal-Gvern fil-laqgħat li bdew nhar it-Tnejn li għaddew qed tkun
ta’ livell għoli ħafna. Jiġifieri qed jattendi għalihom is-Segretarju
Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Tonio Fenech, u jiena qed nittama
li dawn id-diskussjonijiet jimxu ’l quddiem. Nagħmel l-appell lill-Imsieħba
Soċjali biex kulħadd ikompli jagħmel l-isforzi tiegħu għaliex dan ikun achievement
kbir ħafna għal pajjiżna. Ikun breakthrough
kbir għal pajjiżna. Nagħmel appell biex kulħadd jagħmel l-istess, anki
l-Gvern minn naħa tiegħu u biex kemm jista’ jkun nagħġġlu f’dawn
id-diskussjonijiet għaliex jiena nixtieq illi fil-formulazzjoni tal-budget tas-sena 2005 nieħu in konsiderazzjoni s-suġġerimenti li
joħorġu, u l-konklużjonijiet li jkunu qed joħorġu b’riżultat tal-Patt Soċjali.
Issa se nieqaf hawn minn naħa tiegħi. Issa nistieden lill-ġurnalisti biex
min irid jagħmel il-mistoqsijiet.
Anette Vella – Media Link
Hekk kif
semmejt inti iż-żejt hija xi ħaġa preokkupanti, żieda fil-prezz.X’miżura qed juża l-Gvern biex jilqa’ din iż-żieda?
Prim Ministru
Ftit hemm miżuri
x’tista’ tieħu biex tikkontrolla l-prezz taż-żejt.Il-prezz taż-żejt huwa il-prezz internazzjonali illi Malta tixtrih fuq
is-swieq internazzjonali bħalma jixtruh pajjiżi oħrajn.Aħna minn naħa tagħna qed insegwu mill-viċin l-iżviluppi li
nittamaw, u jiena nemmen illi ladarba ċertu biżgħat li jeżistu bħalissa
fis-swieqi internazzjonali jikkalmaw ftit rwieħhom allura l-prezz taż-żejt naħseb
li għandu jerġa’ jinżel għal livelli li huma ħafna iżjed aċċettabbli.Però bħalissa, naturalment ifisser li aħna rridu nibqgħu kawti ħafna
li nkomplu nkunu għassa l-ħin kollu għall-ispiża tagħna.Jiena ngħid apparti ċ-ċirkostanza partikolari li għandna bħalissa,
din iċ-ċirkostanza għandha tiftħilna għajnejna lkoll biex iġġagħlna
nirrejalizzaw forsi iżjed minn qatt qabel illi għandna nibdew naħsbu u
ninvestu f’sorsi alternattiva li tiġġenera l-enerġija f’pajjiżna.
Mingħajr ma
nidħol f’wisq dettal irrid ngħid li fil-laqgħa li kelli l-Girgenti
mal-Ministri u Segretarji Parlamentari bi preparazzjoni għall-budget għas-sena d-dieħla, it-tema ta’ l-enerġija, enerġija li
tkun finta, fuq enerġija bħala sors alternattiva kienet waqt
id-diskussjonijiet tagħna tema ta’ ċertu importanza.U allura nittama wkoll illi meta naslu iktar ’l quddiem għall-konklużjonijiet
tagħna għall-mod ta’ kif se nfasslu l-istrateġija ta’ pajjiżna għall-ħames
snin li ġejjin u possibilment anke inħarsu iktar ’l bogħod minn hekk, waħda
mill-miri, fl-opinjoni tiegħi u at this
stage nirrepeti b’ħafna kawtela minn naħa tiegħi, għall-pajjiżna għanda
tkun li tassew immorru b’qawwa f’investiment f’sorsi alternattivi ta’
modi kif niġġeneraw l-enerġija f’pajjiżna.
Hemm ħafna
x’jista’ jsir bħalma pajjiżi oħrajn għamlu wkoll f’dan il-qasam, aħna
anke hawn għandna l-limitazzjonijiet li pajjiżi oħra m’għandhomx,
it-territorju tagħna huwa żgħir u allura ma jippermettix soluzjonijiet bħalma
jippermettu f’pajjiżi oħra u allura l-limitazzjoni tagħna tillimitana wkoll
fl-options li aħna għandna.Però jiena nemmen li hemm mezzi ta’ kif nistgħu in
the long term innaqqsu din il-pressjoni qawwija li aħna qed ikollna.Ta’ min jgħid li miċ-ċifri ta’ konsum ta’ l-elettriku li qed
ikollna, qegħdin nissorprendu ruħna biż-żieda qawwija fil-konsum ta’
l-elettriku f’pajjiżna illi minnu nnifsu jista’ jkun indikatur ukoll ieħor
pożittiv.
Il-poplu
Malti qiegħed imur għall-kwalita’ ta’ ħajja aħjar bl-istallazzjoni ta’
airconditioners, l-industrija qiegħda
tkabbar l-investiment tagħha u jidher illi spiża fuq il-konsum industrijali
qiegħed jikber ukoll.Anke dawn
huma minn banda sinjali pożittivi ta’ ekonomija li miexja ’l quddiem, però
mill-banda l-oħra jixgħelulek bozza ħamra għaliex dak ifisser illi dak li
konna ppjanajna li għandna bżonn ninvestu biex inkabbru s-sors ta’ enerġija
f’pajjiżna li hija l-power station suppost
li kellha sservina fuq medda ta’ snin, qiegħed jirriżulta issa illi mhux se
sservina għal dak it-tul ta’ snin kollha u allura rridu nibdew naħsbu minn
issa għal investiment kapitali u nieħdu deċiżjonijiet strateġiċi ta’
fejn se mmorru b’dak l-investiment, jew se mmorru fit-tkabbir ta’ power station jew inkella se mmorru għal sorsi alternattiva ta’
ġenerazzjoni ta’ electricity li għandhom
ikunu nteressanti f’pajjiżna anke jekk inżewġu dak il-kunċett mal-mod
ta’ kif nitrattaw l-iskart f’pajjiżna.
Ruth Amaira – PBS
F’waħda
mill-ewwel laqgħat mal-ġurnalisti li kellek hawnhekk kont semmejt il-proġett
kapitali Mater Dei, l-isptar il-ġdid.Hawn ħafna spekulazzjonijiet dwaru, fosthom li waqaf ix-xogħol fuqu u
li se jinbiegħ lill-privat.X’inhuma l-kummenti tiegħek?
