LAQGĦA TA’ KULL XAHAR
TAL-PRIM MINISTRU LAWRENCEGONZI MAL-MEDIA
Berġa ta’ Kastilja
Is-Sibt 4 ta’ Ġunju, 2005
Prim Ministru
Naħseb
li nistgħu nibdew. Se nagħmel bħas-soltu, introduzzjoni qasira minnnaħa tiegħi, imbagħad
mistoqsijiet minnnaħa tal-ġurnalisti. L-ewwel xtaqt illi niddedika ftit
minuti biex, bħal ma nagħmel is-soltu, nagħti ftit aġġornament dwar
il-qagħda ekonomika kif qiegħda tiżviluppa minn xahar għal xahar. L-aħħar indikazzjonijiet
bl-analiżi illi għandi għal dak li qed jiġi indikat, sa April forsi
ċertu indikazzjonijiet ukoll għall-affarijiet li għandhom x’jaqsmu
ma’ Mejju.
L-ewwelnett
bħalma tafu, issa għaddew ftit ġimgħat wara d-deċiżjoni li l-Gvern
Malti ħa illi jingħaqad mal-mekkaniżmu tal-ERM II. U jidher illi s-swieq
finanzjarji s’issa rreaġixxew b’mod pożittiv. Anki l-kummentaturi
internazzjonali rreaġixxew b’mod pożittiv għal din id-deċiżjoni
tal-Gvern, u ninnotaw illi dawn is-swieq stabbilixxew ruħhom u jidher
allura li din id-deċiżjoni ġiet aċċettata b’mod pożittiv. Kellna
wkoll matul dawn il-ġimgħat illi għaddew, il-ħruġ ta’ l-istocks
tal-Gvern li kienu oversubscribed b’mod
sostanzjali anki minn investituri żgħar.
Oriġinarjament
il-Gvern kien qed jaħseb illi l-ammont maħruġ ikun ta’
Lm40,000,000. Minħabba li kien hemm oversubscription
qawwija ttieħdet id-deċizjoni li dak l-ammont jiżdied
b’Lm20,000,000. Għandna indikazzjonijiet pożittivi wkoll u ilhom
konsistentement f’dawn l-aħħar tmien xhurf’dak li għandu x’jaqsam mal-labour
market, jiġifieri maċ-ċifri dwar ix-xogħol.
Fl-ewwel
erba’ xhur ta’ din is-sena l-gainfully
occupiedta’ pajjiżna
huwa stmat illi tela’ għal kważi 150,000, 149,536. Dan ifisser żieda
ta’ 1,081 ir-ruħ gainfullyoccupied, meta
mqabbel ma’ l-istess perijodu tas-sena illi għaddiet. Fil-fatt din
it-trend konsistenti baqgħet
sejra u toħroġ qiegħda anki mhux biss miċ-ċifri ta’ l-ETC imma
anki mil-Labour Force Survey. Infakkar li l-Labour Force Survey huwa
survey li juri wkoll li fl-ewwel
4 xhur ta’ din is-sena l-qgħad f’pajjiżna niżel minn 7.2% għal
6.7%.
Ċifri
proviżorji illi għandi, nenfasizza l-kelma proviżorji li jiena jkolli
aġġornament kull ġimgħa minnnaħa ta’ l-ETC għal dak li għandu x’jaqsam ma’
min qiegħed jirreġistra fil-Part
1 tar-reġistru ta’ l-unemployed.
U dan qed juri
konsistentement tnaqqis minn ġimgħa għal ġimgħa. Meta nħares lejn
ċifri li għandi quddiemi bħala rata tat-tnaqqis fl-ewwel perijodu ta’
l-ewwel ħames xhur tas-sena. Bħala rata ta’ tnaqqis din hija l-ogħla
rata ta’ tnaqqis li kellna matul dawn l-aħħar 10 snin. Ilna
ma jkollna dan it-tip ta’ tnaqqis fit-trend ta’ l-unemployment
tagħna mill-1995, u anki dan huwa sinjal pożittiv. Naturalment
jikkonferma wkoll iċ-ċifri li qed ikollna minnnaħa ta’ l-Labour
ForceSurvey.
Ukoll
punti oħrajn li wieħed jista’ jsemmi huwa li indikazzjonijiet
preliminarji għal dak li għandu x’jaqsam mas-settur tal-manifattura
jindikaw ukoll trend li rridu
niddeskruvuha b’ottimiżmu kawt ħafna. Jiġifieri għad fadal ħafna
x’wieħed jista’ jara għaliex is-suq internazzjonali għadu qed jiġi
affettwat konsistentement b’mod negattiv mill-prezzijiet
partikolarment taż-żejt, però l-indikazzjonijiet illi aħna għandna
għal dak li għandu x’jaqsam mas-settur tal-manifattura jindikaw li
nistgħu
nkunu ottimisiti b’mod kawt għal futur illi ġej u f’dak li għandu
x’jaqsam ma’ l-investiment minn barra. Jiġifieri l-Foreign
Direct Investment anki hawn, meta naraw l-ewwel erba’ xhur ta’
din is-sena mqabbla ma’ l-ewwel erba’ xhur tas-sena li għaddiet, għandna
wkoll indikazzjonijiet li huma pożittivi.
Jidher
illi fl-ewwel quarter ta’
din id-sena lħaqna prattikament Lm20,000,000, meta fis-sena illi għaddiet
f’dan l-istess perijodu konna qegħdin nitkellmu prattikament fuq
Lm12,000,000. Kellna żieda għal dak li għandu x’jaqsam mal-Foreign
Direct Investment; naturalment dan ma jfssirx illi rridu
nikkuntentaw irwieħna b’din is-sitwazzjoni, però it-trend
tidher li hija pożittiva. Il-potenzjal ta’ pajjiżna huwa potenzjal
rikonoxxut anki f’rapport li ġie ppubblikat dan l-aħħar mill-World Investment Report ta’ l-2004, li tindika li Malta tibqa’ fost dawk il-pajjiżi fuq nett illi huma l-aktar
attraenti għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-investiment.Irridu nkomplu naturalment għaddejjin bir-ristrutturazzjoni li għandna
bżonn nagħmlu f’pajjiżna biex nilħqu livelli ta’ kompetittività
u li jagħmlu l-pajjiż tagħna post li jiġbed lejh l-investiment mhux
biss lokali, li huwa importanti ħafna, imma l-investiment barrani.
Għal
dak li għandu x’jaqsam mal-finanzi tal-Gvern, qegħdin insegwu l-ħin
kollu x’qed jiġri u ma jiġriex. S’issa jidher illi mixjin fuq
il-linji ġenerali tat-targets
tagħna. Naturalment wieħed irid joqgħod b’seba’ għajnejn għaliex
aħna għandna varjazzjonijiet matul it-12-il xhar ta’ pajjiżna minħabba
diversi metodi ta’ kif taħdem l-ekonomija tagħna. Però meta wieħed
jikkunsidra illi bdejna din is-sena bi spiża u spejjez illi s-sena illi
għaddiet
ma kellniex u wieħed iqabbel l-affarijiet kif qed jiżviluppaw,
s’issa jidher illi mixjin skond il-programm illi huwa stabbilit għal
pajjiżna u rridu nibqgħu determinati illi noqogħdu attenti biex
nikkontrollaw l-ispiża tal-Gvern u fejn nistgħu nnaqsuha din l-ispiża
tal-Gvern. Naturalment fil-waqt illi nkomplu bl-eżerċizzji kollha li
hemm bżonn ħalli l-ħlasijiet
dovuti ’l Gvern f’dak li għandu x’jaqsam partikolarment ma’
tassazzjoni, dawk il-ħlasijiet isiru u jsiru fi żmien stabbilit.
Ngħaddi
malajr għat-tema prinċipali ta’ din il-Press
Briefing ta’ llum, li qiegħda tinzerta propju fil-ġimgħa li
hija ddedikata għall-ambjent, u għada tiġi ċċelebrata jum l-ambjent
u naħseb illi t-tema prinċipali għandha tkun il-qasam ta’ l-ambjent
f’pajjiżna. Infakkar illi fil-Budget
tas-sena illi għaddiet għal din is-sena, poġġejna l-ambjent bħala
t-tielet pilastru, u allura prijorità fost il-prijoritajiet tal-Gvern għal
ħidma governattiva u jiena ngħid nazzjonali għas-sena li qegħdin
fiha.
Qegħdin
nirreġistraw ċertu riżultati pożittivi f’dak li għandu x’jaqsam
ma’ aspetti differenti ta’ l-ambjent f’pajjiżna. Fil-fatt
nirreferikom għall-pubblikazzjoni li ħarġet mill-NSO jumejn ilu, li
minnha jirriżultaw ċertu statistika interessanti anki partikolarment iż-żieda
li kellna fl-2004, 2005 ix-xiri ta’ solar
panels ta’ solar water
heating, l-użu ta’ l-unleaded
petrol, il-mod kifqiegħed
jiżdied. Dawk huma kollha indikazzjonijiet pożittivi. Inżid magħhom
illi dak li għandu x’jaqsam mas-separazzjoni ta’ l-iskart, il-Bring-In
Sites f’pajjiżna, minn 25 li kellna s-sena
li għaddiet, issa telgħu din is-sena għal 68 site
differenti li qegħdin jintużaw. Irrid nirreġistra l-fatt, mill-poplu
tagħna, u ngħid ukoll illi l-ammont ta’ skart miġbur żdied minn 77,000 kilo
f’Marzu ta’ 2004 għal 139,000 kilo f’Marzu ta’ din is-sena.
Interessanti
wkoll iċ-ċifri li qed ikollna bħala indikazzjonijiet għal dak li għandu
x’jaqsam mal-miżura li ħadna kmieni din is-sena għal plastik u l-boroż
tal-plastik. Jirriżultali li fl-ewwel 3 xhur ta’ din is-sena, l-Uffiċċju
Nazzjonali ta’ l-Istatistika nnota tnaqqis ta’ 5,000,000 unit
tal-plastik, jiġifieri meta mqabbel ma’ l-istess perijodu s-sena l-oħra.
