LAQGĦA
TA’ KULL XAHAR TAL-PRIM MINISTRU LAWRENCEGONZI
MAL-MEDIA
Berġa
ta’ Kastilja
Il-Ġimgħa 4 ta' Ġunju 2004
Prim
Ministru
Sinjuri, l-ewwelnett l-għodwa t-tajba.
Xtaqt nagħmel introduzzjoni qasira imbagħad bħas-soltu inħalli
f’idejkom biex tagħmlu l-mistoqsijiet li tridu intkom, fuq kwalunkwe
suġġett li tixtiequ intkom.
Bħalma stajtu tindunaw matul dan
l-aħħar naħseb għaxart ijiem, bejn wieħed u ieħor ġew
ippubblikati diversi ċifri, statistika uffiċjali illi jagħtu
indikazzjoni u stampa ta’ kif sejrin l-affarijiet u kelli fil-ġranet
li għaddew l-opportunità illi nenfasizza uħud minn dawn iċ-ċifri illi huma indikazzjoni, jiena
ngħid pożittiva. Naturalment ma rridux nassumu li b’daqshekk kollox
huwa ward u zahar, però jidher ċar illi matul dawn l-aħħar
partikolarment tmien ġimgħat l-ekonomija ta’ pajjiżna bdiet tara bidla fil-pożittiv u jekk l-affarijiet jibqgħu
sejrin hekk allura dan għandu jagħmlilna kuraġġ anki għal ġejjieni.
Naturalment is-sitwazzjoni, l-istampa
tibqa’ dejjem flessibbli u wieħed irid isegwi l-iżviluppi kollha li
jkunu qegħdin iseħħuminn mument għall-ieħor, partikolarment żgur li
intkom segwejtu u qegħdin issegwu bħalissa l-prezz taż-żejt u l-impatt
li dak jista’ jkollu anki fuq l-ekonomija tagħna. Però inġenerali
hemm ċertu indikazzjonijiet li juru illi l-politikà tal-Gvern
effettivament qed iġġib bidla fir-rotta ta’ l-ekonomija tagħna u
bidla fil-pożittiv. Jiena mingħajr ma noqgħod nidħol fid-dettal, għax
iċ-ċifri huma pubbliċi, ftit ġranet ilu l-Uffiċċju Nazzjonali ta’
l-iStatistika ppubblika l-informazzjoni dwar il-finanzi tal-Gvern ibda
biex, u meta jqabbel l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena ma l-ewwel
erba’ xhur tas-sena li għaddiet id-deficit
strutturali jidher ċar li naqas minn Lm70,000,000 li kien reġistrat
fl-ewwel erba’ xhur tas-sena li għaddiet, għal Lm50,000,000 bejn wieħed
u ieħor li qed jiġu ndikati għall-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena.
Dak ifisser tnaqqis fid-deficit strutturali bejn dħul u ħruġ tal-Gvern ta’ bejn wieħed
u ieħor Lm20,000,000 naturalment ir-raġuni għaliex il-Gvern għandu dħul
aħjar minn dak li kellu s-sena li għaddiet u għandu, u qed jeżerċità,
kontroll fuq l-ispiża kapitali u l-ispiża rikorrenti tiegħu b’mod
illi nibqu mal-budget tagħna
illi aħna stabbilejna għal din is-sena partikolari.
Naturalment għadna qegħdin insegwu kollox sa l-inqas
dettal inkluż il-proġetti kapitali l-kbar, partikolarment bħalissa l-pajjiż
għandu għaddej b’mod speċjali l-ispiża kapitali li għandha
x’taqsam ma’ l-isptar il-ġdid. Jiena fil-fatt din il-ġimgħa kelli
laqgħa maċ-ChiefExecutive Officer ta’
Skanska preċiżament biex
fil-ġimgħat li ġejjien inkun nista’ nsegwi aktar
fil-qrib l-ispiża li hija nvoluta, dak li għandu x’jaqsam fl-isptar
u anki bil-ħsieb illi naslu ħalli naraw dak il-proġett jingħalaq u jkun jista’
anki jibda jintuża malajr kemm jista’ ikun. L-istess għal dak li għandu
x’jaqsam maċ-ċifri tax-xogħol f’pajjiżna tal-qagħad f’pajjiżna.
Nirrepeti m’għandniex noqogħdu ninterpretaw iċ-ċifri bħala xi ħaġa
li effettivament ifissru li għandna inserrħu rasna anzi għal
kuntrarju, però l-indikazzjonijiet huma
pożittivi fis-sens illi minn Marzu sa llum kompliet it-trend ta’ tnaqqis f’dak li għandu x’jaqsam maċ-ċifra ta’
nies li qegħdin jirreġistraw taħt l-ewwel parti tar-reġistru ta’
l-ETC, u qed jirriżulta allura illi f’dak li għandu x’jaqsam
mal-Private Market Services
hemmhekk qed nirreġistraw żiediet fil-postijiet tax-xogħol li huwa pożittiv.
Naturalment qed naraw tnaqqis meta mqabbel mas-snin li għaddew f’dak
li għandu x’jaqsam man-numru ta’ nies li qegħdin jaħdmu
fis-settur tal-manifattura però dak it-tnaqqis fis-settur
tal-manifattura qed jiġi kumpensat f’ħolqien ta’ postijiet tax-xogħol
fil-Private Market Services
partikolarment fil-wholesale u
r-retail u nittama illi dik
it-trend tibqa’.
Matul dawn
l-aħħar ġimgħat komplejna bil-proċess qawwi ħafna ta’
ristrutturazzjoni fejn hemm bżonn ta’ ristrutturazzjoni fil-qasam
tas-settur pubblikù. Kif tistgħu tinnutaw qbadna l-korporazzjonijiet
kollha illi b’xi mod jew ieħor jew kienu qed jirreġistraw telf jew
inkella l-performance tagħhom
kienet qegħda tindika li jekk ma nintervjenux dan ikun ifisser illi
sal-aħħar ta’ din is-sena kien ikollna nżidu sostanzjalment is-sussidju
tal-Gvern u ndirizzajna dawn il-korporazzjonijiet kollha. Hemm lista
twila minnhom, b’sodisfazzjon irreġistra illi matul dawn l-erba’ ġimgħat
intlaħaq il-qbil mal-unions
fuq l-AirMalta bil-patt
azjendali li ġie miftiehem bejn il-Gvern u l-erba’ unions
li huwa pass importanti l-quddiem u li nirreġistra għas-sodisfazzjon
tiegħi għal-mod serju ta’ kif saru l-affarijiet u anki għal-konklużjoni
finali li żgur tpoġġi lill-AirMalta
issa f’pożizzjoni li tkun tista’ tħares lejn il-futur b’ottimiżmu.