Prim Ministru
Le, m’hemm
l-ebda ħsieb li l-Mater Dei jinbiegħ
lill-privat.Lanqas m’huwa veru
li waqaf ix-xogħol.Ix-xogħol
ta’ kostruzzjoni, ta’ bini, effettivament kważi tlesta kollu, mhux kważi,
tlesta kollu.Ix-xogħolijiet li
jonqsu fl-isptar Mater Dei il-parti
l-kbira hija l-mechanical and engineering li
huma importanti ħafna għaliex għal ħafna raġunijiet fosthom ukoll għaliex
dak ix-xogħol kollu huwa marbut ukoll mat-tender
li kienet ingħatat għall-equipment ta’
l-isptar.Jiġifieri l-mechanical
engineering huwa marbut ma’ l-equipment
li qed jinxtara u allura jrid ikun hemm il-komunikazzjonijiet interni
fl-isptar Mater Dei li jkunu jaqblu ma’ dan l-equipment waqt li jonqos proċess ieħor li għandu x’jaqsam
mas-sistemi ta’ l-IT, teknoloġija
ta’ l-informazzjoni, tender ieħor
ta’ valur sostanzjali ta’ flus.Jiġifieri
għad irid joħroġ, nittama dalwaqt fil-ġimgħat li ġejjin u allura l-mechanical
engineering, il-kuntratt kollu jrid jipprovdi s-servizzi wkoll ta’ sistemi
ta’ l-IT li se jiġu nstallati fl-isptar.Jiġifieri anke min qed jgħid li x-xogħol huwa wieqaf m’huwiex
korrett.Però min qed jgħid illi
l-isptar Mater Dei, bl-ispiża illi
qiegħda tirriżultalna bħala indikazzjoni hija preokkupanti, naqbel miegħu.
Jiena
mill-ewwel għidt li din hija issue importanti
fuq l-aġenda tal-Gvern Malti u ftit ġranet wara li kont ħadt il-ġurament bħala
Prim Ministru jiena sejjaħt laqgħa maċ-Chairman
ta’ l-iSKANSKA u mas-CEO hawn
Malta, ma’ rappreżentant hawn Malta, biex nindirizzaw din l-issue
ta’ l-isptar Mater Dei.Irrid
infakkar illi oriġinarjament il-ftehim kien li d-disinn li ġie stabbilit għall-isptar,
l-ispiża kellha tkun bejn wieħed u ieħor mas-87 miljun lira, fil-viċin 90
miljun lira apparti affarijiet oħrajn, id-design
fees u l-management fees.Jiġifieri ċ-ċifra kienet ogħla minn hekk, però għar-rigward
tal-bini ta’ l-isptar dik kellha tiġi, bħala bini ta’ sptar nenfasizza u
mhux ta’ equipment u
mhux IT kellha tkun bejn wieħed u ieħor
fil-linja ta’ 87 miljun lira.Irriżultalna
li ċ-ċifra nqabżet u se tinqabeż b’mod sostanzjali.S’issa l-Gvern fit-total ta’ pagamenti li għamel ma qabiżx din iċ-ċifra
biex inkun ċar.Jiġifieri aħna
ħriġna pagamenti bejn wieħed u ieħor daqs din iċ-ċifra.U allura bdejna eżerċizzju immedjatament biex nidentifikaw il-parti
tal-proġett li l-ewwelnett tiġġustifika x’hemm affarijiet li biddilna aħna
stess.Jiġifieri hemm affarijiet
li aħna stess tlabna lil iSKANSKA jbiddlu għaliex waqt li inti tkun għaddej
bi proġett kbir bħal dan naturalment ikun hemm bidliet li jkollok tagħmel as you go along. Allura parti miż-żieda ta’ l-ispiża fuq
is-somma oriġinali li kienet indikata diġa’ spjegabbli u jeħtieġ li nħallsu
għaliha.
Hemm
partijiet oħrajn però li jidhrilna li għandhom bżonn spjegazzjonijiet
dettaljati minn naħa ta’ l-iSKANSKA biex jiġġustifikaw għaliex dik l-ispiża
telgħet, għaliex aħna qed nikkontestaw dik l-ispiża.U qed nagħmluha ċara illi l-items
li qegħdin nikkontestaw jekk ma jkunx hemm spjegazzjonijiet ċari li juru
illi hemm xi responsabbilta’ minn naħa tagħna allura m’aħniex lesti li
nerfgħu r-responsabbilita’ ta’ dik l-ispiża.
Id-diskussjonijiet
għaddejjin u għaddejjin b’ritmu qawwi għaliex huma marbutin ukoll ma’ settlement jiġifieri mal-proċess kollu tad-data ta’ meta dan
l-isptar ikun jista’ jinfetaħ, marbuta wkoll mal-kuntratt ta’ l-equipment
u l-installation ta’ l-equipment
fl-isptar u marbuta wkoll mal-kuntratt ta’ l-IT
u marbuta wkoll man-negozjati li għad iridu jibdew dalwaqt mal-Unions
dwar il-prattiċi tax-xogħol li jridu jidħlu fl-isptar Mater
Dei.Prattiċi tax-xogħol ġodda
illi jgħinuna biex l-isptar ikun jista’ jopera bl-ogħla effiċjenza
possibbli u bl-inqas spiża possibbli.Qegħdin
f’dan il-mument tan-negozjati, f’dan il-livelli kollha.Jiġifieri bħalissa għaddej b’ritmu qawwi, negozjati ma’
l-iSKANSKA, għaddejin diskussjonijiet qawwija dwar it-tender
ta’ l-IT, se jibdew
id-diskussjonijiet mal-Unions dwar
il-prattiċi tax-xogħol.Għadu
qed jitlesta xogħol minn naħa tagħna illi jrid isir bħala preparazzjoni biex
jibdew dawn id-diskussjonijiet u għaddej il-proċess ta’ l-identifikar
tal-makkinarju, ta’ l-equipment, li
bħalissa l-konsulenti Maltin qegħdin jagħtu huma stess il-pariri ta’ l-equipment u l-equipment l-iktar
modern, għax id-diffikulta’ anke hawn li aħna għandna, peress li għadda ħafna
żmien minn mindu ħarġet it-tender għall-equipment
għall-mument li qegħdin fih, hemm ċertu makkinarju li żviluppa
fit-teknoloġija tiegħu.Aħna
rridu li jkollna l-aħjar makkinarju possibbli mingħajr ma jkollna l-esaġerazzjonijiet
biex inkunu nistgħu nagħtu l-aħjar livelli ta’ servizz ta’ saħħa għall-poplu
tagħna.
Però hija
waħda mill-items fuq l-aġenda
politika tagħna li qegħdin nindirizzaw u li hija kruċjali għall-pjan anke
ta’ konverġenza.Tgħiduli x’għandu
x’jaqsam issa it-target finanzjarju
li aħna stabbilejna.Għaliex it-targets finanzjarji ukoll huma imfassla b’mod illi jieħdu in
konsiderazzjoni il-konklużjoni ta’ l-isptar Mater
Dei meta allura l-isptar jitlesta effettivament l-ispiża tal-Gvern kapitali
li qed ikollna din is-sena, kemm is-sena li għaddiet u li se jkollna s-sena
d-dieħla imbagħad tispiċċa.Mhux
se tibqa’ tibni sptar kull sena. Ladarba l-isptar ikun spiċċa f’daqqa waħda
chunk qawwija ta’ spiża kapitali li
qed ikollna din is-sena 24 miljun, 25 miljun, s-sena d-dieħla probabbilment
l-istess.F’daqqa waħda tispiċċa
għax tkun spiċċajtu.