Kieku dan it-trend ikompli matul is-sena kollha, dan ifisser li l-pajjiż ikun
iffranka madwar 20,000,000 unit
tal-plastik, li tfisser illi din il-miżura weħedha tkun naqqset
il-volum ta’ plastik fis-sistema Maltija b’40%, b’riżultat dirett
ta’ din il-miżura, jekk nibqu sejrin hekk sa l-aħħar ta’ din is-sena.
Ifisser li l-mira li konna stabbilejna permezz ta’ l-introduzzjoni ta’
l-eko-kontribuzzjoni fuq il-plastik, qiegħda fil-fatt tagħtina r-riżultati
illi aħna għandna.
Naturalment
pajjiżna jibqa’ jiffaċċja problemi partikolari għalih li huma
problemi aktar serji minn dawk ta’ pajjiżi
oħrajn, riżultat ta’ densità qawwija li teżisti fil-gżejjer
Maltin. Aħna għandna ma’ 1,274-il persuna li tgħix f’kull
kilometru kwadru u għandna 67 karrozza għal kull 100 persuna illi għandna
tgħix f’pajjiżna. U kull 100 persuna f’pajjiżna huwa kkalkolat
illi jiġġenera man-nofs tunnellata skart domestiku fis-sena. Dan
kollu juri illi aħna għandna sfidi partikolari u għalhekk tajna l-importanza
lil dan il-qasam.
Jien inħobb nenfasizza li l-importanza hija dovuta
għal żewġ raġunijiet, l-ewwel u qabel kollox għal kwalità tal-ħajja
tagħna l-Maltin li aħna nindirizzaw il-qasam ta’ l-iskart u allura
mbagħad miegħu l-qasam ħafna aktar wiesa’ ta’ l-ambjent in ġenerali
ta’ pajjiżna huwa importanti għax jagħmel differenza fil-kwalità
tal-ħajja tagħna l-Maltin, però inżid dejjem ma’ dan l-argument li
dan huwa wkoll marbut b’mod intimu ma’ l-ekonomija ta’ pajjiżna.
Meta aħna għandna ekonomija li tiddependi daqshekk
fuq it-turiżmu, u allura fuq ż-żjarat ta’ turisti ta’ viżitaturi
li jiġu lejn pajjiżna. Il-qasam ambjentali mhux biss huwa ċruċjali għal
kwalità tal-ħajja tagħna però llum għandu element ekonomiku qawwi u
ngħid illum iżjed minn qabel, għaliex mhux biss huwa element kruċjali
ħalli aħna nkunu kompetittivi fil-qasam tat-turiżmu tagħna, imma
hemm bżonn illi min iżurna jara pajjiż illi jkun nadif u li jiġbdu
lejh.Però hemm elementi oħrajn.
Illum peress li fil-qasam tal-manifattura qed immorru lejn dik li ġġib
industriji ġodda ta’ valur miżjud però ta’ teknoloġija aktar
avvanzata, qed nirreferi għal per eżempju s-settur tal-farmaċewtika.
Dawk is-setturi, biex jirnexxu, biex jimxu ’l quddiem irridu wkoll u
jitolbu wkoll soluzzjonijiet ambjentali għall-iskart ta’ dik l-industrija
li f’ċertu każijiet ikunu skart illi jridu trattament partikolari.
Fil-fatt marbut ma’ dan is-suġġett, il-WasteServ
għada kif iffinalizzat arranġament ma’ kumpanija internazzjonali
biex nesportaw minn pajjiżna 50 tunnellata ta’ batteriji użati.
Nenfasizza 50 tunnellata mhux ċajta, jiġifieri qed jinġabru bi skemi
għal ta’ l-apposta batteriji użati li jinġabru kull xahar mill-iskejjel,
mill-kunsilli lokali, mill-ħwienet u peress li m’għandniex is-sistemi
ta’ kif nittrattaw il-batteriji f’pajjiżna, is-soluzzjoni li għalissa
tidher li hi l-aktar waħda feasible
hija li jintlaħqu dan it-tip ta’ arranġamenti ma’ kumpaniji privati,
biex dan l-iskart jiġi esportat lejn pajjiżi oħrajn li għandhom
sistemi fejn jitrattaw dan it-tip ta’ skart u l-finanzjament, li huwa
finanzjament qawwi, f’dan il-każ qed nitkellmu ma’ Lm1,000 kull
tunellata, spiża biex nesportaw dawn il-batteriji.Din trid tiġi ffinanzjata, parti sostanzjali minnha mill-eko-kontribuzzjoni
li aħna imponejna fuq dan it-tip ta’ skart.
Il-lista ta’ proġetti li bħalissa qed inwettqu
fil-qasam ta’ l-iskart hija lista, jiena ngħid impressjonanti. Huma
marbutin naturalment ma’ l-issue
ta’ ambjent, li jibqa’ ambjent nadif għal pajjiżna, fost il-lista
l-aktar importanti nsibu t-titjib fis-sistemi ta’ drenaġġ,
il-monitoraġġ ta’ l-arja, il-ħarsin tal-wirt storiku u tal-pajsaġġ
Malti, is-separazzjoni u t-trattament ta’ l-iskart, il-projbizzjoni
tat-tipjip fil-postijiet pubbliċi, it-tibdil ta’ l-inċineraturi ta’
l-isptar San Luqa kif ukoll dak ġewwa Għawdex, u diversi proġetti oħrajn
li huma intimament marbutin ma’ l-istrateġija sħiħa li aħna għandna
fil-qasam ambjentali għal pajjiżna.
Naturalment jien nibqa’ nwassal il-messaġġ
konsistentement. Għamiltu fil-Parlament il-bieraħt lura meta kien hemm
l-inizjattiva fil-Parlament ta’ l-Ekoskola - inizjattiva tajba ħafna
għaliex idderri lit-tfal tagħna minn età żgħira biex jikbru
f’kultura u f’mentalità li tkun sensittiva għal ambjent ta’
madwarna. Imma nittama illi l-kultura u l-mentalità tinfirex b’mod
aktar wiesa’ mal-poplu tagħna kollu kemm hu. Għaliex għad fadlilna
ħafna aktar progress x’nagħmlu f’dan il-qasam.
Fl-ewwel
ħames xhur ta’ din is-sena, il-Gvern fil-fatt ġabar 6,700 tunnellata
ta’ skart mormi illegalment. Dawn iċ-ċifri mhux biss jissorprendu
imma jixxukkjaw. 6,700 tunnellata ta’ skart mormi illegalment. Dan
huwa skart li jkunu tefgħu fil-widien tagħna, li ntefgħu fil-kampanja
tagħna, intefgħu fit-toroq tagħna. Din hija xi ħaġa illi tkompli
turi illi l-kultura u l-mentalità ta’ pajjiżna għad fadlilha ħafna
iżjed biex timxi ’l quddiem u tinbidel.
Naturalment
dan ifisser li għandna bżonn inkunu aktar determinati f’dak li għandu
x’jaqsam ma’ l-enforcement. Il-Gvern kmieni din is-sena, kien fassal ir-regolamenti
f’dak li għandu x’jaqsam ma’ enforcement
aktar qawwi, penali aktar b’saħħithom u l-kunċett ta’ l-introduzzjoni
tal-Green Wardens. Ridna però,
għax konna nafu u napprezzaw illi biex tirnexxi din għandna bżonn li
jkollna l-kooperazzjoni ta’ kulħadd speċjalment tal-Kunsilli Lokali,
u allura ridna li qabel ma’ nippubblikaw ir-regolamenti kif imfassla
mill-Gvern, inkunu għaddejna minn proċess ta’ konsultazzjoni wiesa’
ħafna, speċjalment mal-Kunsilli Lokali biex inkunu nistgħu, inkunu ċerti
illi la darba dawn ir-regolamenti jiġu ppubblikati, allura mbagħad jitħaddmu
u jitħaddmu b’suċċess.Dan
il-proċess ta’ konsultazzjoni issa wasal fl-aħħar tiegħu u jiena
qiegħed nittama li minn hawn u ftit ġimgħat
oħra nkunu nistgħu nippubblikaw dawn ir-regolamenti.
Fl-aħħarnett, minn hawn u ftit ġranet oħra
wkoll, se nkun qed inħabbar it-tlestija ta’ eżerċizzju li issa ilu
għaddej b’mod intensiv, biex il-Gvern ikollu l-policy
mfassla f’dak li għandu x’jaqsam mar-reklamazzjoni ta’ l-art
mill-baħar. Jiġifieri l-ħolqien tal-ġżejjer artifiċjali
permezz ta’ skart tal-kostruzzjoni u anki naturalment affarijiet oħrajn
li huma relatati mat-tfassil ta’ policy,
li mbagħad bis-saħħa ta’ dik il-policy
illi nippubblikaw, inkunu nistgħu nħabbru jew invaraw sejħiet għal
interess internazzjonali.
Nafu
li hemm interess internazzjonali biex l-investimenti, dawn ikunu
investimenti kbar, biex pajjiżna jesplora l-possibiltà ta’ ħolqien
ta’ ġżejjer artifiċjali li mbagħad ukoll joffru l-opportunità
mhux biss ta’ investiment, imma opportunità ta’ żvilupp ukoll
ekonomiku qawwi għal pajjiżna. L-eżerċizzju kien jinkludi, matul il-ġimgħat
illi għaddew, mhux biss it-tfassil ta’ policy
ċara ta’ l-affarijiet, imma anki identifikazzjoni ta’ siti ta’
fejn dawn l-inizjattivi, dan it-tip ta’ investiment ikun jista’ jsir.
Il-Gvern
qiegħed fil-proċess finali li jiddeċiedi dwar dawn is-siti u minn hawn u ftit ieħor
se nkunu qegħdin f’pożizzjoni li nkunu nistgħu nħabbru l-policy,
kif ukoll is-sitita’ fejn
tista’ ssibhom.