Interessanti
wkoll illi f’dawn il-ġranet issa ġew pubblikati xi ċifri oħrajn
f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-industrija tagħna u mal-manifattura
u jirriżulta minn dawn iċ-ċifri li ġew
pubblikati l-bieraħ illi fis-settur tal-manifattura, il-bejgħ żdied
b’4% fuq dak imqabbel ma l-istess perjodu għas-sena li għaddiet. Dan
ifisser illi mill-bejgħ tas-sena li għaddiet li kien b’kollox ilaħħaq
Lm244,000,000, dak il-Lm244,000,000 issa telgħu għal Lm254,000,000 kważi
zieda ta’ Lm10,000,000 fil-valur tal-bejgħ fis-settur tal-manifattura
li huwa żvilupp interessanti anki meta wieħed jikkunsidra illi l-manifattura
partikolarment f’settur wieħed minnhom ċioè dak tat-textiles
nafu li ffaċċja fix-xhur li għaddew u se jkompli jiffaċċja
kompetizzjoni qawwija mill-industriji li jeżistu fl-inħawi mbegħdin
minn Malta, partikolarment fiċ-Ċina. Imma jidher illi dan is-settur
effettivament, għalkemm naqqas in-nies però żied il-bejgħ, u żied
il-valur tal-bejgħ tiegħu.
Interessanti
wkoll l-investiment. Kulħadd jgħid illi, jew jpinġi stampa negattiva,
f’dak li għandha x’taqsam ma’ l-investiment f’pajjiżna, però
jirriżulta anki miċ-ċifri uffiċjali li ġew ippubblikati illi l-investiment
f’dan il-każ fil-manifattura ta’ l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena,
meta imqabbla ma’ l-ewwel erba’ xhur tas-sena li għaddiet
effettivament kellu żieda sostanzjali. Is-sena li għaddiet sa l-ewwel
erba’ xhur tas-sena l-investiment fis-settur tal-manifattura, dan
ifisser il-magni, l-espansjonijiet eċċetra, l-investiment totali kien
ta’ Lm11,00,000. Din is-sena l-investiment totali ta’ l-ewwel erba’
xhur huwa ta’ Lm14,000,000, jew ftit iżjed minn Lm14,000,000. Dik
tfisser żieda ta’ Lm3,200,000 iżjed mill-ammont li kien ġie
investit is-sena li għaddiet.
Jirriżulta
wkoll illi l-ispiża tal-konsumatur f’dak li għandu x’jaqsam ma’ durable
goods jgħidulhom, ukoll minn din is-sena irreġistrat
qabża enormi meta mqabbla ma dik ta’ l-ewwel erba’ xhur tas-sena li
għaddiet, u hemm qabża ta’ 63% fl-ispiża tal-konsumatur fl-affarijiet
illi jixtri f’dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ durables.
Wieħed irid jara issa fil-ġimgħat li ġejjien l-istatistika
x’tindikalna wkoll ma’ l-ispiża tal-konsumatur f’dak li għandu
x’jaqsam ma’ l-affarijiet ta’ kuljum għaliex l-indikazzjonijiet,
però m’għandiex ċifri uffiċjali, f’dan l-istadju huma illi l-bejgħ
hemm qiegħed anki għaliex il-prezzijiet mill-1 ta’ Mejju ’l hawn
f’diversi prodotti illi jintuzaw fil-ħajja ta’ kuljum tal-familji
tagħna, prodotti ta’ l-ikel, naqsu sostanzjalment. U allura naħseb,
però nerġa nirrepeti m’għandiex ċifri uffiċjali, hemmhekk għidt
ukoll li qed ikollna indikazzjonijiet ta’ spiża tal-konsumatur li
tkun żdiedet meta mqabbla mas-sena li għaddiet propju għaliex kien
hawn traħħis sostanzjali ta’ prezzijiet u naturalment għażla wkoll
ħafna aktar wiesgħa fit-titjib tal-prodotti li hemm għal bejgħ.
Ma rridx
intawwal fuq dan il-punt ħalli nagħtikhom l-okkażjoni biex tistaqsu
ftit mistoqsijiet però punt li ridt nagħmel huwa jekk wieħed isegwi
dawn l-indikaturi u din l-istatistika wieħed jibda joħroġ stampa li
tagħtina l-kuraġġ għal ġejjieni għax l-indikazzjonijiet huma
relattivament pożittivi. Ma rridx niġri u ma rrid lill-ħadd jiġri
bl-entużjazmu u s-sitwazzjoni tibqa’ sitwazzjoni li wieħed irid
jibqa’ jħares lejha b’attenzjoni kbira. Il-Gvern irid jibqa’
attiv, kull ġurnata iħares lejn l-izviluppi li jkunu għaddejin,
jindirizza l-prijoritajiet li jiena kont indikajt fil-bidu meta ħadt
il-ġurament tiegħi bħala Prim Ministru. Dan jinkludi naturalment l-ekonomija
u l-performance ta’ l-ekonomija
tagħna, il-finanzi u wkoll il-qasam ta’ l-ambjent illi wkoll qed
nistenna żviluppi, nittama pożittivi, fil-ġranet li ġejjin.
Issa nħalli
f’idejkom biex tagħmlu l-mistoqsijiet li tixtiequ.
Kurt
Sansone – MaltaToday
Dr. Gonzi,
tliet mistoqsijiet qosra. Il-bieraħ kellna dak l-inċident ta’ San
Pawl il-Baħar fl-opinjoni tiegħi gravi ħafna, jiġi eżatt wara
kellna żewġ inċidenti ta’ krejnijiet li għelbu. L-industrija
tal-kostruzzjoni, il-Gvern għandu ħsieb li jitfa’ għajnejh fuqha u
jara li tkun regolata b’serjetà u l-liġijiet tas-saħħa u s-sigurtà
jiġu nforzati kif suppost? It-tieni mistoqsija, fil-bidu tal-ġimgħa għidt
illi qed tiġbor l-informazzjoni dwar l-allegazzjonijiet li saru lill-John
Dalli fuq il-Freeport u l-kumpanija
Iranjana. F’hiex waslet din l-investigazzjoni jew il-ġbir
tal-informazzjoni? U t-tielet waħda l-prospetti għat-tkabbir ekonomiku
ta’ din is-sena x’inhuma?
Prim
Ministru
Naqbel miegħek illi dak l-inċident illi ġara l-bieraħ wieħed irid
jara daqsxejn issa l-fatti li jirriżultaw u naħseb illi għadu kmieni
biex wieħed jgħaddi ġudizzju u jiena m’għandix l-informazzjoni
kompluta ħa nara x’wassal għal dan l-inċident. Però tara biss viżwali fuq it-televiżjoni
u anki r-ritratti li dehru hemm ħerba sħiħa u wieħed irid jara
x’kienet ir-raġuni illi seħħ straġi bħal dik li tfisser ukoll
telfien ta’ ħajja jew il-periklu ta’ telfien tal-ħajja, f’mument
kif qed tgħid tajjeb inti wkoll meta kellna fil-ġimgħat illi għaddew
żewġ inċidenti
oħrajn fil-qasam tal-kostruzzjoni illi jindikaw illi dan huwa settur
illi iva rridu nenfasizzaw il-bżonn illi jsegwi r-regolamenti.