U min
issorprenda ftit ruħu biċ-ċifra dwar il-pjan ta’ konverġenza forsi kieku
staqsa kien ikollu tweġiba sempliċi ħafna, m’hemmx għalfejn tissorprendu
ruħkom jekk fuq medda ta’ sentejn, tliet snin issa jitlesta’ f’daqqa waħda
l-ispiża li l-Gvern qed jagħmel tkun niżlet b’mod sostanzjali għax l-ispiża
ta’ l-isptar tkun tlestiet.
Miriam Dalli – One
News
Sa dalgħodu
stess, id-deputat Nazzjonalista, John Dalli, tkellem dwar il-proġett Dar Malta
fi Brussell, u qal li d-deċiżjoni finali dwar dan il-proġett ittieħdet minn
Richard Cachia Caruana.Qal li
l-MIMCOL kienet inkarigata mix-xogħol tekniku imma kien Cachia Caruana li ħa
d-deċiżjoni finali.Il-kummenti
tiegħek dwar din l-istqarrija u jekk tikkonfermax ukoll din l-isqarrija ta’
John Dalli u jekk tħossx li fis-sitwazzjoni finanzjarja preżenti nefqa ta’ 9
miljun lira fuq dan il-proġett hijiex nefqa raġonevoli.
Prim Ministru
Id-deċiżjoni ħadha l-Cabinet.Ma’ ħadha ħadt ħlief il-Cabinet.Memorandum
dettaljat li tressaq quddiem il-Cabinet li
kont qed nippresjedi jiena f’laqgħa
li saret jidhirli f’Mejju, m’hinix ċert fuq id-data preċiża, bejn Mejju u
Ġunju.Tressqu l-proposti kollha,
l-alternattivi kollha u l-Cabinet ħa d-deċiżjoni.Naturalment deċiżjoni dwar proċess illi kien inbeda kmieni fl-2003, għall-ħabta
ta’ Marzu ta’ l-2003, proċess twil komplikat li kien ifisser li numru ta’
nies intalbu biex f’isem il-Gvern Malti jidentifikaw proprjeta’ ġewwa
Brussell li tkun tista’ sservi bħala l-post ċentrali minn fejn l-operazzjoni
kruċjali għall-pajjiżna ta’ preżenza ġewwa Brussell tkun tista’ ssir u
tkun tista ssir b’mod sew.
Kien hemm il’fuq minn 16-il proprjeta’, li ġiet identifikata.Eżerċizzju magħmul min esperti u bl-għajnuna ta’ nies anke li
jifhmu f’pajjiżna.Jien irrid
nirringrazzja lis-Sur Bertie Mizzi illi fl-1991 kien il-persuna li għen
lill-Gvern Malti biex jinxtara l-ambaxxata, l-High
Commission tagħna li aħna għandna l-Ingilterra.U jidher ċar illum, għax wara kulħadd bravu, illum jidher ċar li
mnalla ddeċidejna li nixtruh il-post, l-ambaxxata tagħna ta’ l-Ingilterra,
il-High Commission! Għax dak li
nvestejna dik in-nhar, il-valur tiegħu tela’ sostanzjalment illum u kieku
krejna wara issa, tlettax-il sena konna nirrejalizzaw li ħallasna ħafna izjed
kera u spiċċajna m’għandniex post.Mentri
dakinhar għax ħallasna somma sostanzjali ta’ flus, li għal dakinhar ukoll
kienet iffaċċjat il-kritika, illum ngħidu kemm kienet deċiżjoni għaqlija.Bertie Mizzi flimkien ma esperti għamlu eżerċizzju li analizzaw dawn
il-postijiet kollha li ġew identifikati, short-listed
għal tliet postijiet finalment, u mbagħad ġie identifikat dan il-post
partikolari li issa nxtara u se jservi bħala l-post minn fejn se noperaw.
Fuq dan il-punt nixtieq nagħmel ftit punti importanti.Aħna qegħdin nirrejalizzaw jew mhux qed nirrejalizzaw li Malta issa
ssieħbet fl-Unjoni Ewropea?Li
saret pajjiż Ewropew li issa tfisser li aħna rridu noperaw, irid ikollna mera
ta’ l-operazzjoni governattiva f’Malta li tiffunzjona b’mod qawwi ħafna
ġewwa Brussell.Aħna qegħdin
nirrejalizzaw li din m’hix kwestjoni ta’ ambaxxata bħall-ambaxxati
x’imkien ieħor imma huwa post li jrid ġewwa fih jiħħawsja ‘l fuq minn
50, 60 kważi uffiċjal li jridu jiffunzjonaw biex iżommu lil kull Ministru u
kull dekasteru illi aħna għandna f’pajjiżna, aġġornat bl-iżviluppi minn
filgħodu sa filgħaxija? Dan qegħdin nirrejalizzaw illi din hija xi ħaġa li
ma’ tista’ bl-ebda mod titqabbel ma’ xi ambaxxata oħra u allura għandna
bżonn post, li huwa ċentrali, post li jkun jista’ jilqa’ ġo fih lill-ħaddiema
kollha, l-uffiċjali, it-tekniċi kollha li aħna għandna għaliex aħna
determinati li nisfruttaw is-sħubija ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea.
Determinati, però ma tistax id-diskors tgħidu
hekk sabiħ u mbagħad meta tiġi għas-si
u no toqgħod lura milli tinvesti jew tieħu l-aħjar deċiżjonijiet biex
tinvesti biex ikollok post minn fejn tkun tista’ taħdem.Allura jkun kriterju importantissimu illi jintagħżel post minn fejn
il-Gvern Malti, f’isem il-poplu Malti, jkun jista’ jaħdem fl-Unjoni Ewropea
biex inġibu lejn pajjiżna dak li għandna bżonn inġibu biex nirreaġixxu u
nikkontribwixxu fl-iżvilupp ta’ l-Unjoni Ewropea kif ridna, kif għidna li se
nagħmlu tul is-snin kollha li domna niddiskutu s-sħubija tagħna fl-Unjoni
Ewropea.Dik l-ewwel ħaġa.