Jiena
se nieqaf hawn għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-introduzzjoni
tiegħi, u nistieden il-ġurnalisti biex jagħmlu l-mistoqsijiet li
jixtiequ jagħmlu.
Fr Noel Grima – The
Malta
Independent on Sunday
Fil-31
ta’ Mejju skada t-terminu li ta l-Viċi Prim Ministru għal min ried
jaqbel ma’ l-inizjattiva tal-Gvern dwar illi l-abbort jiġi inkluż
fil-Kostituzzjoni.Sa dik
il-ġurnata, l-Alternattiva Demokratika qalet illi ma taqbilx u l-Partit
Laburista kien għadu qed jistudja, qed jistenna li jkollu xi rapport li
għadu ma ġiex.X’se jagħmel
il-Gvern?
Prim Ministru
L-ewwelnett
importanti għal darb’oħra li nerġa’ nenfasizza l-inizjattiva jew
il-proposta x’inhi.Il-proposta
hija illi l-artiklu li aħna għandna fil-kodiċi kriminali ma jkunx
jista’ jinbidel fil-futur jekk mhux b’żewġ terzi tal-Parlament.Jiġifieri dan huwa l-punt li qegħdin nagħmlu, jiġifieri għandna
artiklu fil-Kodiċi Kriminali li diġa’ huwa ċar u li diġa’
jitkellem bl-iktar mod kategoriku illi l-abbort f’pajjiżna mhux aċċettabbli
u fih innifsu att kriminali.Dak
l-artiklu qegħdin nipproponu illi b’emenda fil-Kostituzzjoni , biex
il-quddiem jinbidel, ikollu bżonn żewġ terzi tal-Parlament.
Issa
kif qed tgħid tajjeb inti, iva ngħata perjodu ta’ żmien biex kull
min huwa interessat li jesprimi l-appoġġ tiegħu jibgħat bil-miktub
lill-Viċi Prim Ministru, lill-Gvern, lill-Ministru responsabbli,
fil-fatt kellna reazzjonijiet pożittivi ħafna u anke surveys
urew illi l-poplu Malti qed jappoġġa din l-inizjattiva bi ħġaru u
dik hi li tagħmel possibbli emenda kostituzzjonali, għax naturalment
jekk ma jkollokx dan it-tip ta’ appoġġ allura emenda kostituzzjonali
tkun diffiċli jekk mhux impossibbli biex tagħmilha.Naturalment, biex inkunu nistgħu nemendaw il-Kostituzzjoni, aħna
għandna bżonn ukoll, l-appoġġ tal-vot ta’ l-Oppożizzjoni
fil-Parlament u allura jekk ma jkollnix il-pożizzjoni ċara ta’ l-Oppożizzjoni
x’se tkun fuq din il-proposta, ma nkunux nistgħu nimxu ‘l quddiem
b’din l-inizjattiva.Jiġifieri
nittama illi l-Oppożizzjoni tkun f’pożizzjoni li tiddikjara l-pożizzjoni
tagħha x’inhi.Jiena sa
fejn naf jien saru d-dikjarazzjonijiet minn membri Parlamentari individwali ta’ l-Oppożizzjoni
u malli kienet tħabbret din l-inizjattiva, kien hemm reazzjoni pożittiva.Qed nistenna li jkun hemm il-pożizzjoni uffiċjali minnnaħa tal-grupp Parlamentari u mbagħad minn hemm niddeċiedu l-pass li jmiss xi jkun.
Kurt Sansone – Malta
Today
Fuq
l-istess linja li staqsik Fr. Noel, l-ewwelnett għalfejn kien hemm din
l-għaġla fuq id-deadlines ta’
Mejju, il-Gvern għandux xi raġuni partikolari.It-tieni, din il-ġimgħa kien hemm Ranier Fsadni, kif ukoll Fr
Peter Serracino Inglott f’forums
differenti u forsi dak li Liberal
Elite, ma nafx min huma, dawn sostnew li l-bidu tal-ħajja, matul iż-żmien,
dejjem inbidel il-kunċett tiegħu x’inhu, kemm minħabba żviluppi
kulturali, kif ukoll minħabba żviluppi mediċi, teknoloġiċi, li seħħew
matul iż-żmenijiet.Huma
qed jargumentaw illi liġi li tiġi entrenched fil-Kostituzzjoni tista’ xxekkel imbagħad żvilupp
aktar ‘il quddiem, anke aspett ieħor bħal IVF eċċ., għaliex
il-kunċett tal-bidu ta’ ħajja jista’ jkun imxekkel imbagħad it-two-thirds
biex temenda liġi bħal dik.X’tikkumenta
fuq dawn il-ħsibijiet.
Tagħti
garanzija illi lejliet elezzjoni oħra, il-Partit Nazzjonalista u l-media tiegħu ma jużax din l-issue
biex iħammeġ jew biex iwaħħal it-tajn fuq l-avversarji politiċi
tiegħu li forsi ma jaqblux li din tiġi entrenched
fil-Kostituzzjoni?
L-aħħar
ħaġa, fuq l-inkjesta Depasquale, ma nafx dan id-dewmien hux aċċettabbli
għalik?
Prim Ministru
L-ewwelnett,
m’hemmx għaġla.Ingħata
terminu ta’ żmien, naħseb tajjeb li tagħti terminu ta’ żmien
biex kulħadd ikun jista’ jesprimi l-pożizzjoni tiegħu.Ingħata t-terminu ta’ żmien tal-31 ta’ Mejju, inkella
stajna nibqgħu niddiskutu din il-ħaġa.M’hemmx il-giljottina u mhux se taqa’ d-dinja, imma għax
irridu ċerti ideat, jekk wieħed iressaqhom qed jikkonsulta
lill-pubbliku.Jiġifieri aħna
għamilna l-iktar ħaġa sensibbli li stajna nagħmlu, ħriġna b’idea
u għidna, “isma’, ħa naraw ir-reazzjoni tal-pubbliku Malta x’inhi.”U
naħseb irridu nirrikonoxxu illi hemm reazzjoni, imma qawwija ħafna, minnnaħa tal-pubbliku u l-poplu Malti, li din l-inizjattiva
qed jaqbel magħha!U allura
dan huwa sinjal fih innifsu pożittiv, nerġa’ ngħid, kellu jingħata
terminu, mhux se taqa’ d-dinja jekk xi ħadd jagħżel li jagħtina l-pożizzjoni
favur tagħha wara dan it-terminu!Imma
ridna nkunu nafu x’inhi l-pożizzjoni biex anke aħna nkunu nafu
l-pass li jmiss x’għandu jkun.
It-tieni
mistoqsija, nerġa’ nenfasizza, għax donnu m’aħniex
qegħdin niftehmu preċiż.Din
l-emenda Kostituzzjonali mhux qed tgħid il-ħajja meta tibda u meta
tispiċċa u IVF u mhux IVF.Qiegħda
tgħid artikolu fil-Kodiċi Kriminali biex jinbidel irid żewġ terzi
tal-Parlament.Issa ma
jfissirx illi l-punti illi qed issemmi fil-mistoqsija tiegħek mhux
importanti li nwieġbuh, anzi huwa importanti ħafna li nweġbuh, però
dik it-tweġiba mhux se tingħata b’din l-emenda Kostituzzjonali!Aħna pajjiżna jrid jingħaqad mad-dibattitu lokali,
internazzjonali, illi għaddej fuq issues
delikati ħafna, irridu noqogħdu attenti wkoll, b’seba’ għajnejn
x’deċiżjonijiet nieħdu.Issa
m’għandha x’taqsam xejn ma’ din l-inizjattiva.
Hija xi ħaġa kompletament differenti ta’ IVF, ta’ l-embryo, ta’ l-esperimentazzjoni u l-bio-ethics u l-issues kollha,
komplikatissimi involuti f’dan il-qasam.Nirreġistra l-fatt li pajjiżna m’għandux leġislazzjoni u
m’għandux leġislazzjoni, ifisser li kulħadd jista’ jagħmel li
jrid u li jogħġbu u l-għażliet li għandna quddiemna hija li nħallux
lil kulħadd jagħmel li jrid u li jogħġbu, jew inkella nirregolaw hux
dan is-settur bil-kriterji, bil-prinċipji, bil-valuri li aħna nemmnu
fihom.Però din hija xi ħaġa
separata totalment minn dan li qegħdin ngħidu b’din l-inizjattiva.Aħna għandna artikolu fil-Kodiċi Kriminali tagħna u qegħdin
ngħidu li biex jinbidel dan l-artikolu hemm bżonn żewġ terzi
tal-Parlament ‘il quddiem u hija ħaġa naturali ħafna li ssir din.Jiġifieri qegħdin ngħidu li biex xi ħadd ibiddilha jrid ikun
hemm żgur l-appoġġ tal-poplu kollu Malti u Għawdxi, dan li qed ngħidu.Jiġifieri flok għedna, “isma biex jinbidel dan l-artikolu
trid referendum,” qegħdin
ngħidu lil żewġ terzi tal-Parlamentari tal-Parlament.Jiġifieri xi ħadd li jkollu maġġoranza sempliċi
fil-Parlament ‘il quddiem, jekk dan l-artikolu jrid ibiddlu, għada
pitgħada waħdu ma jkunx jista’ jagħmilha, ikollu bżonn il-kunsens
ta’ l-Oppożizzjoni.Mhux
ħaġa tajba din fiha nfisha?Xi
kritika wieħed jista’ jagħmillha din?
Jien ma nistax nifhem kultant kif nikkomplikaw u nivvintaw il-kontroversja.M’għandux ikun hemm kontroversja, għandna
artikolu fil-liġi illi wara kollox, se nagħmlu l-istess bħal liġi
dwar il-Foreign Interference.Aħna għandna artikolu fil-Kostituzzjoni tagħna li għandu
x’jaqsam mal-Foreign
Interference, li biex inbiddluh trid żewġ terzi tal-Parlament.