Fil-qasam tal-kostruzzjoni l-istatistika dejjem urietna, irrid ngħid,
mhux f’Malta biss imma anki f’pajjiżi oħrajn, illi dak huwa l-aktar
settur illi fiħ iseħħu inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol u inċidenti
li jsofru minnhom mhux biss il-ħaddiema imma imbagħad anki individwi u
persuni u ċittadini.
U allura
naqbel illi l-awtorità fuq is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
għandha tara bl-aktar mod strett
illi s-settur tal-kostruzzjoni isegwi r-regoli kollha li hemm bżonn. L-ewwelnett
għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-impjegati, għall-ħaddiema
stess f’dak is-settur. Però imbagħad hemm aspetti oħrajn, li r-regolamenti
tal-bini, ta’ safeguards,
issa mhux biss ta’ saħħa u s-sigurtà għall-ħaddiema imma anki ta’
kif jinbena li hemm bżonn biex wieħed jevita l-perikli, min hu
responsabbli fuq dawn l-affarijiet, responsabbiltajiet ta’ kulħadd
biex l-affarijiet isiru sew. Żgur illi dawn l-inċidenti ifissru illi
f’dan il-qasam għad fadlilna ħafna aktar x’nistgħu nagħmlu. Għad
fadlilna ħafna aktar x’irridu nagħmlu biex nigarantixxu illi dan
it-tip ta’ inċidenti ma jseħħux.
Dwar l-allegazzjonijiet
li saru minn Dr. Sant fil-konfront tal-Ministru Dalli, jiena jumejn ilu
stedint lill-Dr. Sant biex jippubblika l-informazzjoni kollha,
assolutament kollha li għandu u din ma jogħqodx jistenna li jgħaddi
l-informazzjoni biċċa biċċa jew inkella jikxef biċċa biċċa jew
jgħid li għandu xi informazzjoni li jgħaddiha lili personali. Hu
stess qal li m’għandu xejn kunfidenzjali mal-poplu Malti. Jien iżjed
minnu m’għandi xejn kunfidenzjali mal-poplu Malti, irrid li kemm Dr.
Sant u mhux Dr. Sant biss imma kwalunkwe persuna oħra li taħseb li għandha
xi informazzjoni tippubblikaha biex inkunu nafu preċiz il-pożizzjoni
x’inhi. Wieħed irid jenfasizza però li l-Ministru Dalli ċaħad dan
kollu u l-bieraħ ħabbar illi ser jiftaħ kawza wkoll ta’ libell
kontra Dr. Sant għaliex għamel allegazzjoni illi hija ovvjament gidba
u wieħed irid jara issa dak il-proċess fejn irid iwassal.
Jien irrid
ngħid li Dr. Sant issa ilu għaddej b’din it-tip ta’ kampanja mill-ewwel
ġurnata li laħaq Kap ta’ l-Opożizzjoni, dak ifisser li ilu Kap ta’
l-Opożizzjoni issa għal-12 is-sena, taqta’ barra 22 xhar li għamel
bħala Prim Ministru. Għamel allegazzjonijiet, jekk tagħmel lista ta’
allegazzjonijiet tiegħu timla ktieb sħiħ, kellu l-okkażjoni
jinvestiga hu stess meta kien Prim Ministru, tul dawn is-snin kollha
kemm ilu jfajjar l-allegazzjonijiet left right and centre ma rriżulta ebda waħda mill-allegazzjoni
tiegħu li kienet korretta, inkluż investigazzjonijiet li għamel hu
stess meta kien Prim Ministru. U allura fil-waqt li nagħti attenzjoni u
serjetà kbira lejn dawn l-allegazzjonijiet għax jien irrid illi l-hallmark ta’ dan il-Gvern tkun il-hallmark ta’ serjetà, tkun hallmark
ta’ Gvern illi jżomm l-għola livelli possibbli ta’ etika, ta’
mod kif isiru l-affarijiet però l-premessa tiegħi hi li dawn l-allegazzjonijiet
qed isiru minn bniedem li mhux
kredibbli. Minn bniedem illi jfajjar
allegazzjonijiet bl-addoċċ u jipprova jkisser lin-nies u kull darba
rriżulta illi l-allegazzjonijiet tiegħu kienu infondati għall-aħħar.
Dwar il-prospetti tat-tkabbir ekonomiċi, l-indikazzjonijiet kif għidt
diġà huma indikazzjonijiet li għandhom ituna stampa illi hija ftit iżjed
pożittiva minn dik li bdejna biha matul din is-sena. Però nirrepeti ma rridux ngħaġġlu
u ma rridux nitilqu bl-entużjazmu għaliex l-affarijiet jistgħu
jinbidlu kultant b’riżultat ta’ żviluppi li jkunu qed isseħħu
fis-suq internazzjonali f’dinja internazzjonali, li aħna ftit li xejn
ikollna kontroll fuqhom. Nirrepeti per eżempju ż-żieda f’daqqa waħda
fil-prezz taż-żejt jista’ jkollha impatt illi ma kienx qed jiġi
kkalkolat u rridu naraw dak l-impatt x’se jkollu, allura jien inkun
prudenti ħafna illi meta niġi biex nagħti previżjoni illi tkun medium
to long term f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ekonomija.
Li nista’
ngħid huwa illi jiena mill-informazzjoni li għandi bħalissa għandi
indikazzjonijiet li huma izjed pożittivi minn dawk tal-bidu ta’
din is-sena.
Rosanne
Zammit – The Times
Dr. Sant
il-bieraħ qal li l-informazzjoni li għandu hu fuq il-Ministru Dalli
hija identikà għall-informazzjoni li għandek inti, u l-investigazzjoni
imma li qed tagħmel inti, tista’ tgħidilna aħjar f’hiex waslet?
Prim
Ministru
Iva, jiena
ma nafx kif Dr. Sant, din oħra minn tiegħu. Kif jista’
jgħid li l-informazzjoni tiegħu hija identikà bħal tiegħi meta hu
ma jafx x’informazzjoni għandi jien? Dawn huma statements
illi nitlob lill-ġurnalisti biex isaqsu lill-Dr. Sant. Mistoqsija
interessanti li nixtieqkom tagħmlulu għax anki jien mejjet bil-kurżità,
kif jaf Dr. Sant x’informazzjoni għandi jiena?U allura l-istatement tiegħu minn fejn qed jagħmlu? U
għalhekk ngħid jiena li din hi issue
ta’ kredibbilità, dubbjuża għall-aħħar fuq il-mod kif ifajjar l-istqarijiet
Dr. Sant. Jiena għidt li qed niġbor l-informazzjoni kollha fuq din l-allegazzjoni
li saret u mhux kwistjoni ta’ investigazzjoni għaliex jiena ma
nemminx li Prim Ministru għandu se mai
jinvestiga. Din l-investigazzjoni trid issir minn min hu kompetenti
imma jrid ikolli l-informazzjoni kollha possibbli f’idejja biex jien
nieħu d-deċiżjoni li għandi bżonn nieħu. Dik hija xi ħaġa li
ninsisti fuqha.