It-tieni ħaġa.Imma
kif deċiżjoniet sempliċi, anke għalina fil-ħajja ta’ kuljum tagħna jagħmlu
sens però
imbagħad ma jagħmlux sens f’kuntest nazzjonali.L-options li kellna
quddiemna kienet jew li nikru post jew li nixtru post.Stajna għażilna t-triq il-faċli ta’ anqas kontroversja politika u
nikru post.U dan l-istess post u
xi postijiet oħrajn, tnejn partikolari li kienu joffru l-ispazju li aħna għandna
bżonn għall-affarijiet kollha stajna krejnihom.Però il-kalkolu tagħna kien illi fuq medda ta’ 25 kważi 27 sena, aħna
nkunu b’dik il-kera li nkunu ħallasna, li hija average
rate ġewwa Brussell, inkunu ħallasna iżjed mill-valur kapitali ta’ dan
il-post li kieku nixtruh illum.U
allura s-sens komun fis-sens finanzjarju, l-loġika kollha tal-proċess kienet
turi li kien ikun ħafna aħjar jekk illum minflok li nieħdu deċiżjoni li
nikru, nieħdu deċiżjoni li ninvestu dik kienet żgur l-aħjar deċiżjoni li
stajna nieħdu fl-interess ta’ pajjiżna.Għaliex finalment kien se jfisser li l-proprjeta’ li qegħdin nixtru
illum, ma jkun jista’ jgħidilna ħadd xejn.Il-valur ta’ dik il-proprjeta’ huwa valur li se jkun qed jiżdied
kostantament għax huwa post ċentralissimu fi Brussell li allura l-valur tiegħu
huwa enormi, apparti li joffrilna l-opportunita’, għaliex hawn min ħaseb
illi dan il-post huwa xi post ta’ residenza għar-rappreżentant permanenti
tagħna.
Imma kemm
nistgħu nkunu, kultant, naïve
f’pajjiżna.Ħasbuha villa u
bdew iqabbluha ma’ villa.Tissorprendi
ruħek kultant bis-superfiċjalita’ ta’ min jagħmel dan it-tip ta’
kritika.Huwa blokk kbir li se
jippermettilna wkoll li 4 sulari minnu nikkommerċjalizzawhom u nikruhom b’mod
illi jkunu jistgħu jirrendu d-dħul anke għalina stess u allura in fatti
l-ispiża li aħna stess se nkunu dħalna għalija biex inkunu nistgħu
niffinanzjaw dan il-post.
Huwa
mill-iktar ovvju illi d-deċiżjoni fl-istruttura kollha tagħha kienet tagħmel
sens.Ħadna l-pariri.Mingħand min jifhem f’dan is-sens.Issa anke din.Malli
semmejna li ħadna l-pariri mingħand l-KPMG, f’daqqa waħda lista ta’
domandi inkluż jekk hux involut Edward Cachia Caruana, l-KPMG.Ħadd ma nduna li l-KPMG huma l-KPMG Brussels, u mhux KPMG Malta.Li m’għandha x’taqsam xejn mal-KPMG Malta.Hi operazzjoni separata kompletament, m’għandha l-ebda konnessjoni
mal-KPMG Malta.Hija KPMG Brussels,
bl-esperti ta’ Brussels illi huma stess tawna l-parir illi l-aħjar deċiżjoni
mill-aspett ta’ investiment ikun illi pajjiżna jinvesti.Naturalment hija deċiżjoni li m’hix faċli li tittieħed.Mela jien m’hiniex konxju illi f’eżerċizzju fejn jiena qed ngħid
li għandna bżonn nġibu l-finanzi ta’ pajjiżna fuq sisien sodi u aħna għandna
bżonn inkomplu naħdmu biex nikkontrollaw id-deficit
ta’ pajjiża, din id-deċiżjoni ma ħadtiex in konsiderazzjoni? Mhux
ovvja li ħadtha in konsiderazzjoni? Imma allura minħabba f’hekk irrid nieħu
deċiżjoni li ma tagħmilx sens kummerċjali?
Is-serjeta’
titlob illi anke fi proċess, anzi proprju għaliex, irridu nindirizzaw id-deficit
f’pajjiżna, l-għaqal jitlob illi d-deċiżjonijiet ta’ fejn ninvestu
flusna jkunu deċiżjonijiet għaqlin.Jien
nixtieq inkun naf x’kien jiġri li kieku ħadna deċiżjoni bil-kontra, ta’
li kieku krejna flok investejna.Nibqa’
ngħid illi hija deċiżjoni għaqlija u huwa investiment illi lil pajjiżna qed
intuh proprjeta’ ta’ stima ta’ pajjiżna.Jiġifieri dawn mhux flus li ħarġu infaqnihom u ma’ ħadna xejn tagħhom.Aħna għandna blokk bini, f’post ċentrali li jixraq lil pajjiżna u
se jippermettilna u għandu jippermettilna biex niffunzjonaw b’mod effiċjenti.
Jien
lill-poplu Malti rrid ntih l-aħjar li hu possibbli.U jidhirli li fiċ-ċirkostanzi din id-deċiżjoni li ttieħdet,
lill-poplu Malti qed intuh l-aħjar li hu possibbli, mhux fis-sens ta’ xi
regolazzjoni.L-aħjar possibbli
fis-sens ta’ blokk bini li minnu nkunu nistgħu b’mod effiċjenti nieħdu
l-massimu possibbli għal pajjiżna mill-Unjoni Ewropea.
Kurt Sansone – Malta
Today
Semmejt
ir-rappreżentat permanenti ta’ Malta fi Brussell.Nafu li dak li se tgħid int mhux sempliċiment ambaxxata
imma anke se tiffunzjona bħala Ministeru.Inti kuntent bl-aċċessibilita’ li għandu ir-rappreżentant Malti
mal-poplu Malti u mal-media fis-sens
ta’ xogħol li qed isir fi Brussell.Il-Ministri
nafu, kulħadd għandu aċċess għalihom u l-komunikazzjoni hi ħafna iktar faċli.Int kuntent bil-komunikazzjoni li teżisti bejn Brussell u l-poplu Malti
u l-media?
U forsi punt
żgħir fuq l-iSKANSKA.Il-Gvern għandu
t-target date meta jixtieq li jinfetaħ
l-isptar?Hemm data li qed jimmira
għaliha?