Jista’ xi ħadd jispjegali kif ħaġa bħal dik hija ġustifikabbli u
aċċettabbli, u inizjattiva biex artikolu fil-liġi tagħna biex
jinbidel, għada pitgħada, jkollu bżonn il-kunsens ta’ l-Oppożizzjoni.Xi ħadd jistax isib oġġezzjoni għaliha?Jien ma nara ebda oġġezzjoni għaliha, ma nara ebda diffikulta’
għaliha, anzi huwa statement ċar,
la favur u lanqas kontra l-abort, huwa statement
ċar illi fuq din l-issue.Irid ikun hemm il-poplu kollu rappreżentat fl-ogħla
istituzzjonijiet ta’ pajjiżna illi meta tiġi biex tittieħed deċiżjoni
biex tinbidel, irid ikun hemm il-kunsens ta’ kulħadd u din hija ħaġa
tajba fl-opinjoni tiegħi.
Dwar garanzija u mhux garanzija ta’ x’nagħmel,
ma nagħtix dan it-tip ta’ garanziji jien.Jiena l-uniku garanzija li nagħti illi nagħmlu ħilitna kollha
kemm aħna, biex nagħmlu dak li hu sewwa u biex nipperswadu lill-poplu
tagħna biex jagħmel l-għażliet favur politika ta’ Gvern illi ġenwinament
irid jara li dan il-pajjiż jimxi ‘l quddiem, jimmodernizza lilu
nnifsu u jaħtaf l-opportunitajiet kollha illi jiġu għal idejna bħala
poplu, fiċ-ċirkostanzi li qegħdin ngħixu fihom.
Dwar l-inkjesta’ Depasquale, anke din hija
inkjesta li aħna ħallejnieha f’idejn l-Imħallef biex jagħmel eżerċizzju
hu, b’mod indipendenti, mingħajr influwenza ta’ xejn minn naħa
tal-Gvern, biex ikun fil-liberta’ kollha li jasal għad-deċiżjonijiet
jew rakkomandazzjonijiet li jidhirlu għandu jasal għalihom u jien ma
jidhirlix li għandi nikkumenta, la b’mod pożittiv u la b’mod
negattiv fuq l-ebda fażi jew proċess li qed jagħmel l-Imħallef
Depasquale li jiena ċert, finalment, li jaqdi d-dmirijiet tiegħu kif
dejjem għamel kulmeta ngħata responsabbilta’ ta’ dan it-tip.
Karl Wright – RTK
Nirreferi għall-każ tal-bajja ta’ San Ġorġ,
f’San Ġiljan.Meta għandna
daqshekk ftit bajjiet ta’ ramel f’pajjiżna u għall-fatt ukoll li
dawn ikunu mfittxija mill-pubbliku u popolari wkoll mal-pubbliku, u fid-dawl
tal-pubbliċita’ illi saret għal dan il-proġett meta ġie biex isir,
jidhirlek illi kellha tingħata daqsekk konċessjoni lill-privat?
It-tieni mistoqsija, hekk kif ninsabu ftit ‘il bogħod
mill-bidu ta’ l-istaġun tas-Sajf, nirreferi għall-proġett tat-toroq
ġodda illi qegħdin isiru f’pajjiżna bil-fondi tal-Ħames Protokoll
Finanzjarju Taljan, rajna xi toroq jinfetħu.Baqa’ però
toroq oħrajn illi sfortunatament minħabba fihom, li għadhom ma nfetħux,
xi ħadd miċ-ċentru ta’ Malta ma jistax jaqsam għan-Nofsinhar, għat-Tramuntana
direttament.Tingħata
garanzija li qabel is-Sajf almenu n-nies se jkunu jistgħu jagħmluha
din?
Il-Prim Ministru
Dwar il-bajja ta’ San Ġorġ, il-politika tal-Gvern hija li l-bajjiet tagħna
li nkunu nvestejna eluf kbar ta’ liri jekk mhux il-miljuni biex inġibuhom
u jsirilhom xogħol ta’ embellishment,
aħna rridu li jkollna sistemi li mbagħadikun hemm kontrolli tajbin ta’ dawn il-bajjiet tagħna f’dak
li għandu x’jaqsam ma’ tindif, ma’ maintenance,
użu wkoll ta’ spazji ta’ umbrelel.Dawn l-affarijiet kollha għax mhux aċċettabbli li nibqgħu kif
konna u kif għadna qegħdin f’ċerti bajjiet, fejn Alla jbierek tmur
fuq il-bajja u ssib illi kkapparawlek l-ispazju kollu billi mar xi ħadd
u poġġielek l-umbrella hemm u trid tħallas ma nafx kemm biex imbagħad
tokkupa l-ispazju li jidhirlek inti u li huwa spazju li suppost jintuża
mill-pubbliku.
U allura użajna dan il-metodu li kien metodu miftuħ b’tender, b’offerta’ illi ngħatat, iva, il-preferenza lil min għandu
hotel f’dawk l-akwati, però
li rabtitu b’obbligazzjonijiet kbar dwar kif għandu jieħu ħsieb
il-bqija tal-bajja, mhux biss il-parti li issa ġiet konċessa, imma l-bqija
tal-bajja kollha kemm hi.Irrid
nenfasizza, għax inkella se noqogħdu nduru mal-lewża, f’dan
il-pajjiż.Jekk verament
irridu nagħmlu qabża ta’ kwalita’ fit-turiżmu, jekk verament
irridu nkomplu nagħtu dik id-dehra ta’ pajjiżna li tiġbed lejn
pajjiżna t-turisti, allura rridu wkoll ikollna l-mod professjonali kif
nittrattaw u kif isir management tal-bajjiet
li aħna għandna fil-pajjiż.Naħseb
illi l-metodu li nstab f’dak li għandu x’jaqsam mal-bajja ta’ San
Ġorġ, huwa metodu tajjeb.Naraw
illi jaħdem, nagħmlu mezz illi nkunu nafu, insegwu kif qed jaħdem dan
il-mudell.Il-mudell
jidhrilna jista’ jagħtina riżultati pożittivi u għaldaqstant ngħid
li din it-triq kienet l-aħjar triq li stajna nieħdu biex din il-bajja
li investejna ammont sostanzjali ta’ flus fiha, tkun waħda mill-isbaħ
bajjiet, fl-iktar ċentru turistiku importanti li aħna għandna f’dan
il-pajjiż.Se jsiru
kontrolli u l-kontrolli issa jridu juruna li l-management
tal-bajja kuljum, ikun management
tajjeb li jħalli lill-bajja fl-aħjar standard
possibbli biex it-turisti u l-Maltin ikun jistgħu jgawdu dik
il-bajja.
Irrid ngħid ukoll illi fil-Kumitati inter-ministerjali tat-Turiżmu,
hemmhekk ħadna deċiżjoni fuq l-istrateġija tagħna f’dak li għandu
x’jaqsam ma’ bajjiet oħrajn li aħna għandna fil-pajjiż, u l-ħsieb
huwa li kull sena nagħmlu mezz li jkollna għallinqas bajja oħra ġdida,
illi tkun ġiet regenerated u
immodernizzata u wkoll b’metodu ta’ management
għaliha biex f’pajjiżna nżidu u ntejbu l-faċilitajiet ta’
bajjiet li aħna għandna għall-benefiċċju tat-turiżmu illi għandna
fil-pajjiż.
Dwar it-toroq ġodda, iva, tlestew it-toroq irrid ngħid mexjin skond
il-programm u qegħdin on target,
jiġifieri dan id-diskors li sar fix-xhur illi għaddew ta’ dewmin
‘l hawn u dewmin ‘l hemm u x’naf jien, illum kull min qal hekk naħseb
illi kull ma jrid jagħmel hu li jmur jara dawn it-toroq li nfetħu biċċa
biċċa.It-target
tagħna kien sa Settembru u aħna nkunu lestejna l-medda l-kbira ta’
dawn it-toroq skond id-dati li kienu stabbiliti.Ix-xogħol sar u kull min jgħaddi mit-toroq li nfetħu, jaf
il-kwalita’ sostanzjali tajba ta’ dawn it-toroq illi nfetħu.
Għad fadal xogħlijiet oħrajn f’toroq oħra u għad fadal proġetti oħrajn
kbar li issa marbutin mal-finanzjament ġej mill-UE, illi m’għandhiex
għalfejn ngħidha jien tistgħu tarawha intom, qegħdin jagħmlu u se
jagħmlu bidla kbira pożittiva għall-kwalita’ tal-ħajja tagħna l-Maltin.Però għall-affarijiet l-oħrajn kollha li għandhom x’jaqsmu
mat-turiżmu u mal-kummerċ u ma’ l-ekonomija tagħna, it-tama tiegħi
hija illi l-poplu tagħna jieħu ħsiebhom dawn issa!Jiġifieri mhux biss illi investejna dawn il-miljuni kbar ta’
flus mill-Protokoll Taljan u mill-flus mill-UE u bil-flus tat-taxxi
tal-Maltin ukoll, nittama illi kollha kemm aħna nieħdu ħsiebhom!
Fis-sens illi, jiena jiddispjaċini ninnota illi ftit siegħat wara li
nkunu ftaħna triq il-landscaping,
jew parti mill-landscaping li
nkunu għamilna fih, imur xi ħadd u jaqlagħlek is-siġar li tkun ħawwilt.Din hija għarukaża u jixirqilha l-kundanna assoluta ta’ kulħadd,
imma iktar minn hekk irridu nieħdu ħsieb illi fit-toroq illi qegħdin
niftħu aħna stess bħala poplu, nindukraw dawn it-toroq, nieħdu ħsiebhom
u mhux min iħammeġ minn hawn, min iħammeġ minn hemm u min jipprova
b’xi mod jew b’ieħor itellef mill-investiment sħiħ illi nkunu għamilna
bħala pajjiż.
Jiġifieri proġett huwa ongoing,
għad fadlilna parti sostanzjali x’naqdu, però s’issa wrejna illi
mexjin skond il-programm stabbilit u qegħdin nagħtu riżultati illi
wieħed jista’ llum isuq fihom u jarahom u jmisshom b’idejh u
jesperjenzahom.