Ruth
Amaira – PBS
Prim
Ministru fi żmien ftit ġranet oħra l-poplu għandu appuntament, l-ewwel
wieħed tax-xorta tiegħu, għall-elezzjonijiet Ewro Parlamentari. Kif
qed tħares lejhom dawn l-elezzjonijiet? X’aspettazzjonijiet għandek?
Prim
Ministru
Iva, it-12 ta’ Ġunju hija ġurnata mportanti ħafna għal-poplu Malti
u Għawdxi kollu. Naturalment għal dak li għandu x’jaqsam mal-ħidma
tal-Gvern it-12 ta’ Ġunju ma tidħolx fl-equation
fis-sens li l-Gvern huwa impenjat, qed jaħdem fuq il-prijoritajiet
li jidentifika bħala Gvern, ħa deċizjonijiet illi rrid ngħid kienu
deċiżjonijiet uħud minnhom diffiċli u li konna nafu, għax saqajna
ma’ l-art, issa b’mod realistiku nirrikonoxxi li huma deċizjonijiet
li jistgħu jkollhom impatt politiku. Però meta ġejna bħala Gvern
biex niddeċiedu jekk bejn il-bżonn li tieħu d-deċiżjoni għall-interess
nazzjonali u l-impatt politiku li jistgħu jkollhom fuq l-elezzjonijiet
tat-12 ta’ Ġunju, id-deċiżjoni ta’ dan il-Gvern
kienet illi jekk huma deċiżjonijiet ta’ interess nazzjonali, jittieħdu
deċiżjonijiet fl-interess nazzjonali, anki jekk ikun hemm impatt
politiku.
Għalhekk
jiena ngħid, niċħad kategorikament l-allegazzjoni li għamel Dr. Sant
xi ġimgħatejn ilu illi hemm xi deċiżjonijiet li qed jiġu posposti għal
wara t-12 ta’ Ġunju. Din hija illużjoni tat-12 ta’ Ġunju, anzi
jiena lill-Dr. Sant bħala Kap ta’ l-Opożizzjoni akkużajtu li hu qed
jieħu pożizzjonijiet minħabba t-12 ta’ Ġunju u mhux il-Gvern. U żgur
li f’dak li qed jgħid u f’dak li ilu jgħid matul dawn il-ġranet
li għaddew huma preċiżament minħabba t-12 ta’ Ġunju. Però jibqa
l-fatt li t-12 ta’ Ġunju hija data importanti għall-elettorat Malti,
għaliex il-poplu Malti u Għawdxi se jagħżel il-ħames rappreżentanti,
illi għall-ewwel darba, il-ħames rapprezentanti Maltin u Ghawdxin, għall-ewwel
darba se jirrapreżentaw il-poplu Malti u Għawdxi kollu fil-Parlament
Ewropew u allura huwa ta’ interess għall-pajjiż kollu kemm hu illi
fit-12 ta’ Ġunju isiru l-aħjar għazliet possibbli.
Dan huwa
ta’ interess, issa ħa npoġġiha mhux mill-aspett politiku, huwa ta’
interess għall-Gvern bħala Gvern tal-pajjiż, tajjeb għas-sempliċi
raġuni, jew waħda mill-lista twila ta’ raġunijiet, imma waħda
mir-raġunijiet ewlenin li kulħadd jaf li l-Unjoni Ewropea bħalissa diġà
bdiet id-diskussjonijiet fuq dak li jgħidulhom il-prespettivi
finanzjarji, il-prespettivi finanzjarji huma l-preparazzjoni tad-diskussjoni
ta’ l-envelope tal-budget
ta’ l-Unjoni Ewropea għall-perjodu ta’ żmien mill-2007 sal-2013.
Dan ifisser li għall-ewwel darba fl-esperjenza ta’ pajjizna se
jkollna l-opportunità unika li se nkunu madwar il-mejda fid-deċiżjonijiet
li l-Unjoni Ewropea se tieħu fl-allokazzjoni tal-budget
tagħha għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013.
Hawnhekk
hawn interess nazzjonali qawwi ħafna u allura huwa kruċjali illi r-rappreżentanti
ta’ pajjiżna jkunu rappreżentanti li jkunu kapaċi, li jkunu
konvinti mir-realtà ta’ l-Unjoni Ewropea u l-benifiċċju tas-sħubija
ta’ Malta ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, illi teknikament ikunu
kompetenti biex jagħmlu l-argumentazzjoni kollha ħalli jsostnu anki l-Gvern
fil-proċess ta’ diskussjoni ħalli Malta tieħu dak li jixraqilha
mill-perspettivi finanzjarji u allura mill-budgets
ta’ l-Unjoni Ewropea għall dan il-perjodu ta’ żmien bejn l-2007 u
l-2013. Dak se jkun perjodu ta’ żmien importanti ħafna għall-pajjiżna,
se jkun importanti għaliex pajjiżna f’dawk is-snin partikolari se
jkun miexi fit-triq biex jgħolli l-istandards u l-livelli tal-ħajja tal-poplu tagħna għall-livelli
Ewropej u allura r-riżultati ta’ dawk in-negozjati finanzjarji se
jkunu mportanti ħafna. F’dan is-sens it-12 ta’ Ġunju jakkwista
importanza kbira ħafna għaliex irridu nagħżlu nies mhux biss għal
kulur politiku tagħhom u mhux biss sempliċement għax xi ħadd joħroġ
iwerżaq f’mass meeting jew
juri kemm hu kapaċi jsaħħan l-irjus tan-nies, imma anzi bil-kontra
rridu nagħżlu nies li huma kalmi, li huma teknikament kompetenti, li
huma kapaċi jagħmlu l-argumentazzjoni u li kapaċi jmorru fl-Unjoni
Ewropea u jitkellmu b’mod dinjituż però b’mod qawwi fl-isem
il-poplu tagħna.
Mario Xuereb - Net Television
Semmejt il-kwestjoni ta’
l-isptar, għidt li se tkun qed
tiltaqa’ maċ-chief executive
ta’ l-iSKANSKA fil-ġimgħat li ġejjin.
Prim Ministru
Ltqajt miegħu dil-ġimgħa.
Mario Xuereb - Net Television
Ħassejt il-ħtieġa li tiltaqa’ miegħu minħabba illi forsi rajt xi
dewmien żejjed jew qed iżommu mat-targets
fil-bini ta’ l-isptar?
Prim Ministru
Le, waħda mill-affarijiet mil-lista twila ta’ affarijiet li għamilna
f’dawn it-tmien ġimgħat kemm ili li ħadt il-ġurament tiegħi bħala
Prim Ministru kienet illi qbadna l-proġetti kapitali, il-kbar kollha.