Prim Ministru
Jekk titlob
l-opinjoni sinċiera tiegħi, jien m’hiniex kuntent bil-mod ta’ kif anke
l-Gvern stess qiegħed jikkomunika mal-poplu Malti.Jiġifieri nirrikonoxxi illi għad hemm spazju qawwi fejn intejbu l-mod
ta’ kif nikkomunikaw mal-poplu Malti.Jien
nibqa’ ninsisti illi l-Gvern għaddej b’ħidma, b’ritmu qawwi ħafna u
rridu nkomplu nispjegaw ħafna iżjed milli spjegajna s’issa lill-poplu tagħna
biex jifhem l-areas, l-oqsma kollha li
qegħdin nindirizzaw għall-ġid tagħna stess.U naħseb illi hawnhekk spazju fejn nistgħu nkomplu ntejbu.Mhux qed joħroġ biżżejjed quddiem il-poplu tagħna l-firxa qawwija
ta’ ħidma
ta’ dan il-Gvern li bdiet mhux mill-ġurnata li sirt Prim Ministru jiena, li
bdiet mill-ġurnata li ntrebħet l-elezzjoni ta’ l-2003.Infakkar illi f’Settembru tas-sena li għaddiet dak iż-żmien,
il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami, fil-mass
meeting li kien sar fuq il-fosos tal-Furjana fil-festi ta’ l-Indipendenza,
kien poġġa l-aġenda politika għat-tnax-il xahar li konna deħlin fihom,
2004, fuq l-areas ta’ prijorita’
li ridna naħdmu fuqhom u nfakkar li dakinhar kien semma’:
1)ir-riforma tat-Tarzna
2)il-White Paper għar-riforma fis-settur pubbliku
3)ir-riforma fil-pensjonijiet
4)ir-riforma fis-saħħa
5)il-qasam ta’ l-impjiegi u
l-qgħad
u mbagħad il-kwestjoni ta’ l-isptar u ta’ l-ispiża kapitali u ta’
dawn l-affarijiet kollha.Kienet
l-aġenda politika li ssemmiet li dak iż-żmien, f’Settembru stess, konna qed
ngħidu li konna diġa’ bdejna naħdmu fuq dik l-aġenda.Illum, effettivament kważi sena wara, nistgħu naqbdu dik il-lista u
nuru illi tul ix-xhur li għaddew aħna ħdimna fuq dawn l-oqsma li jkunu ta’ challenges
kbar u rrid ngħid li uħud minnhom mxejna u kkonkludejna, nsemmi r-riforma
fit-Tarzna, illi anke ngħid b’kawtela però bi tbissima ngħid illi dak li forsi f’erbgħin
sena ħadd ma rnexxilu jagħmel jista’ jkun li jekk ħadd ma jdaħħal denbu
fin-nofs u jikkomplika l-affarijiet, jista’ jkun li bdejnanagħmluh aħna.Jista’
jkun.Issa ħaddieħor jista’
jpinġi kollox iswed f’pajjiżna, ma jimpurtax.Jiena dispost li naċċetta, imma t-tpinġija bl-iswed, hija tpinġija
m’hix realta’.Jiena
r-realta’ tinteressani.Ir-realta’
nħossa b’kawtela, nibqa’ ngħid, b’saqqajja ma’ l-art, u nippreferi li
nitkellem meta jasal il-ħin li nkunu tkellimna w għedna li dik ir-riforma
tatna r-riżultati.
Fuq il-kwestjoni tal-pensjonijiet ħdimna ħafna, ittamajna illi sa Ġunju li għadda, kif talbuna l-imsieħba
soċjali nkunu kkonkludejna, però ma kkonkludejniex
fuq pożizzjoni komuni, kif xtaqna.Ma
jimpurtax.Komplejna
bid-diskussjoni, xorta l-bieb tad-diskussjoni baqa’ miftuħ beraħ, il-ħsieb
tagħna hu illi fil-ġimgħat li ġejjin inkunu nistgħu nippubblikaw aħna l-White Paper bi proposti illi dak li nkunu miftehmin għal
diskussjoni fuq livell nazzjonali.Jiġifieri
anke dak li se nippubblikaw mhux se jkun xi ħaġa li tkun imniżżla fuq
il-granit u mhux ħa tiċċaqlaq imma pjuttost dokument ta’ diskussjoni fuq suġġett
li jinteressana, li huwa kruċjali għall-ġejjieni tal-ġenerazzjonijiet futuri
ta’ pajjiżna.U anke nħossni
l-istess fuq ir-riforma tas-saħħa.Iktar
tard matul is-sena, t-tama tagħna, forsi b’mod li nintegrawh mal-budget
tas-sena d-dieħla, issa naraw, inkunu nistgħu nressqu l-proposti tagħna għar-riforma
tas-saħħa.
Però l-aġenda
politika.Minn hawn tlaqna.
Jiddispjaċini li dortlok dawra biex nolqot punti oħrajn li xtaqt nagħmel.Naħseb li nistgħu ntejbu l-komunikazzjoni tagħna u l-aċċessibilita’
tagħna lkoll mal-media, mal-poplu
Malti ħafna
iżjed milli qed nagħmlu llum u dan jgħodd ukoll għar-rappreżentant tagħna
li aħna għandna fi Brussell, jiġifieri Richard Cachia Caruana.U dan m’għandix dubju li nistgħu nsibu mod kif dan jkun jista’
jsir.Naturalment ir-rappreżentant
permanenti tagħna jattendi għall-cabinet
meetings kollha illi jsiru, infatti il-laqgħa tal-cabinet
issir nhar ta’ Tnejn, preċiżament biex tkun tista’ tippermetti biex
ir-rappreżentant permanenti jkun preżenti għal dawn id-diskussjonijiet u
jipparteċipa fihom.Għaliex
irridu nifhmu li llum aħna parti mill-Unjoni Ewropea.Aħna s-suq tagħna, l-ekonomija tagħna hija l-ekonomija Ewropea, huwa
s-suq Ewropew.Ir-realtajiet tagħna
llum huma Ewropej u hemm bżonn li din tidħol fil-psikoloġija tagħna għax għadha
ma daħlitx.Għadna qegħdin naraw
lir-rappreżentant permanenti tagħna qisu ambaxxatur.Dak mhux ambaxxatur.Dak
huwa r-rappreżentant tal-Gvern li qiegħed jopera bħala Gvern, b’rappreżentanza
tal-Gvern ġewwa Brussell fil-komunikattiva u fl-interface tagħna ma’ l-Unjoni Ewropea.Kull ġurnata ġewwa l-Unjoni Ewropea jiġu diskussi
affarijiet li jolqtuna fid-dettal kapillari tal-ħajja tagħna ta’ kuljum.Din hemm bżonn nifmuha bħala poplu sħiħ.Dan seħħ fl-1 ta’ Mejju imma qabel ma kienetx.Jiena nifhem id-diffikulta’ biex nassorbuha kollha kemm aħna din, però
bil-mod il-mod irridu nassorbuha, ibda l-ewwel wieħed minni. Din hija parti
mir-realta’ u d-deċiżjonijiet li qed jittieħdu ġo Brussell huma deċiżjonijiet
li aħna rridu nsegwuhom, nipparteċipaw fihom, naraw il-punto
di vista Maltija x’inhi, nagħmlu l-argumentazzjoni tagħna, nitkellmu
fil-mument li tkun qed tinbet l-ideja fl-Unjoni Ewropea u mhux nitkellmu
fil-mument meta d-deċiżjoni tkun ittieħdet.
Din hija
l-qabża l-kbira bejn is-snin li għexna qabel l-1 ta’ Mejju ta’ din is-sena
u issa x-xhur li qed ngħixu wara l-1 ta’ Mejju.Qabel l-1 ta’ Mejju aħna konna ninnegozjaw dwar affarijiet li jkunu diġa’
ddeċidew.Issa mhux qegħdin
immorru ninnegozjaw dwar affarijiet deċiżi.Issa qegħdin f’parti mill-proċess, fil-formolazzjoni tad-deċiżjoni.