Karl Wright – RTK
Il-fatt li semmejt l-ewwel jien, li min ikun għaddej miċ-ċentru u se
jaqsam lejn it-Tramuntana tal-pajjiż, kull m’hemm biċċa fejn iċ-Ċimiterju
ta’ l-Imtarfa, forsi se nkun speċifiku hawnhekk.Jekk tinfetaħ dik, min ikun ġej miċ-ċentru ta’ Malta jista’
jitla’ minn ta’ Ħaż-Żebbuġ, mill-ġdida li nfetħet, jitla’ t-telgħa
tas-Saqqajja, minn taħt l-Imdina jista’ jaqsam imbagħad għall-Mosta,
Burmarrad.Ma nafx għaliex
dik il-biċċa forsi ma ssirx biex wieħed ikun jista’ jibqa’ għaddej?
Prim Ministru
Irridu
nimxu skond il-programm ta’ xogħlijiet stabbilit.Jekk invarjaw f’dak il-programm nidħlu fil-periklu illi mbagħad
it-targets tagħna ma nkunux
stabbilejniehom.Però qegħdin
ninsistu bħala Gvern ukoll illi ma niftħux toroq jekk ma tkunx tlesta
x-xogħol kollu li għandu jitlesta fihom.Ma naqbilx illi għandha tinfetaħ triq, per eżempju, jekk id-dawl
għadu ma sarx, jekk il-landscaping
ikun għadu ma sarx.Jiġifieri
għandhom jitlestew ix-xogħlijiet kollha li jkun hemm bżonn illi jsiru
mbagħad it-triq tinfetaħ.
Dwar
il-parti ta’ l-Imtarfa, nerġa’ nirrepeti nimxu mal-programm li hu
stabbilit għax inkella, parentesi żgħira ħalli intom tapprezzaw bħalha
ġurnalisti, il-verita’ llum hi li għandna kuntratturi tat-toroq
kollha okkupati.M’hemmx
flessibilita’, m’hemmx spazju.Kull
wieħed minnhom għaddej b’ritmu ta’ xogħol qawwi.Jekk allura f’nofs triq tagħmel varjazzjoni fuq il-pjan,
ikollok konfużjoni sħiħa. Ikollok bilfors iċċaqlaq kuntrattur minn xogħol ieħor biex ikun jista’ jagħmel dak ix-xogħol
partikolari u allura dan qed nippruvaw b’ħilitna kollha biex nevitawh.Ix-xogħlijiet tat-toroq jinvolvu xogħlijiet li ħafna drabi int
stess ma tkunx taf meta taqla’ t-triq x’se ssib. Il-parti
perikoluża li tista’ ttelliflek il-programm kollu hija meta inti
tibda taqla’ t-triq u tibda tiskopri s-servizzi taħt it-triq u allura
tibda tippjana kif għandek tindirizzahom.Imma ladarba dak il-proċess ikun għadda, mbagħad il-bqija
tal-programm ikun jista’ jitwettaq skond it-targets stabbiliti.
Jiena
sodisfatt illi b’dak illi sar s’issa qegħdin mexjin fit-triq it-tajba.Hija esperjenza pożittiva u nagħmel l-insistenza l-ħin kollu
ma’ kull min hu involut, biex nibqgħu nagħmlu ħilitna ħalli
jkollna xogħol ta’ kwalita’ u jkollna wkoll it-target dates stabbiliti b’din ir-riserva: jekk kuntrattur jew xogħol
partikolari jinstab li mhux tajjeb, induru fuq il-kuntrattur u dak il-ħin
stess ngħidulu biex jerġa’ jaqla’ kollox u jerġa’ jagħmlu.Jekk hemm bżonn, l-ewwel obbligu huwa illi l-kuntratturi kollha
jagħtuna l-valur tax-xogħlijiet li aħna nippretendu u allura qegħdin
ninsistu fuq l-accountability tal-kuntratturi
kollha li jkunu qegħdin jaħdmu fuq dawn ix-xogħlijiet.
Charles Muscat – Medialink
Din
il-ġimgħa kellek taħditiet mal-Prim Ministru ta’ Lussemburgu fid-dawl
ta’ dak li ġara dwar it-trattat fiż-żewġ pajjiżi, Franza u l-Olanda.X’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti u jekk dak li ġara
f’dawn il-pajjiżi hux se jkollu effett fuq it-tfassil tal-budget
ta’ l-Unjoni Ewropea għas-snin wara l-2007.
Prim Ministru
Fil-laqgħa
li kelli mal-Prim Ministru Juncker, li kienet laqgħa li baqgħet għaddejja
kważi tliet sigħat, iddiskutejna żewġ aspetti.L-ewwelnett il-perspettivi finanzjarji jiġifieri l-budget ta’ l-UE.Naturalment
il-parti tad-diskussjoni tagħna ffukat fuq il-pożizzjoni ta’ Malta u kif naraw l-affarijiet illi jolqtu lilna bl-argument
li poġġejna fuq l-aspetti l-iktar importanti għal pajjżna però
f’kuntest iktar wiesa’.Issa
jekk hux possibbli t-tama li kulħadd għandu, il-25 pajjiż għandhom
illi sa l-aħħar ta’ Ġunju, l-aħħar tal-Presidenza ta’
Lussemburgu u qabel ma tidħol il-Presidenza Ingliża, jintlaħaqx
ftehim dwar il-perspettivi finanzjarji.
L-analiżi
illi għamilna hija illi mhuwiex faċli illi dan il-ftehim jintlaħaq.Għad fadal diffikultajiet sostanzjali li għad iridu jiġu indirizzati u
naraw jistgħux jintgħelbu matul dawn il-ftit ġranet, dawn il-ftit ġimgħat
illi fadal fix-xahar ta’ Ġunju.Il-ġimgħa
d-dieħla jiena se nattendi laqgħa ta’ l-Ecofin
nhar it-Tlieta li ġejjin, naraw xi progress ikun ġie reġistrat sa
dakinhar.Però
kulħadd jirrikonoxxi illi, kif jgħidu bl-Ingliż, it is uphill, jiġifieri hemm id-diffikultajiet, għaliex il-pajjiżi
differenti għandhom pożizzjonijiet illi għadhom wisq differenti u għad
m’hemmx dik il-platform komuni
illi forsi tista’ tinkoraġġik biex tgħid illi mexjin bil-mod il-mod
għal soluzzjoni. Għadna m’aħniex naraw is-soluzzjoni li tista’
tkun maqbula bejn il-pajjiżi kollha.Is-sitwazzjoni inevitabbilment hija influwenzata bir-riżultati
tar-referenda li nżammu fi Franza u fl-Olanda, għalkemm dan m’għandux
itellef jew ikollu effett dirett fuq id-diskussjonijiet dwar
il-perspettivi finanzjari.Però
inevitabbli d-diskussjoni dwar x’se jiġri wara dawn iż-żewġ riżultati
naturalment, ħadet over
f’mument messna konna qegħdin nikkonċentraw bħala pajjiżi kollha
kemm aħna fuq il-perspettivi finanzjari, għax dan qed nitkellmu issa
fuq il-budget ta’ l-UE u
allura kif se tiffunzjona l-UE sal-2013 li huwa parti importanti ħafna
mill-proċess.
U
allura l-focus inġibed ftit
lejn dawn ir-riżultati, imma l-pożizzjoni għandha tibqa’ fl-opinjoni
tal-Gvern Malti illi kull pajjiż għandu jibqa’ għaddej bil-proċess
ta’ ratifika tat-trattat kostituzzjonali sakemm jitlesta l-proċess
fil-25 pajjiż kollu kemm hu u ladarba dak ikun sar, wieħed jara l-pożizzjoni
xi tkun.Nenfasizza li din
mhux l-ewwel darba li l-UE kellha sitwazzjoni li tixbah xi ftit lil din
li qegħdin fiha.Dan ġara
fil-konferma, fl-approvazzjoni tat-trattat ta’ Maastricht, kellna okkażjonijiet bħal dawn u bil-għaqal u
b’sens qawwi ta’ konvinzjoni ta’ proġett Ewropew, il-pajjiżi
dejjem fl-imgħoddi sabu s-soluzzjonijiet ta’ kif dan il-proġett għal
Ewropa li timxi ‘l quddiem, proġett politiku, proġett soċjali, proġett
ekonomiku, fis-snin li għaddew dejjem instabet is-soluzzjoni biex dan
il-proġett ikompli miexi ‘l quddiem.Jien m’għandix dubju illi anke din id-darba hekk se jiġri,
però fil-fra tempo, kull
pajjiż għandu jesprimi l-pożizzjoni tiegħu.Alla ħares Malta tesprimi l-pożizzjoni tagħha jew toqgħod lura
milli tesprimi l-pożizzjoni tagħha skond id-deċiżjoni tal-poplu Franċiż
jew Olandiż!
Assolutament
m’għandux ikun hekk.Malta għandha tagħmel il-pożizzjoni tagħha dwar it-Trattat
Kostituzzjonali u għandha tagħmlu bl-iktar mod ċar u kategoriku
possibbli.Għalhekk il-ħsieb
tal-Gvern huwa illi kif ħabbarna, f’Lulju li ġej inkunu nistgħu
nressqu r-riżoluzzjoni fil-Parlament biex il-Parlament Malti jieħu pożizzjoni.Ninnota illi f’artikolu li kiteb il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni
fuq waħda mill-ġurnali lokali matul il-ġranet li għaddew hu wkoll
qiegħed jaqbel ma’ din il-linja u allura se nimxu.Jidher, iż-żewġ naħat qegħdin naqblu illi f’Lulju l-Parlament
Malti jkun jista’ jieħu l-pożizzjoni fuq it-Trattat Kostituzzjonali
u hekk beħsiebna nagħmlu.
Mario Micallef – PBS
Biex
inkompli mal-mistoqsija ta’ qabli, id-diskussjonijiet dwar il-Budget ta’ l-EU ta’ 2013, il-każ ta’ Malta fuq liema l-iktar punti ta’ partikolaritajiet qed
tmexxi l-każ tagħha Malta, ovvjament biex takkwista l-akbar sehem mill-fondi available ta’ l-EU?