Dan jinkludi il-proġett taċ-Ċirkewwa, il-proġett ta’ l-Imġarr,
il-proġetti kbar kollha inkluż ukoll naturalment il-proġett ta’ l-isptar
li huma proġetti illi jixorbu ammonti kbar ta’ flus kapitali illi
naturalment, m’għandix għalfejn nispjegalkom, għandom impatt qawwi
ħafna fuq il-bottom line tagħna
jiġifieri fuq id-deficit fl-aħħar
tas-sena.L-eżerċizzju
minn naħa tiegħi, minn naħa tal-Gvern huwa li naraw illi dik l-ispiża
kapitali (1) tkun ikkontrollata, (2) naraw li aħna ma mmorrux għall-esaġerazzjonijiet
għall-pajjiżna (3) li nieħdu l-ogħla valur possibli għall-investiment
li qegħdin nagħmlu (4) li l-proġetti jsiru u jsiru f’termini ta’
żmien illi nkunu qbilna fuqhom u nkunu nafu allura proġett meta se
jispiċċa, mhux biss meta jibda, imma meta se jispiċċa.
L-isfida ta’ l-isptar il-ġdid hija sfida kbira ħafna għax dak huwa l-ikbar
proġett kapitali li għandu pajjiżna.L-indikazzjonijiet huma li l-ispiża ta’ l-isptar effettivament
se tkun sostanzjali u allura ittieħdet mill-ewwel inizjattiva biex
niddiskutu ma’ l-iSKANSKA ħalli l-Gvern ikollu quddiemu preċiż
il-programm li jkun garantit illi naslu għall-konklużjoni ta’ dan
il-proġett malajr kemm jista’ jkun għaliex huwa proġett illi jien
nixtieq jibda jissarraf malajr kemm jista’ jkun għall-ġid tal-poplu
tagħna. Però li jkollna wkoll kontroll sħiħ fuq l-ispiża ta’ dan
l-isptar kapitali ħalli issa, nittama li ma ndumux ma nibdew ukoll
nitkellmu fuq l-ikar parti mportanti u ċioè il-mod ta’ kif se jopera
dan l-isptar il-ġdid, kif se jipprovdi s-servizzi l-ġodda
lill-pazjenti, l-klijenti ta’ l-isptar li hija xi ħaġa
importantissima.
Dik tkun il-fażi li jkun imiss imma f’lista ta’ prijoritajiet ta’
x’inhu urġenti, x’jiġi l-ewwel, naturalment l-ewwel ħaġa
mportanti ħafna hija li nikkristallizzaw il-pożizzjoni f’dak li għandu
x’jaqsam ma’ l-ispiża kapitali ta’ l-isptar, anke għaliex bħalma
tafu issa ngħata t-tender għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-equipment ta’ l-isptar u dalwaqt nibdew naraw dan l-equipment
issa jibda jiġi u allura kollox irid ikollu s-sinerġija li
jissetilja.Dan huwa,
nirrepeti, l-ikbar proġett li għandu l-Gvern bħalissa f’idejh.
Julia Farrugia – Super One
Tliet mistoqsijiet.Tkellimna
dwar l-investigazzjoni dwar John Dalli.L-informazzjoni li inti trid tiġbor mingħand min hu kompetenti,
ċioè jekk wasaltx diġa’ f’dan l-istadju, li tgħaddi xi tip ta’
nformazzjoni lil xi ħadd u kif tlaqt mill-premessa li bdejt tgħid illi
hija hallmark tal-Gvern tiegħi
li kollox jimxi kif suppost u bi kredibilita’ meta tlaqt diġa’
mill-punt illi l-Gvern tiegħek jimxi kif suppost bla ma ħadd
itappanlek dan l-image.Kif tlaqt, allura, mill-punt li int qed tgħid nikkwotak
“ovvjament din hija gidba u qed isiru minn bniedem mhux kredibbli, min jidħol għall-investigazzjoni jidħol mingħajr
veduti u jinvestiga u janalizza kollox.”
It-tieni mistoqsija, statistika maħruġa l-bieraħ mill-Eurostat turi li r-rata tal-qagħad f’Malta bħalissa qegħda 9%
minnflok tonqos, kif qed tgħid inti, qed tiżdied tant illi f’sena waħda
żdiedet aktar minn 1%.Il-mistoqsija,
jekk inti temminx din l-istatistika tal-Eurostat
jew xorta tibqa’ ssostni li l-affarijiet fil-qasam ta’ l-impjiegi
sejrin fid-direzzjoni t-tajba.
It-tielet mistoqsija, semmejt illum l-isptar, jekk tistax tgħidilna meta se
jiftaħ dan l-isptar jew jekk għandekx f’idejk il-figura uffiċjali
ta’ kemm se jiġi jiswa u ċioè allura jekk taqbiżx din il-figura li
kienet diġa’ ssemmiet kemm se jiġi jiswa l-isptar.
Prim Ministru
L-ewwelnett dwar l-ewwel mistoqsija iva qed nerġa’ nikkonferma li qed niġbor
l-informazzjoni kollha fuq dan il-każ.Meta jien għidt “ovvjament gidba”
għaliex John Dalli l-bieraħ fl-istqarrija li hu ħareġ, hu stess qal
illi se, qed ifittex lil Alfred Sant għall-malafama għaliex Alfred
Sant allega illi d-delegazzjoni partikolari ttieħdet biex tiekol għall-ikel
fid-dar ta’ John Dalli u John Dalli qed jiċħadha din bl-ikbar mod
kategoriku u se jkun qed ifittex lil Dr. Sant.Apparti minn dan jien għandi nformazzjoni wkolli li d-delegazzjoni
li kienet ġiet fi Frar kienet ġiet speċifikament bil-proċedura
normali tal-protokoll ta’ komunikazzjoni bejn gvern u ieħor, b’not
verbali li għaddiet minn gvern għall-ieħor, b’not verbali li għaddiet
imbagħad mill-ambaxxata tagħna f’Ruma li għaddiet lill-Foreign
Affairs tagħna lill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin li kien
Joe Borġ dak iż-żmien biex tinfurmana li ġejja din id-delegazzjoni
fi Frar li għadda u allura jiena għandi din l-informazzjoni
dokumentata u li tagħtini stampa illi hija differenti minn dik li qed
jallega Dr. Sant.M’hiniex
qed nieħu l-ebda pożizzjoni f’dan l-istadju però qed niġbor
il-fatti kollha f’idejja.
Dwar il-Eurostat jien mhux qed
nikkontesta ċ-ċifra tal-Eurostat
assolutament għax dan aħna f’pajjiżna, irridu nżommu quddiem għajnejna,
għandna żewġ metodi ta’ kif inkejlu l-qagħad f’pajjiżna u wieħed
minnhom huwa l-ekwivalenti ta’ dak li jeżisti fl-Unjoni Ewropea
kollha kemm hi u ċioè li jsir il-labour
force survey.U ċ-ċifri
li qed jiġu kkwotati, naturalment, isiru abbażi tal-labour
force surveys li jiġu ppubblikati mal-pajjiżi kollha.Jiena qed nikkwota dejjem iċ-ċifra li toħroġ min-numru ta’
nies li qegħdin jirreġistraw fil-part one ta’ l-ETC.Għax
insostni illi dak hu kejl li jindikalna b’mod preċiż, b’head count tan-nies, illi allura jagħtina stampa illi għandna
nimxu fuqha għax dejjem imxejna fuqha fl-imgħoddi. Però ma jfissirx li ma
ngħatix każ li jiġi ppubblikat mill-labour
force survey għax dak huwa eżerċizzju mportanti ħafna, anzi jagħtik
forsi ftit informazzjoni iżjed wiesgħa però dejjem inżomm quddiem għajnejja
dak huwa sample.