U allura l-preżenza tagħna f’dak il-livell hija kruċjali.U d-deċiżjonijiet li qegħdin jittieħdu, anke f’dan l-ewwel ftit ġimgħat
mis-sħubija huma kollha deċiżjonijiet li pparteċipajna fihom, li uħud
minnhom tajna s-sehem tagħna, li uħud minnhom fil-mumenti li twieldet l-ideja
aħna nkunu għednilhom, isma’ aħna din ma naqblux magħha jew din issir
b’dan il-mod u pparteċipajna inkluż il-parteċipazzjoni ta’ l-għażla
tal-President tal-Kummissjoni, pparteċipajna.Din hija r-realta’.Din
kbira.U dan l-ispirtu Ewropew hemm
bżonn li jinżel iżjed, fl-opinjoni tiegħi fil-kuxjenza Maltija.Dan jista’ jsir billi l-komunikattiva bejn ir-rappreżantant permanenti
tagħna u l-media u l-poplu tagħna
nkomplu ntejbuha.U jiena nara kif
dan jista’ isir.
Staqsejtuni
dwar it-target għall-isptar.Ma nistax ngħid illi hemm, ma nixtieqx f’dan l-istadju nikkometti ruħi
fuq target date.Qegħdin niddiskutu target
date. It-target date jiddependi
minn diversi fatturi għalhekk ma nixtieqx…Illum però nittama minn hawn u
ftit ieħor inkunu nistgħu nistabbilixxu b’mod ċar id-data ta’ meta se
nimmiraw biex jinfetaħ l-isptar.Ma
nixtieqx nintrabat illum għaliex hemm variables
jilgħabu u dawn jistgħu jinfluwenzaw sostanzjalment.Semmejthom diġa’, it-tender ta’
l-IT meta toħroġ, meta tagħlaq u
meta tingħata.Il-mechanical and engineering contract meta jibda, meta jispiċċa u
l-għeluq tiegħu.Il-kwistjoni
ta’ l-equipment, jiġifieri
l-konsultazzjoni li qed isiru mal-konsulenti Maltin dwar il-makkinarju kif se
jitwaħħal, fejn se jitwaħħal, kif se jiġi operat, kif
se jintuża minn issa ġewwa l-isptar San Luqa sakemm imbagħad ikun jista’ jiġi
trasportat sa l-isptar Mater Dei.Jiena ma rridx li nġibu equipment li npoġġuh ġo kamra ġo l-isptar Mater Dei u nistennew sentejn oħra sakemm jibda jaħdem.Allura l-għażla tal-makkinarju u l-fażi ta’ kif wieħed iġib dak
il-makkinarju dak kollu qed jiġi diskuss bħalissa flimkien man-negozjati li għad
iridu jsiru.
Is-somma tal-variables, allura
jekk tippermettuli ma nixtieqx nintrabat b’data però
nintrabat li qed ninsisti illi t-target
date tal-ftuħ ta’ l-isptar irid ikun l-eqreb possibbli.Mhux se nippermetti li jkun hemm dewmien illi mhux ġustifikat jew mhux
spjegabbli jew li jista’ jiġi evitat.Għaliex
huwa kruċjali għall-aspetti kollha li dan il-proġett ikun miftuħ għall-użu
u jkun operational malajr kemm
jista’ jkun.Għax implikat
warajh hemm aspetti finanazjarji ta’ importanza kbira.Però hemm ukoll l-aspett ta’ livell tas-saħħa.Jiġifieri aħna qegħdin
f’din il-pożizzjoni bejn l-isptar San Luqa li rriduh jkompli jagħti l-aħjar
servizz u biex inkomplu nagħmlu hekk irridu ninvestu fih u allura rridu noqogħdu
attenti wkoll kif niddeċiedu fejn ninvestu u kif ninvestu ġewwa l-isptar San
Luqa.And
again trid tinvesti flok l-isptar San Luqa fl-isptar Mater Dei biex tikkompletah u ċċaqqlaq kollox.U allura dan il-bilanċ li rridu nsibu kontinwament biex il-poplu tagħna
ntuh l-aħjar servizz ta’ saħħa possibbli fl-isptar San Luqa waqt li qed
jopera sal-mument li mmorru fl-isptar Mater
Dei malli jibda jopera, dak il-bilanċ irridu nsibuh b’ħafna għaqal.
Lawrence
Grech – The Sunday Times
L-ewwelnett
xtaqt nagħmel osservazzjoni fuq waħda mit-tables li tqassmu lilna, fuq Direct
Investment.Dawk iċ-ċifri
huma suppost Lm million, però
mhux ċar fejn id-decimal point irid
jiġi.First two digits?
Prim Ministru
Hekk nifhima
jien
Lawrence
Grech – The Sunday Times
First two jew first
three
Prim Ministru
First two…
Lawrence
Grech – The Sunday Times
Le, għax
per eżempju wieħed 46 millionok,
imbagħad immorru għas-sena 1999 fejn għandek sitt figuri.Allura jiġu l-ewwel tliet decimal
figures…
Prim Ministru
In-1999
kienet is-sena li fiha l-iktar li kellna investiment dirett minn barra
Lawrence
Grech – The Sunday Times
Allura dak
jiġi 327.9million, hux hekk?
Prim Ministru
Iva
Lawrence
Grech – The Sunday Times
Id-domanda
proprja hija xtaqtek tgħidilna ftit il-Gvern x’inhu jagħmel biex jindirizza
ċertu areas, per eżempju
il-produttivita’ fis-settur pubbliku.Id-dejn
nazzjonali li ma ssemmiex, li kull ma jmur qiegħed iħalli mpatt anke fuq
id-defiċit u anke hawn l-impressjoni li hawn telqa fil-pajjiż fir-rigward
ta’ ħmieġ u ta’ traskuraġni estetika, fis-sens ta’ ħmieġ.Fl-aħħarnett l-eco tax
għandek xi target f’moħħok?
Prim Ministru
Ħa nibda
fuq tad-dejn nazzjonali jekk tippermettuli għaliex anke hawnhekk ċerti
sezzjonijiet tal-media forsi mhux qed
jispjegaw biżejjed.Ħa nipprova
nirriduċiha b’mod sempliċi.Hawn
uħud minnkom jifhmu sew, ħudu paċenzja bija, naf li tifmuħ dan imma
mportanti li nispjegawh lill-poplu tagħna.
Sakemm
nibqgħu b’deficit, id-dejn
nazzjonali se jogħla.Jimporta
tgħiduha b’mod ċar li tispjegawilu lill-poplu tagħna? Dik illi kull sena li
nispiċċaw bid-deficit ifisser d-differenza rridu nagħmlu tajjeb għalija
bid-dejn.