Prim Ministru
Hemm
diversi punti, imma l-iktar wieħed importanti huwa pjuttost tekniku,
marbut ma’ dak li jgħidulha distribution
key illi hija parti minn formula li kienet tfasslet ħafna snin ilu
biex tgħin dawk ir-reġjuni li għandhom densita’ ta’ popolazzjoni
baxxa ħafna, il-kontra ta’ Malta.
Dan
kienet inħolqot formola li rrikonoxxiet, u sewwa għamlet, aħna
nifmuha din u naqblu magħha, li fl-UE jeżistu reġjuni fejn
il-popolazzjoni tant hi baxxa, illi dawk ir-reġjuni għandhom
diffikultajiet partikolari u allura ħaqqhom jirċievu għajnuna
partikolari.Però l-mod kif
kienet titħaddem dik il-formola kienet tiżvantaġġja lil dawk ir-reġjuni
li għandhom densita’ ta’ popolazzjoni qawwija jew qawwija ħafna.
Il-każ
ta’ Malta huwa wieħed eċċezzjonali, għaliex aħna għandna
densita’ ta’ popolazzjoni li hija ħmistax-il darba ikbar mill-medja
fir-reġjuni ta’ l-UE.U
allura qegħdin nagħmlu l-argument illi filwaqt illi nirrikonoxxu li r-reġjuni
li għandhom densita’ baxxa ħaqqhom għajnuna speċjali, imma
daqstant ieħor dawk ir-reġjuni li għandhom densita’ li hija eċċezzjonalment
għolja għandhom sfidi u bżonnijiet partikolari b’riżultat ta’
dik id-densita’ għolja.
Waħda
minnhom, semmejtha fl-introduzzjoni ta’ din il-press
briefing, hija l-isfida ambjentali.Aħna l-isfida ambjentali tagħna hija ħafna ikbar, ħafna iktar
serja minn dik li teżisti f’pajjiżi oħrajn.U allura qegħdin nirrakkomandaw illi jkun hemm aġġustament
f’din il-formola teknika li ma ttellef xejn mill-iskop oriġinali tad-distribution
key, jiġifieri mill-għajnuna ta’ reġjuni fejn għandek densita’
baxxa ta’ popolazzjoni, però li taġġusta għall-każ speċjali,
partikolari ta’ Malta u dan l-argument qegħdin nagħmluh u qegħdin nagħmluh
b’saħħitna.Hemm punti oħrajn
ukoll tekniċi, però l-iktar wieħed li jista’ jagħmel differenza
sostanzjali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ għajnuna finanzjarja
hija din.Naturalment, l-issue
ta’ l-objective one dik
hija lesta, m’għandix għalfejn nerġa’ nirrepeti l-pożizzjoni tagħna.
Natalino Fenech – The Times
Ħa
nieħdok lura għad-diskors li kont qed tagħmel fuq l-ambjent, fejn għidt
illi r-regolamenti dwar l-iskart f’postijiet pubbliċi waslu biex jiġu
launched, żewġ punti fuqhom.Waħda
hux se jiġi kontemplat il-kunċett ta’ dak li min iħammeġ irid
inaddaf, barra li jeħel multa.U
t-tieni ħaġa fuq it-tneħħija ta’ l-eluf ta’ tabelli li qed jitneħħew,
dawn qed jerġgħu jinbtu.Anke
ma’ dawn il-proġetti ġodda, li kieku kellek iżżur dawn it-toroq,
issib tabelli għall-fireplaces, u sejjieħ tal-fil eċċ.Jekk hux se jiġi kkontemplat xi tip ta’ regolament li dawn,
jekk ma jitneħħux f’perjodu ta’ żmien, ikun hemm multa qawwija
fuq kull waħda, għax din ilna għaddejjin biha snin twal issa u jidher
li m’hemmx soluzzjoni għaliha.
Prim Ministru
Ir-risposta għall-ewwel mistoqsija hija r-regolamenti se jżidu b’mod
qawwi l-penali li se tkun stabbilita. Ma jaħsbux biex l-individwu jrid
imur inaddaf hu, din hija soluzzjoni li jiena rajtha f’Singapore, fejn
għandhom dak it-tip ta’ regolamenti fejn min iħammeġ irid imur
inaddaf hu!Imur
inaddaf hu tfisser trid tmur u tagħmel tliet ijiem tiknes it-toroq ġo Singapore.Dik
hija soluzzjoni forsi adattata f’dak il-pajjiż.M’għażilniex li mmorru f’dik it-triq, però li jkun hemm
multi kbar u allura enforcement qawwi minnnaħa ta’ pajjiżna ta’ min iħammeġ, dak huwa
kkontemplat fir-regolamenti l-ġodda.
Għar-rigward tat-tabelli, iva din hija problema oħra, din tat-tabelli hija
agħar minn hekk. Għax jien ukoll nara meta nkun għaddej fit-triq,
nara żewġ tabelli minn dawn li huma mwaħħlin biex jagħtu
indikazzjonijiet għat-toroq għat-turisti.Imma mifqugħin.Issa
dawn qegħdin f’għoli li huwa stabbilit bi standards
stabbiliti, jiġifieri f’pajjiżna mhux suppost għandna min għandu
trucks illi jaqbżu dak l-għoli.U huwa ovvju li xi ħadd qed iġorr fit-trucks
affarijiet illi dawn l-affarijiet huma f’għoli li jissuperaw dak li
stabbiliet bil-liġi u dawn qegħdin jifqgħu t-tabelli li aħna għandna
fit-toroq tagħna u nista’ ngħid għax wasluli rapporti.Li qed jiġri huwa li dawn il-billboards,
jiġi bi truck, jgħabbilek
billboard u x’jimpurtah dan!
Flok jagħmillek billboard,
ineħħilha l-pedamenti u jniżżilha wiċċha l-isfel, le Alla jbierek,
il-billboard bilwieqfa fuq it-truck
għaddej u dan il-billboard addio
t-tabelli tat-triq, ifaqqa’ waħda wara l-oħra.Dan m’huwiex aċċettabbli u s-settur kollu jrid jirrikonoxxi
illi jekk dan se jibqa’ jseħħ allura l-Gvern bilfors ikollu jieħu
l-miżuri kollha li jkun hemm bżonn fil-konfront ta’ min mhux qiegħed
isegwi r-regolamenti.Issa
din mhix xi ħaġa differenti minn dak li staqsejtni inti għax inti qed
tgħid, isma’ kulħadd iwaħħal it-tabelli fit-toroq qisha t-triq
hija tiegħu, qisu kollox mhu xejn.
U allura le, f’dan il-każ aħna se nieħdu l-miżuri kollha illi hemm bżonn
biex dan ma jkomplix isir u min iwaħħal dawn it-tabelli, jekk iwaħħalhom
mingħajr permess, ikollu jħallas il-multi li hemm stabbiliti fil-liġi.
Charlon Gouder – One News
Żewġ
temi differenti, is-saħħa u mbagħad xi ħaġa oħra.Jekk intix inkwetat biż-żieda qawwija li dejjem qed tiżdied
fl-Isptar San Luqa, il-waiting
list ta’ l-operazzjonijiet illi hemm u x’qed jagħmel il-Gvern
tiegħek biex inaqqas kemm jista’ jkun din il-lista li dejjem qed tiżdied?
F’Settembru
2004, il-Ministru Louis Deguara qal illi l-ikel f’San Vinċenz qed
jingħata skond il-kundizzjoni medika ta’ l-anzjani.Issa f’rapport imħejji mill-Awditur jindika kollox il-kontra.Intix se tieħu passi fil-konfront ta’ Louis Deguara sabiex taraminn fejn ġab din l-informazzjoni mogħtija
f’Settembru li għadda.
Intix
se tilqa’ l-appell li għamel il-Mexxej Laburista dwar inkjesta fis-Sea Malta u intix se tagħti garanzija li bil-ftehim ta’
privatizazzjoni tas-Sea Malta illi se jasal il-Gvern għalih hux se tibqa’
timpjega l-istess numru ta’ ħaddiema illi għandha s-Sea
Malta? Grazzi.
Prim Ministru
Mela,
dwar il-waiting list ma
naqbilx ma’ l-istatement illi
qed ikollna żieda fil-waiting
lists fl-Isptar San Luqa.Huwa
statement ġeneralizzat li
mhuwiex il-każ.Fl-Isptar
San Luqa jsiru operazzjonijiet differenti f’setturi differenti
f’aspetti differenti u għandek sitwazzjonijiet differenti f’kull issue.
Għandek
fil-qasam tal-kardjoloġija mod, fil-qasam ta’ hip replacement mod ieħor, f’oqsma differenti trid tara ċ-ċirkostanzi differenti.Meta nqis kollox jiena nirrikonoxxi illi fl-Isptar qed
isir ħafna xogħol li huwa tajjeb, ta’ standard
għoli ħafna u li rrid insellem lit-tobba, lill-professjonisti,
lill-konsulenti tagħna, lin-nurses
tagħna, lil dawk kollha li jaħdmu fl-Isptar illi jaqdu d-doveri
tagħhom.Naturalment
ikollok sitwazzjonijiet, iva, fejn ikollok waiting
list partikolari f’ċerti ċirkostanzi partikolari li jistgħu
jkunu marbutin ma’ diffikultajiet li jinqalgħu temporanjament.Il-Gvern il-ħin kollu għal dak li għandu x’jaqsam ma’ waiting list fejn jirriżulta illi qed ikun hemm dawn it-tip ta’ waiting
lists, jieħu l-miżuri li jkun hemm bżonn, però l-mistoqsija tiegħek
li għamlet dan l-istatement li fl-Isptar San Luqa għandna
waiting lists li qed jikbru
kullimkien, ma naqbilx miegħu u ma jirriżultax mill-fatti u mill-istatistika
li għandi f’idejja.