Sample meħud jidhirli fuq numru ta’ 6,000 persuna li tkun magħżula
random u allura nitrattaħ ta’
sample, nagħtih l-importanza
li huwa għandu għax jagħtik trends
u t-trend, anke mill-labour force surveys li aħna għandna jikkonfermaw ukoll illi
partikolarment
minn
Marzu ’l hawn żgur iċ-ċifri jindikaw ir-rata tan-nies jirreġistraw
għax-xogħol qiegħed jonqos.
Jiena nerġa’
nikkonferma dak li għidt pubblikament għax kelli telefonati jien
personalment mingħand is-sidien tal-fabbriki.Sid wieħed partikolari li ftit xhur ilu kien ittermina n-nies
b’sensji, lili personalment ikkonfermali li reġa’ sejjaħ lil dawk
kollha li kien itterminalhom l-impjieg biex jimpjeghom u qiegħed
jassorbi miegħu ukoll ħaddiema oħrajn li ġew issensjati
minn
fabbriki oħra.Din ir-raġuni
hija għax intrebħu kuntratti, kuntratti ġodda ta’ xogħol illi l-kumpannija,
allura, li għaddiet
minn
ċerti diffikultajiet fix-xhur li għaddew reġgħet irkuprat u issa
miexja ’l quddiem.U
allura dawk huma l-indikazzjonijiet.Ir-riserva nerġa’ namgħmilha.Ma jfissirx li b’daqsekk irridu nserrħu rasna u allura nistgħu
ngħidu solvejna d-diffikultajiet li aħna għandna għaliex is-settur
tal-manifattura rridu jew ma rridux, b’saqajna ma’ l-art, b’mod
realistiku, mingħajr ma nagħmlu ballun politiku ta’ kollox f’pajjiżna,
irridu nifhmu li s-settur tal-manifattura f’pajjiżna jrid biex
jikkompeti jagħmel bidliet kbar u anke jekk jagħmel bidliet kbar hemm
il-possibilta’ illi mqabbla, ħdejn manifattura li qegħda tiżviluppa
b’mod qawwi ġewwa pajjiżi ’l bogħod, bħal ma huma ċ-Ċina,
f’livell ta’ pagi ta’ ħaddiema qatt ma nistgħu nkunu nikkompetu
magħhom.
Jien il-punt tat-tluq
tiegħi huwa nirrikonoxxu r-realta’, nżommu parametru mportanti ħafna
f’pajjiżna jiġifieri, illi f’pajjiżna, fl-interess ta’ pajjiżna
ma jaqblilniex illi aħna nibqgħu ninvestu f’tip ta’ inizjattivi li
jfissru sussidji diretti jew moħbija u jaqblilna ħafna iżjed li ninċentivaw
investiment f’pajjiżna li jmur f’dak is-setturi tal-manifattura li
joffru opportunitajiet għal pajjiżna.U mill-informazzjoni li għandi jien mill-Malta
Enterprise
jidher illi f’dawn il-ġimgħat
li għaddew, partikolarment mill-ewwel ta’ Mejju, l-interess f’
pajjiżna f’setturi partikolari, il-farmaċewtiċi huma fost oħrajn,
kiber sostanzjalment. U allura jiena nemmen ħafna li dik hija t-triq li
nagħżlu u nidentifikaw dawn is-setturi li jistgħu jiggarantixxu għall-medda
ta’ snin postijiet tax-xogħol, li joffru kundizzjonijiet tajbin għall-ħaddiema
tagħna, però li jistgħu joffru wkoll prodott li jkun kompettitiv fuq
medda twila ta’ snin fis-suq Ewropew u jiena ngħid fis-suq
internazzjonali.
Dwar l-isptar, le ma
nistax ngħidlek data preċiża meta l-isptar ikun komplut.Għandi ndikazzjoni, iva, però
kif għidtlek jiena rrid illi jkolli d-dettalji kollha f’idejja
b’mod realistiku, jkolli l-pjan stabbilit f’idejja b’mod
realistiku, illi jkun jista’ jagħtini d-data ta’ meta nistgħu ngħidu
iva l-isptar ikun operational f’partijiet
minnu jew kollu kemm hu, jew f’medda ta’ snin, f’ta’ żmien, kif
ukoll figura preċiża ta’ dak li għandu x’jaqsam, ta’ x’ħa
jiswa finalment dan il-proġett importanti għall-pajjiż.Irrid nfakkar illi kienu ttieħdu deċiżjonijiet dwar l-isptar
fi żmien l-amministrazzjoni ta’ Dr. Sant, illi kienu jfissru sulari
ġodda għall-proġett ta’ l-isptar li kienu parti mill-equation
li biddlet allura, l-kalkolu oriġinali ta’ kemm kien se jiswa’ dak
l-isptar għall-kalkolu li qed isir bħalissa.
Fr. Noel Grima – The Malta
Independent
Fil-lista ta’ dak li
qed isir
minn
naħa
tal-Gvern ma semmejtx il-Unit li
nħoloq fl-OPM, biex jagħmel eżerċizzju fuq l-Awtoritajiet.Kien hemm xi miżuri li ttieħdu dan l-aħħar u qanqlu
kontroversja minħabba l-miżuri fuq l-MTA, dan il-Unit
x’qiegħed jagħmel u qiegħed jinvestiga l-human
resources kemm hemm mill-complement
u jekk hemmx bżonn daqsekk, qiegħed jinvestiga kemm minnhom dawn l-awtoritajiet
huma qegħdin f’kera għolja ħafna li tista’ tiġi replaced
u hux qiegħed jinvestiga jistax jiġu synergised
u jkun hemm inqas ħela ta’ flus.
Prim Ministru
L-ewwelnett ħalli
nippreċiża, l-Unit għadu
fil-proċess ta’ formazzjoni fid-dettalji tiegħu, infatti il-ħsieb
personali tiegħi, issa qed nistenna l-pariri biex jagħtuhomli, huwa li
probabbilment se jkollna nidentifikaw jew anke nimpjegaw accountants
partikolari speċifikament biex jagħmlu dan l-eżerċizzju. Però
rrid infakkar li l-Gvern diġa’ għandu riżorsa tajba ħafna li diġa’
qed tagħtina riżultati wkoll, hija l-Management
Efficiency Unit, jiġifieri hemm hemmhekk nies tekniċi, esperti
wkoll illi diġa’ qegħda tagħtina riżultati jiena ngħid pożitivi
però għad irridu niżviluppaw ħafna iżjed, nittama li dan se nkunu
nistgħu nagħmluh issa fil-ġimgħat li ġejjin.