Il-poplu
tagħna ħadd ma jidħaq bih u mhux jiġi joqgħod jippriedka illi jitkellem
bil-verita’.Ma nidħqux
bil-poplu tagħna.Il-poplu tagħna
ngħidulu l-fatti kif inhuma sakemm nibqgħu b’deficit,
id-dejn nazzjonali ser jiżdied.L-iktar
ħaġa sempliċi, l-iktar ħaġa ċara però l-inqas
ħaġa li qed tintqal bir-rispett kollu.U
mhux sew, mhux ġust għax min qed jgħid hekk qed jidħaq bil-poplu tagħna u
jiżgwida lill-poplu tagħna.Mela
allura għandna dmir kollha kemm aħna li ma niżgwidawħx lill-poplu tagħna.Għaliex qed ngħid hekk?Għax
hemm bżonn li kollha kemm aħna nifhmu illi l-fatt illi qed nindirizzaw id-deficit
ta’ pajjiżna u partikolarment l-ispiża rikorrenti, dak l-ewwel u qabel
kollox.Dak hu kruċjali, li
fil-mument dik l-ispiża rikorrenti aħna nkunu qegħdin fil-livell pożittiv
tiegħu u nibdew niġu surplus fir-rikorrenti,
kif qegħdin surplus fir-rikorrenti.Jiġifieri anke din għandha tiġi enfasizzata, meta kieku l-ispiża
rikorrenti u d-dħul rikorrenti aħna qegħdin in
surplus.Ninżlu deficit meta
tgħodd magħhom l-ispiża kapitali u hawn jibda jagħmel sens għaliex qegħdin
nagħtu prijorita’ li nlestu l-proġetti kapitali kollha.U meta ngħid proġetti kapitali jien mhux qed nirreferi biss
għall-isptar Mater Dei, jien qed
nirreferi għall-Imġarr, qed nirreferi għaċ-Ċirkewwa, qed nirreferi
għall-proġetti kapitali kollha li aħna għandna għaddejin li huma nvestiment
għall-pajjiżna li huma wkoll element ieħor ta’ kif timxi ‘l quddiem.Però, l-inkwiet għandu jkun il-focus, il-focus tagħna hu
fuq l-ispiża rikorrenti.
Biex
nindirizzaw id-dejn nazzjonali aħna qed nagħmlu u nieħdu diversi inizjattivi
per eżempju anki għaliex, u intant biex nispjega b’mod li jinftiehem
mill-pubbliku, il-Gvern iffinanzja dak id-dejn nazzjonali billi ħareġ stock u dak l-istock ħarġu ċertu snin ilu u kienu ħarġu
b’ċerti rati ta’ imgħax.Minħabba
li r-rati ta’ l-imgħax kienu niżlu u niżlu f’perjodu ta’ żmien,
il-Gvern ħa deċiżjoni li jsarraf, u jagħlaq dak l-istock,
u jerġa’ joħroġ stock b’rati
ta’ l-imgħax inqas u dak hu l-mod kif inti tindirizza l-piż mhux tad-dejn
nazzjonali fih innifsu, imma ta’ l-imgħaxijiet li jrid jitħallas fuq id-dejn
nazzjonali għax dak huwa parti mill-ispiża rikorrenti.Imma jista’ xi ħadd jagħmel dan l-isforz, forsi ftit iktar, biex
mal-poplu tagħna dawn l-affarijiet jispjegawhomlu ħalli jkun jista’
jifhimhom.
Il-media hija
importanti ħafna biex tagħmlu dan.Jien
nemmen li l-Gvern għandu jkun trasparenti u għandu jkun miftuħ biex jispjega
lill-poplu tagħna ħalli l-poplu tagħna jsir parti minn dan il-proċess.
Però
l-media trid twassallu dan
il-messaġġ ukoll u anki kruċjali li nwassluh.Mela l-focus tagħna hija fuq
l-ispiża rikorrenti.U hawn,
allura, l-importanza li qegħdin nagħtu u l-importanza li tajt, anki jien,
fil-ġimgħat li għaddew u mal-Ministri u kapijiet ta’ Dipartimenti u qed
inżomm accountable, illi huma jżiedu
l-livell ta’ produttivita’ tal-Gvern għaliex din hija waħda mill-iktar
affarijiet li tista’ tgħinna biex nindirizzaw id-deficit
tagħna.Għax id-deficit
tagħna l-biċċa l-kbira tiegħu hija fixed
cost.Pagi qed joħorġu, skond
informazzjoni li għandi, kemm nagħmlu overtime
fis-Sajf.Għax aħna billi
bin-nofstanhari irridu nagħmlu overtime,
issa, dak tagħti l-informazzjoni, interessanti.U staqsu din il-mistoqsija, l-ġurnalisti, kemm nagħmlu overtime fis-Sajf meta naħdmu bin-nofstanhari.U niddiskutu ftit u naraw, aħna meta nitkellmu dwar Patt Soċjali,
nitkellmu dwar bidliet fil-prattiċi tax-xogħol.Dawn hemm bżonn li nħarsu lejhom.Għax il-livelli ta’ produttivita’ f’pajjiżna hemm bżonn
jiżdiedu. Però biex jiżdiedu irridu nieħdu miżuri konkreti deċiżivi li
nuru li nirrispondu għalihom tajjeb.
Jien
irrid ngħid li fid-diversi organizzazzjonijiet li aħna għandna, aġenziji u
x’naf jien, anke n-negozjanti, fid-diskussjonijiet li kellna ma Unions
hemm understanding fuq dan, jiġifieri rridu nkomplu nibnu fuq
il-pożittiv li jeżisti hawnhekk.Però
żgur il-produttivita’ fis-settur pubbliku trid tiżdied, il-ħela trid
tonqos, il-kontroll ta’ l-ispejjeż iridu jonqsu u n-natural
wastage fis-settur ta’ l-employment
tagħna, fis-settur pubbliku jrid jiġi kontrollat, mhux in-natural wastage.In-numru
ta’ nies li l-Gvern iħaddem miegħu irid jibda jonqos billi min jispiċċa
joħroġ għax ikun laħaq l-eta’ pensjonabbli jiġi sostitwit biss jekk
f’dik il-pożizzjoni jkun jirriżulta li hemm bżonn illi jimtela.Il-bqija fejn aħna għandna nies li huma żejda f’ċertu setturi,
allura, hemmhekk inħallu n-nies jispiċċaw bl-eta’ pensjonabbli però ma
nimlewx il-post, għax inħallu n-numra ta’ ħaddiema tal-Gvern jonqsu.U nistieden lilkom biex teżaminaw iċ-ċifri totali ta’ ħaddiema
fis-settur pubbliku kollu matul dawn l-aħħar ħames snin bl-iskop li
effettivament in-numru fil-fatt hu nieżel bit-trend,
illi tista’ tkun anke aktar qawwija, però nieżel.Hu xi ħaġa li ddiskutejna wkoll matul il-laqgħa li saret il-Girgenti u
beħsiebna hawnhekk nagħmlu li nistgħu biex inkomplu ntejbu s-sitwazzjoni.Jiena m’hinix kuntent, ħsibt illi ħa tkun pass pożittiv, il-ftehim
li ntlaħaq mal-Federazzjoni ta’ l-Industriji u l-Employers
Association biex nies li huma surplus,
li għandna fil-kumpannija IPSLnkunu nistgħu nixxiftjawhom
għal fuq is-settur privat, u ntlaħaq ftehim ta’ kif nistgħu nagħmluha din
u anki l-ħaddiema li allura huma żejda mas-settur privat u l-paga tagħhom
tkun in parti ssusidjata mill-Gvern stess.Però dak l-arranġament mhux qed jiffunzjona.S’issa mhux qed itina l-ebda riżultat li wieħed jista’ jinnutah.