Dwar
San Vinċenz de Paule, interessanti din, jiena San Vinċenz de Paul
nistieden lill-pubbliku Malti biex jagħmel il-pargun bejn San Vinċenz
illum u San Vinċenz kif kien ħmistax-il sena ilu u kif inhu llum.L-investiment li qegħdin nagħmlu f’San Vinċenz de Paule huwa
investiment ta’ miljuni kbar ta’ liri.Naturalment Alla ħares ngħidu li kollox perfett, ikun hemm
spazju fejn wieħed itejjeb u ġie rikonoxxut anke fil-press
conference illi saret mill-Ministru Deguara u mis-Segretarju
Parlamentari Helen D’Amato, illi f’dak li għandu x’jaqsam ma’
l-ikel illi jingħata lir-residenti li għandna f’San Vinċenz, jista’
jkun hemm titjib illi jista’ jsir.Però nenfasizza lanqas ir-rapport ta’
l-Awditur, bl-ebda mod ma jagħti xi kundanna ta’ San Vinċenz.Għall-kuntrarju, naħseb illi jekk wieħed janalizza dak ir-rapport,
wieħed isib illi verament San Vinċenz, tul medda żgħira ta’ żmien,
kien hemm qabża kbira fil-kwalita’ illi wieħed irid jirrikonoxxiha
fil-kwalita’ tas-servizz illi jingħata.
Id-differenza
hija to the extent illi jien
niftakar żmien meta kulħadd kien jiġi jagħmel pressjoni fuq il-Gvern
biex joħroġ minn San Vinċenz u jitqiegħed x’imkien ieħor.Illum il-pressjoni hija bil-kontra, kulħadd jippressa lill-Gvern
biex kemm jista’ jkun jidħol malajr f’din ir-residenza għall-anzjani
f’pajjiżna.U hija parti
mill-politika ta’ dan il-Gvern illi jkompli jinvesti f’San Vinċenz,
kif fil-fatt għamel biex itejjeb il-kwalita’ tal-ħajja u l-livell ta’
ħajja lill-anzjani tagħna li jgħaddu f’din l-istituzzjoni fl-aħħar
żminijiet ta’ ħajjithom.
Dwar
l-istedina tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni biex nagħmel inkjesta fis-Sea
Malta,
jiena naħseb illi issa wasalna f’livell skandaluż u m’għandix mod
ieħor kif niddeskrivi l-aġir tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, illi
konsistentement, fl-iktar mumenti delikati ta’ negozjati biex
nirristrutturaw aspetti differenti f’pajjiżna, jidħol hu biex iħarbat,
mhux jidħol biex jgħin imma jidħol biex iħarbat.F’mument fejn hu jaf bħal ma taf Malta kollha, illi aħna qegħdin
nippruvaw nirristrutturaw lis-Sea Malta u noħorġu bis-soluzzjonijiet għas-Sea Malta ħalli hi tkun operazzjoni vijabbli għal pajjiżna, joħroġ
b’argument illi ma jista’ jagħmel xejn ħlief itellef qalb jew
itellef l-interess ta’ min huwa interessat li jinvesti f’din l-azjenda
li qiegħda titlef ammont kbar ta’ flus u ilha titlef ammonti kbar ta’
flus.
Mela
jidher ċar illi l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni għandu żewġ miri, waħda
minnhom hija illi f’kull inizjattiva li jieħu l-Gvern għar-ristrutturazzjoni
jipprova jfixkel u din konsistenti issa!Għamilielna fin-negozjati tal-Mater
Dei, għamilha fin-negozjati tal-Gozo
Heliport, għal darba, darbtejn, tlieta, għamilha waqt li konna qegħdin
nirristrutturaw il-Gozo Channel, għamilha konsistentement f’kull inizjattiva li ħadna.U din hemm bżonn illi jiġi kkundannat dan it-tip ta’ aġir
bl-iktar mod kategoriku għaliex dan mhux il-mod serju ta’ kif isiru
l-affarijiet – dik waħda.
It-tieni,
li hija serja ħafna wkoll, huwa ċar illi l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni
jrid illi l-ekonomija Maltija, u allura t-taxxi tal-poplu Malti, jibqa’
jissussidjaw lill-operazzjonijiet li jitilfu l-flus f’pajjiżna.Il-politika tal-Partit Laburista għar-riġenerazzjoni ekonomika
f’pajjiżna hija mibnija fuq prinċipju li nibqgħu nissussidjaw it-telf
ta’ l-azjendi tal-Gvern.Din
toħroġ ċara nkella ma jagħmlux sens il-pożizzjonijiet li hu jagħmel.Jien nippretendi illi l-Oppożizzjoni għandha tappoġġja l-Gvern
fil-proċess ta’ ristrutturazzjoni illi hu qiegħed jagħmel biex
jimmodernizza lil pajjiżna u biex jindirizza l-aspetti li fihom tul is-snin
kienu qegħdin iżommu lil pajjiżna milli jiżviluppa ‘l quddiem.Minflok, il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni qiegħed b’mod
konsistenti jfixkel l-operat tal-Gvern f’dak li għandu x’jaqsam
mal-proċess ta’ ristrutturazzjoni u allura s-sejħa tiegħu għall-inkjesta
ma nista’ nara xejn ħlief mezz kif
itellef l-inizjattiva tal-Gvern għar-ristrutturazzjoni.Ħalli ngħidha din, dan l-aġir mhu se jagħmel xejn ħlief
jipperikola l-azjenda nnifisha, tas-Sea
Malta, b’effett li jista’ jinħass mhux mill-Gvern, lanqas mill-Oppożizzjoni,
imma mill-ħaddiema stess tas-Sea
Malta, u għandhom ikunu l-ħaddiema tas-Sea
Malta li jgħidu lill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni biex ma jibqax għaddej
b’din it-tip ta’ strateġija.
Jiddependi
x’jibqa’ jagħmel il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni u le mhinix se nagħti
l-ebda garanziji.
Tajtek ir-risposta. Mhix qed nagħti l-ebda
garanziji.
Gaetano Micallef – l-Orizzont
Dwar ir-riklamazzjoni ta’ l-art, x’inhi l-politika
tal-Gvern, fis-sens xi jrid illi jsir b’dawn il-gżejjer u t-tieni
mistoqsija, x’inhi s-sitwazzjoni fir-rigward tal-kmamar illegali?
Prim Ministru
Għar-rigward tar-reklamazzjoni ta’ l-art, kif għidt
diġa’ l-policy, se nkunu
qegħdin inħabbruha fil-ġranet illi ġejjin.Mhux biss policy, jiġifieri
se nkunu qegħdin ukoll inħabbru s-siti ta’ fejn jidhrilna li għandhom
isiru dan it-tip ta’ proġetti.Sar
eżerċizzju biex jiġu identifikati siti partikolari li naturalment qed
ikunu jridu anke iktar studji dettaljati, issa ladarba d-deċiżjoni
finali minn options differenti
li aħna għandna jkunu ġew konsolidati.U allura nistennew ftit u nkun nistgħu nħabbru iktar ‘l
quddiem.
Dwar il-kmamar, il-Gvern għandu l-pjanijiet tiegħu
għal dak li għandu x’jaqsam ma’ ċertu nħawi f’pajjiżna fejn għandna
kmamar.Però
l-pożizzjoni tagħna tibqa’ l-istess.Ma naċċettawx illi f’areas differenti f’pajjiżna jaqbdu u jfaqqsu kmamar illi qegħdin
hemm b’mod illegali, b’mod illi mhux awtorizzat u allura filwaqt
illi fl-imgħoddi jiena ngħid, sfortunatament fis-snin illi għaddew,
qed immur lura numru sostanzjali ta’ snin, ħallejna f’pajjiżna
jinbtu gruppi ta’ kmamar li mbagħad biż-żmien ġew rikonoxxuti u għandhom
titolu legali li issa l-Gvern ma jistax ma jagħtix każ dak it-titolu
legali, però l-ħsieb tagħna huwa li fejn jeżistu titoli legali
nirregolarizzaw il-pożizzjoni u nippruvaw nagħmlu qabża ta’ kwalita’,
imma fejn isiru kmamar illegali hemmhekk tittieħed l-azzjoni u l-enforcement
u jitwaqqgħu.
Kurt Sansone- Malta
Today
Fuq is-Sea Malta, sa fejn naf jien
kien Austin Gatt li qal illi s-Sea
Malta qegħda falluta.Taħseb
dan il-kliem meta tipprova tipprivatizza jagħmel ġid? Fis-sens se ġġib
inqas valur għal dak li qed tbigħ jekk qed tammetti illi fallejt. Mistoqsija
oħra fuq it-turiżmu, l-operaturi basically
jgħidulek li bħalissa għadhom qed jaħdmu biex jimlewlek is-sodod
fis-sajf meta jkun ideali għalihom li jimlew diġa’ s-sodod fix-xitwa.Apparti wkoll li naqas l-ammont ta’ turisti li ġew fl-ewwel
erba’ xhur, huma qed jgħidu li importanti wkoll li naraw il-bed
nights li qed jonqsu li qed jaffettwalhom ukoll il-profitti tagħhom,
kemm jagħmlu turnover.Inti
kuntent bil-ħidma li qed issir minn Francis Zammit
Dimech u mill-Malta Tourism
Authority f’dan is-sens?
Hemm
rikonoxximent li hemm kriżi f’dan is-settur?