Jiena bqajt ftit sorpriż
matul il-ġimgħat li għaddew bil-focus
li sar fuq l-MTA, għaliex l-MTA ssemmiet fil-pubbliku fil-verita’
għalhekk sar dak il-focus. Imma
l-punt importanti li messu ħareġ huwa li dan eżerċizzju li ma hux
kwistjoni ta’ l-MTA, hija kwistjoni ta’ l-Awtoritajiet kollha
tal-Gvern mill-ikbar waħda sa l-iċken waħda fejn jien nistenna li bħalma
l-Gvern għas-settur pubbliku tiegħu, is-Civil
Service jagħmel eżerċizzju kontinwu ta’ kif inaqqas l-ispejjeż
u jagħmel l-aħjar użu possibbli ta’ riżorsi umani tiegħu,
daqstant ieħor dan l-eżerċizzju għandu jsir fl-Awtoritajiet kollha
li aħna għandna.Vera li għandna
Awtoritajiet li huma stabbiliti b’liġi u għandhom awtonomija
stabbilita bil-liġi, però l-awtonomija ma tfissirx illi l-Gvern ma jħarisx
b’lenti lejn l-ispiża li tkun qed issir
minn
dawn l-awtoritajiet kemm f’dak li għandu x’jaqsam ma’ spiża
kapitali kif ukoll ma spiża rikorrenti.
F’dan is-sens il-punti
li semmejt inti huma mportanti ħafna,
jiġifieri fejn qegħdin housed,
kemm qed iħallsu kera, jekk hemmx xi Awtorita’ li biħsiebha tixtri
xi proprjeta’ ta’ miljuni ta’ liri biex ikollha uffiċini ġodda.Fil-fatt ittieħdu deċiżjonijiet f’dawn ix-xahrejn fejn
ibblokjajna dawn id-deċiżjonijiet fejn kien hemm Awtoritajiet li kienu
qegħdin fi proċess ta’ negozjati biex jixtru proprjeta’ u jien
deherli li dak ma kienx qed jagħmel sens u waqqafnihom.U dan l-eżerċizzju ta’ moniteraġġ irid ikompli
jikber fil-momentum.
Tridu tapprezzaw illi
f’xahrejn tagħmel ħafna affarijiet però b’limitazzjoni ta’ kemm
tkun tista’ tikkonċentra tagħmel l-affarijiet kollha f’daqqa però
l-proċess miexi u jiena qed nagħti mportanza ħafna lil dan il-Unit
għax nemmen illi jistgħu jsiru kontrolli fuq l-ispiża b’dan il-mod.Jien mhux qed ngħid, fejn hemm bżonn ninvestu, fejn hemm bżonn
isir, jiġifieri jiena rrid l-argumentazzjoni li tiġġustifika l-ispiża
kapitali.Irrid ukoll però
li nżommu saqajna ma’ l-art, nifhmu l-limitazzjoni tar-riżorsi tagħna,
nagħżlu fejn hu neċessarju l-aħjar għall-pajjiż, però lanqas
nippretendu li jkollna kollox indurat bid-deheb.Irrid l-aħjar kwalita’ possibli, però, b’kuxjenza mingħand
kulħadd, mhux mingħand il-Prim Ministru biss, jew il-Ministri biss,
mingħand kulħadd mill-kbir saż-żgħir, tal-limitazzjoni tar-riżorsi
tagħna u tal-prijorita’ li poġġejna għalina nfusna għall-ġid ta’
pajjizna illi d-deficit ta’
pajjiżna jrid jinżel. U jrid jinżel għal-livelli stabbiliti
fil-kriterji ta’ Maastricht, jiġifieri fuq medda ta’
snin għal-livell ta’ 3%.Dik
hija mira ewlenija ta’ dan il-Gvern li trid tintlaħaq fuq medda ta’
snin.
Mistoqsija
Nhar it-Tlieta, l-Ministru
Austin
Gatt irrefera għat-Tarzna u qal li t-Tarzna tagħlaq jekk ma jintlaħqux
il-miri finanzjarji.X’inhuma
l-kummenti tiegħek u jekk tħossx li dikjarazzjoni bħal din tagħmel
iktar ħsara milli ġid.
Mistoqsija oħra hija
dwar il-miżbliet temporanji ħdejn l-Imnajdra u Ħaġar Qim.Il-Waste Serv kienet
qed tagħmel studju f’artijiet alternattivi, u kienet semmiet li fi
ftit ġimgħat għandu jitlesta dan ir-rapport.Fiex waslu dawn l-affarijiet?
Prim Ministru
L-ewwelnett dwar it-Tarzna,
jien diġa’ kelli l-okkażjoni li ngħid illi l-indikazzjonijiet mill-Management
Accounts li rajt jien s’issa, jiġifieri sa l-aħħar ta’ April
li għadda, juru illi t-targets, bottom line, li stabbilejna skond il-pjan ta’
ristruturazzjoni qegħdin
effettivament jintlaħqu.Li
jiddispjaċini huwa li stajna anke akkwistajna riżultati aħjar
minn
dawn.
Issa din irridu nifhmu
l-impatt tagħha, dan li qed ngħid huwa statement
illi għandu implikazzjoni qawwija għax li qed ngħid huwa xi ħaġa
li għall-ewwel darba fi tletin sena, mhux iżjed, qiegħda vera jkollna
stampa li qed turina li nistgħu t-Tarzna nġibuha fuq livell li jkun
sostenibbli u vijabbli mingħajr il-bżonn ta’ sussidji.Li qed ngħid ukoll, l-implikazzjoni tiegħu huwa b’saħħtu ħafna
għaliex irridu niftakru li matul is-sena li għaddiet 2003, bejn is-Shipbuilding
u bejn it-Tarzna ta’ Bormla kien hemm telf effettivament, kien jilħaq
mat-30miljun lira.U allura
r-riżultati li ġew akkwistati s’issa jfissru li l-bidliet li
nnegozjajna fil-ftehim kollettiv u li ġew
implimentati fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena qegħdin iħallulna
riżultati pożittivi. Però jfisser ukoll li bi ftit iżjed
kooperazzjoni konna anke nistgħu nġibu riżultati aħjar u forsi li
ftit nies irrejalizzaw illi li kieku ġibna riżultati aħjar u allura
rreġistrajna profitt u stajna rreġistrajna profitt, skond skema li daħlet
fil-Ftehim Kollettiv, dak il-profitt kienu jgawdu minnhom l-istess ħaddiema.