Irrid
fil-ġimgħat li ġejjin neżamina għaliex dak mhux qed jiffunzjona u naraw kif
nistgħu nġegħluh jiffunzjona, għaliex naħseb jiena hija waħda
mill-affarijiet li tista’ tgħina biex inkunu ndirizzajna f’dan is-settur
partikolari.
Dwar
it-telqa.Meta ngħaddi minn ħdejn
ir-roundabouts, meta nara l-bidla
kbira li ma kienetx hemm sa sentejn ilu li qed tiswina wkoll il-miljuni tal-liri
però dik ħadniha for granted issa,
issa saret xi ħaġa tajba aċċettata.Ma
kienx hemm kummenti pożittivi; ma rajtx kummenti pożittivi.Fil-verita’ jien nissorprendi ruħi u nieħu pjaċir illi
ngħaddi minn inħawi minn fejn jgħaddu l-Maltin, fejn imorru jiddevertu
l-Maltin, fejn jgħaddu t-turisti.Titla’
l-Mellieħa u titgħaxxaq bil-mod kif irranġawha.Tmur it-triq li taqbad lejn Ħal-Qormi
u titgħaxxaq b’dik ir-roundabout,
il-bidla kbira li seħħet f’pajjiżna.Nieħu
pjaċir ninnota li l-poplu tagħna mhux qed jikkuntenta b’dak biss, li jfisser
li l-expectations tagħna qed
ngħolluhom.Ħażin li ngħollu l-expectations?
Le.Dak hu tajjeb.Jien nixtieq li l-poplu tagħna jkomplu jgħolli l-expectations
għax għandu dritt illi jinsisti li l-kwalita’ tal-ħajja tiegħu tkompli
titjieb.Having said that, l-issue
ta’ l-indafa nirrikonoxxiha, vera għandna toroq illi tgħaddi minnhom u
tgħid imma hawnhekk hawn dan il-ħaxix, kif għadu ma nqatax.
Anke dan
kien suġġett li ddiskutejna fil-laqgħa li kellna fil-Girgenti.Jiena qed naħseb illi mexjin għall-bidla f’dan il-qasam,
fl-istruttura fis-setgħat tal-Gvern.L-elementi
kollha li għandhom x’jaqsmu ma’ l-indafa f’pajjiżna taħt
responsabbilta’ ta’ Ministeru wieħed flok nibqgħu illi għandek
prattikament tliet Ministeri differenti li jittrattaw dan il-qasam u
nikkordinawha b’mod li jkun ħafna iżjed strutturat.Ikun iktar effettiv, jiġifieri li l-indafa tinħass iżjed, illi inti
tgħid għaddejt minn triq arterjali li għandna, forsi b’intenzjoni tajba,
però, triq arterjali responsabbilta’ ta’ xi ħadd.It-toroq fil-lokalita’, responsabbilta’ tal-Kunsilli Lokali.Il-Kunsilli Lokali qed ngħaddulhom il-flus biex inaddfu, però
jekk jinqalgħu l-problemi jeħel il-Gvern u mhux il-Kunsill Lokali jew
il-kuntrattur tal-Kunsill Lokali.Jiġifieri
hemm bżonn nirrikonoxxu illi wasal iż-żmien li nerġgħu nħarsu lejn
is-sistema u nirreveduha.Għaliex
hemm bżonn li aħna mmorru għall-ogħla livelli ta’ ndafa possibbli
għall-pajjiżna.Naturalment
nibqa’ nwassal il-messaġġ u dan ma jiddependix biss mill-Gvern.Jiddependi minna stess.Min
għandu flixkun ma jitfgħux barra.Min
għandu pakkett tas-sigaretti ma jitfgħux barra.Min għandu karta ma jaqbadx u jarmiha.Irridu nipparteċipaw kollha kemm aħna bħala poplu, eżerċizzju sħiħ
illi hemm bżonn inwettqu f’pajjiżna.
Dwar data
meta ħa’ tidħol l-eco contribution nittama li d-diskussjonijiet, li avvanzaw
sostanzjalment u prattikament mxejna sew mas-setturi kważi kollha.Jonqosna ma’ settur wieħed ikunu konklużi issa f’dawn
il-ġimgħatejn li fadal.Imbagħad
inkunu nistgħu ngħaddu għal data ta’ implimentazzjoni ta’ l-eco
contribution illi jiena naħseb se jkun għall-ħabta ta’ Settembru.Però jonqos illi naslu għall-għeluq tad-diskussjonijiet kollha ma’
l-operaturi li huma nvoluti f’din is-sistema.
Fr. Noel Grima – The
Malta Independent on Sunday
Prim
Ministru, ħu paċenzja bija. Bl-ispirtu ta’ frankezza li għadek kif kellimt
lilna u aħna rridu nkellmu lilek.Kif
tiġġustifika l-azzjoni tal-pulizija ta’ dan l-aħħar jumejn fuq xi settur
relattivament żgħir ta’ mportaturi illi bejniethom dan is-settur, sa fejn
infurmat jiena, settur minnhom iġib miljun flixkun fis-sena.Meta hawn Malta setturi oħra iġibu 22 miljun flixkun fis-sena u
l-azzjoni tal-pulizija bla ebda avviż u bla ebda pre-avviż kienet fuq
is-settur iż-żgħir.Dan ma tax
l-impressjoni li l-Gvern huwa favorevoli tal-forte.
Prim Ministru
Assolutament
le.Jiddependi min hu debboli u min
hu b’saħħtu.Jiddipendi wkoll
jekk għandna liġi aħniex se ngħadduha nkella le.Jiddependi wkoll li nispjegaw u nieħu pjaċir li saret din
il-mistoqsija.Jiena meta għidt
illi l-issue ta’ l-ambjent, l-issue
ta’ l-eco contribution, li dawn
huma ċentrali ma kontx qed niċċajta, kont qed nitkellem bis-serjeta’.U meta spjegajt illi l-eco contribution, inkluż il-kontribuzzjoni fuq il-fliexken hija
miżura marbuta mal-qasam ta’ l-ambjent, ma kontx qed niċċajta.Kont qed ngħid bis-serjeta’.Hija
mfassla b’mod li tinkoraġġixxi u tgħin lil dawn l-importaturi illi
għandhom sistema ta’ flixkun illi tidħol, tintuża mill-konsumatur,
terġa’ tmur lura, terġa’ tintuża u l-flixkun qiegħed idur il-ħin kollu.Għaliex? Għax dan huwa kruċjali għall-ambjent tagħna.Min qed jimporta 22 miljun flixkun għandu dik is-sistema ta’ returnables.Għandu sistema ta’ fejn flixkun jintuża għaxar darbiet,
ħmistax-il darba, għoxrin darba.Kważi kollha.Qed
ngħid soft drinks.Il-miżura li ħadu l-pulizija hija marbuta mal-legal
notice li titratta fuq is-soft drinks,
mhux fliexken ta’ l-inbejjed.Ma
tolqotx il-flieken ta’ l-inbejjed.Hija
miżura li titratta dwar is-soft drinks.