Prim Ministru
Fuq
l-ewwel mistoqsija, is-Sea Maltahija
kumpanija li għandha l-accounts tagħha,
ħadd mhu se jinteressa ruħu jinvesti fis-Sea
Malta jekk ma jarax u ma
jitlobx l-accounts u jara l-affarijiet
b’għajnejh.Dawn l-accounts ħadd ma jista’ jaħbihom!Mela nista’ niddeskrivihom bl-aġġettivi kollha, però
l-abjad fuq l-iswed u l-iswed fuq l-abjad ħadd ma jista’ jmerih, mhux
kwestjoni ta’ x’jgħid Austin Gatt imma x’jgħidu r-riżultati
finanzjarji u l-accounts ta’
din il-kumpanija sena wara sena wara sena wara sena.Jiġifieri, din il-Ministru Gatt qal il-pożizzjoni li tirriżulta
lil kull min seta’ kien jew hu interessat illi jinvesti f’din
il-kumpanija.Il-kumpanija għandha
bżonn ristrutturazzjoni qawwija u sostanzjali u mhux faċli biex dik
il-kumpanija b’xi mod jew b’ieħor tgħinha biex ikollha hi dik
il-bażi li tkun tista’ tkun operazzjoni vijabbli.Però nemmnu li hemm il-potenzjal mela le, imma l-potenzjal
tlabna u ftaħna l-opportunita’ biex l-investituri min hu interessat
jinvesti fis-Sea Malta kien hemm min wera dan l-interess, id-diskussjonijiet
għaddejjin u allura jiena naħseb illi kull diskors li jista’ jsir bħalissa
fl-iktar mument delikat tan-negozjati, ma jista’ jagħmel xejn ħlief
ħsara lill-possibbiltajiet u l-potenzjal li jista’ jeżisti f’din
il-kumpanija.
Finalment
il-Gvern jirrikonoxxi li dan huwa servizz importanti f’pajjiżna, għas-servizz
tal-manifattura fost affarijiet oħrajn, is-servizz irid ikompli jingħata,
però jrid ikompli jingħata mhux b’mod illi nibqgħu nissussidjaw
kollox mit-taxxi tal-popli tagħna.Din hija l-punt kruċjali li aħna rridu nifhmu f’pajjiżna,
illi ma jistax ikun nibqgħu naċċettaw sitwazzjoni fejn nagħmlu ta’
bir-ruħna li operazzjoni għaddejja kummerċjalment tajjeb meta
effettivament kull ma nkunu qegħdin nagħmlu nissussidjaw aħna, mhux
lilna nfusna, qed nissussidjaw lill-barranin.Din hija l-bottom line.Jidhrilna li jekk hemm metodu kif timmodernizza u kif
tirristruttura allura dak il-metodu għandna nużawh u għandna mmorru għalih.
Għar-rigward
tat-turiżmu, il-pożizzjoni hi ċ-ċifri li ġew ippubblikati mill-NSO
juru li għall-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena mqabbla ma’ l-ewwel
erba’ xhur tas-sena li għaddiet, għandna tnaqqis ta’ elf persuna,
numri totali.Li hu tnaqqis
imma mhux xi tnaqqis li għandu allura, kif staqsejtni fil-mistoqsija,
ifisser kriżi.Ma jfissirx
kriżi.Imma jfisser li
rridu noqogħdu b’seba’ għajnejn.Huwa fatt illi donnu t-trend
qed tmur iżjed lejn bookings li
qed isiru f’perjodu qasir milli bookings
li qed isiru bil-quddiem.Dan
hu t-trend u huwa preokkupanti
dan fis-sens illi s-settur u l-industrija tagħna ħaġa bħal din
mhijiex l-ideal.L-ideal għall-industrija
turistika f’pajjiżna u anke barra minn pajjiżna, l-verita’ hija li
jrid ikollok il-bookings
bil-quddiem u tkun taf issa s-Sajf li ġej, ix-Xitwa li ġejja, is-Sajf
ta’ wara x’se jiġri u ma jiġrix.
L-Awtorita’
tat-Turiżmu u l-Ministru tat-Turiżmu dawn huma konxji tiegħu u bdew
matul il-ġimgħat li għaddew inizjattivi ta’ marketing
illi qed isir direttament ma’ l-operaturi, inkluż illi s-CEO, Chairman
ta’ l-MTA, tela’ hu personali l-Ingilterra biex jiltaqa’ ma’
l-operaturi ewlenin Ingliżi ħalli jagħmel eżerċizzju ta’ marketing
dirett mas-source ta’ l-iktar
importanti f’dak li għandu x’jaqsam mat-turisti tagħna.Però din l-inizjattiva mhux saret hemm biss imma qed issir
f’inħawi oħrajn.Jiġifieri
l-Awtorita’ tat-Turiżmu u l-Ministeru tat-Turiżmu qegħdin il-ħin
kollu għassa ta’ x’qiegħed jiġri biex nippruvaw nagħmlu ħilitna
ħalli pajjiżna jkompli jiġbed lejh in-numru ta’ turisti illi aħna
għandna bżonn għal dan il-pajjiż.
Irridu
nsegwu dak li qiegħed jiġri, hija issue
ta’ kompetittivita’, ta’ marketing
ta’ pajjiżna u hija issue ta’
branding ta’ pajjiżna.Dan kollu huwa prijorita’ mhux biss għall-MTA imma prijorita’
għall-Gvern.Huwa għalhekk
illi jiena nippresjedi l-kumitat inter-ministerjali f’dak li għandu
x’jaqsam mat-Turiżmu, preċiżament biex fuq bażi regolari jkollna
l-istampa reali ta’ x’qed jiġri fis-settur u nkunu nistgħu nieħdu
d-deċiżjonijiet kollha, kemm long
term bħala strateġija, però anke short
term, jekk ikun il-każ, u fil-verita’ hekk qed nagħmlu, jiġifieri mhux kwestjoni ta’ kuntent u mhux kuntent.
Alla
ħares inkunu kuntenti f’pajjiżna b’dak li għandna, anzi t-target
iddikjarat fil-budget tagħna
huwa li għal din is-sena n-numru totali ta’ turisti li jiġu
f’pajjiżna nkunu żidniehom b’ħamsin elf.Jiġifieri dak ifisser statement
kategoriku li m’aħniex kuntenti, fil-budget
miktub, imma nemmnu f’potenzjal ikbar u għandna nġibu iktar
numri.Li huwa inkoraġġanti,
għax wieħed irid jenfasizza, illi l-istatistika ta’ l-NSO turi illi
d-dħul li pajjiżna kellna minn numru ta’ turisti li ġew f’pajjiżna
f’dawn l-ewwel erba’ xhur imqabbla mad-dħul li kellna s-sena li għaddiet,
kellna żieda fid-dħul.U
dan huwa inkoraġġanti.Jiġifieri
l-kwalita’ ta’ turist hija kwalita’ ta’ turist illi jħalli dħul
iktar u aħjar għal pajjiżna però n-numri huma importanti, u allura
l-Gvern il-ħin kollu qed jgħid isma’, ejjew insegwu x’qiegħed jiġri
kull ħin, kważi kull ġurnata fil-qasam turistiku, għaliex hu settur
fejn qed niffaċċjaw kompetizzjoni qawwija ħafna f’reġjun
tal-Mediterran illi qed ikun reġjun kompetittiv.Għandna l-potenzjal u nemmnu fih dan il-potenzjal ta’ pajjiżna,
però rridu nagħmlu marketing
bl-iktar mod aggressiv possibbli, però pożittiv għal pajjiżna,
fis-swieq li huma tradizzjonalment tagħna.
Fr Noel Grima – The Malta
Independent on Sunday
Illum
l-erba’ ta’ Ġunju 2005, inti tikkonferma l-commitment
tal-Gvern illi fl-ewwel ta’ Lulju 2007, l-Isptar Mater Dei ikun fetaħ u fully
functional?
Prim Ministru
Iva, ir-risposta hija iva.Il-proġett
Mater Dei ukoll qed jiġi
segwit mill-viċin ħafna minni personali mhux biss bħala Ministru
tal-Finanzi imma bħala Prim Ministru.Hu proġett li rridu li nagħtuh lill-poplu tagħna bħala pass
ieħor ‘il quddiem fil-qasam tas-saħħa illi l-poplu tagħna jixraqlu.
L-investiment li pajjiżna qiegħed jagħmel f’dan l-Isptar huwa
investiment ta’ miljuni kbar ta’ liri ġejjin mit-taxxi tal-poplu
tagħna u jistħoqqlu allura l-poplu l-aħjar kwalita’, l-aħjar sptar
possibbli u allura l-aħjar servizz imbagħad ta’ saħħa illi jistħoqqlu
dan il-poplu.Il-mira tagħna
hija u tibqa’ illi l-isptar jinfetaħ uffiċjalment fl-1 ta’ Lulju
2007 u jkun operational fl-aspetti kollha tiegħu.Bħalissa l-konċentrazzjoni tagħna hija li qegħdin naħdmu fuq
is-sistema ta’ l-I.T. illi l-isptar il-ġdid għandu jkollu, u minn
hawn u ftit ieħor se nkunu qegħdin naħdmu wkoll fuq is-sistema tal-catering
illi l-isptar il-ġdid se jkollu.Sadanittant għaddejjin eżerċizzji internament fil-Ministeru
tas-Saħħa dwar il-working
practices li rridu naraw introdotti fl-isptar il-ġdid u sadanittant
għaddej ix-xogħol li huwa stabbilit li jrid isir bit-targets kollha ma’ l-iSKANSKA skond il-ftehim illi konna wasalna għalih
f’Novembru li għadda.
Charlotte Bonavia – Dive.com
Ir-regolamenti
dwar l-iskart għandkom target
date meta se jidħlu u l-land
reclamation fin-North, fis-South, fejn qegħdin l-areas li
qed tippjanaw?
Prim Ministru
Li
nista’ ngħidlek dwar ir-regolamenti ta’ l-iskart, se jkunu quddiem
il-Cabinet bir-reazzjonijiet
finali ta’ kull min ġie kkonsultat fil-ġimgħat li ġejjin.Malli jitilgħu l-Cabinet,
m’għandix dubbju li japprova u jippubblikahom immedjatament.Jiġifieri hija kwestjoni ta’ ftit ġimgħat u xejn iżjed.
Dwar
il-land reclamation, jekk
tippermettuli ma nidħlux f’iktar dettall.Meta jasal il-mument inkunu nistgħu nħabbru d-dettalji
kollha.
Bħalma,
tafu minn hawnhekk se mmorru nagħmlu żjara lil-landfill
taż-Żwejra u allura nistiedinkom biex takkumpanjawni ħalli naraw
b’għajnejna dak li qed isir.