Issa f’dawn l-erba’ xhur, issa jiena nifhem b’saqajja ma’ l-art,
naturalment, il-bidliet kienu kbar u wieħed japprezza li sakemm kollox
jissetilja/joqgħod ikun hemm ftit ta’ diżgwid, però kien hemm diżgwid
li seta’ jiġi evitat. Li nista’ ngħid huwa li llum il-prospettivi
għal aktar xogħol għat-Tarzna, għaliex ħafna fl-equation
jiddependi mit-turnover tat-Tarzna
u x-xogħol li jirnexxilha tirbaħ lejha, il-prospetti huma pożittivi u
sakemm il-ħaddiema jirrealizzaw illi l-mod kif iġibu ruħhom fil-post
tax-xogħol, l-livelli ta’ effiċjenza li aħna stabbilejna jrid
jintlaħqu u l-paċi ndustrijali huma elementi qawwija fil-marketing
tat-Tarzna.Jiġifieri aħna
biex nirbħu x-xogħol lejn it-Tarzna mhux biss irid ikollna
servizz ta’ l-aħjar kwalita’ u prezz kompetittiv però fit-Tarzna u
għax-xogħol tat-Tarzna għandek element wieħed li ma ssibu mkien iżjed
tista’ tgħid, u ċioè l-istabbilita’, is-sid tal-vapur li se jibgħat il-vapur hawn Malta
jrid ikollu moħħu mistrieħ li matul il-perjodu ta’ żmien li dak
il-vapur ikun qiegħed fit-Tarzna jkun hemm paċi ndustrijali.Dik hija parti mill-istrateġija ta’ marketing
illi hija kruċjali għax tista’ tkun kompetittivfil-prezz, tista’ inti għandek l-aqwa ħaddiema. Però,
jekk sid il-vapur ikollu suspett li se jinqala’ xi nkwiet industrijali
allura hemmhekk inti titlef kuntratti kbar u tajbin għat-Tarzna tagħna
bħalma qed jintilfu wkoll f’tarznari oħrajn imma fil-Mediterran li
wkoll għandom nkwiet industrijali.
L-istatement li għamel il-Ministru Gatt, nissottoskrivih, fis-sens
illi din l-istampa, din hi realta’, għamilna pass f’Diċembru li għadda
li huwa pass kbir, li ħallas għalih l-poplu Malti u Għawdxi,
300miljun lira dejn prattikament assorbijhom il-Gvern u għax
assorbijhom il-Gvern, vera ta’ darba, però assorbejnijhom, dak
ifisser li d-deficit ta’
pajjiżna minn 6% ġie ndikat bħala 9%, dak ifisser.Issa l-poplu Malti, ma ngħidx il-Gvern, il-parti tiegħu għamilha.Kull ma qed jistenna issa huwa li n-naħa l-oħra tkompli tagħmel
il-parti tagħha.Jien fiduċjuż
illi hekk jiġri u fiduċjuż, illum ngħidha bi ftit iżjed ottimiżmu
milli stajt ngħidha erba’ xhur ilu, illi we
are on the right track, jiġifieri hemm dawl fit-tarf ta’ din il-mina
twila li ilna nimxuha għal erbgħin sena.Hemm verament dawl.U
finalment jekk jirnexxilna, l-iktar nies li se jkunu kburin bis-suċċess
li nkunu irreġistrajna ma jkunx il-Gvern, ikunu l-istess ħaddiema tat-Tarzna.U allura nerġa’ ngħid l-appell huwa ġenwin, jekk il-ħaddiema,
il-Union, kulħadd, jibqa’ jiġbed l-istess ħabel tal-Gvern għax
jifhem li dak il-ħabel huwa l-istess ħabel tal-ħaddiema stess, jien
konvint li t-Tarzna nkunu sibna t-triq li finalment iġġibha fuq
saqajha.
Dwar il-miżbliet, fl-ewwel
Konferenza Stampa li jiena kelli, kont għidtilkom illi kienet waħda
mill-ewwel issues li ġie
ttekiljat, li kien indirizzat mill-Kabinett l-ġdid u dakinhar kont ħabbart
illi konna qed nesploraw alternattivi għas-soluzzjoni li kienet ġiet
proposta, jiġifieri, barrieri li hemm ħdejn l-Imnajdra jintużaw bħala
temporary engineered landfills.Kont
għidt illi, però, biex alternattivi oħra jiġu kkunsidrati kien neċessarju
li jsiru studji tekniċi li biex jitlestew dawk l-istudji jridu perjodu
ta’ bejn 6 ġimgħat u 8 ġimgħat.Nista’ nikkonferma illi l-bieraħ lili waslitli l-informazzjoni
mingħand il-Ministru Pullicino li l-eżerċizzju tlesta u ġie audited,
jiġifieri mhux biss sar l-eżerċizzju mill-esperti imma kien hemm
ukoll proċess ta’ auditing dwar
dan l-eżerċizzju, illi allura joffrilna alternattiva ġdida li qabel
ma kienetx available u li hija fit-triq, in
line, jiġifieri, ma l-istrateġija oriġinali li titratta ħafna
oqsma f’dak li għandu x’jaqsam ma kif għandna nitrattaw l-iskart
f’pajjiżna.
Nista’ ngħid li se
nsejjaħ allura, la darba kelli din il-konferma, se nsejjaħ laqgħa
tal-Kabinett għal nhar it-Tlieta li ġejjin, ma nistgħux niltaqgħu
nhar it-Tnejn, għax apparti li hija festa hemm mpenji oħrajn, però
nhar it-Tlieta se jissejjaħ Cabinet
għal ta’ l-apposta biex issir preżentazzjoni dettaljata lill-Cabinet
u tittieħed id-deċiżjoni skond din il-preżentazzjoni.U allura l-impenn li kont għamilt jiena, prattikament ftit siegħat,
ftit ġranet wara li ħadt il-ġurament tiegħi bħala Prim Ministru se
nkun żammejtu u se nkunu qed inħabbru fil-ġranet li ġejjin, nittama
nhar it-Tlieta stess, il-konklużjoni u anke l-ispjegazzjoni tal-proċess
kollu li sar.
Malcolm Naudi – The Sunday Times
Żewġ domandi: waħda
fuq l-ekonomija - x’inhu l-istadju bħalissa tal-privatizzazzjoni?Taf li dan huwa metodu kif wieħed jista’ jibbilianċja anke d-deficit?
U t-tieni domanda, element pożittiv fil-prezz taż-żejt huwa li
dawn il-kumpanniji iżjed qegħdin jonfqu, jinvestu, f’kif jistgħu
jsibu iktar żejt.Hemm xi
pjanijiet jew hemm xi interess għal dan l-iżvilupp f’Malta?
Prim Ministru
Dwar il-privatizzazzjoni
l-proċess għaddej, overseen, immexxi
mill-Ministeru ta’ l-Investiment governattivi u ta’ l-I.T, Information Technology, jiġifieri l-Ministru Gatt.Mexjin fuq diversi fronts, jiġifieri hemm il-proċess tal-privatizzazzjoni tal-Freeport,
li huwa avvanzat sostanzjalment.Hemm il-ħsieb li nipprivatizzaw l-aspetti li għandhom
x’jaqsmu mas-Sea Malta, li wkoll qed naraw x’interessi privati jista’ jkun
hemm f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-operazzjoni tas-Sea Malta, naturalment sadanittant il-proċess tal-privatizzazzjoni
tal-Lottu, dawk huma kollha in
place.Iva, qed
nagħtu mportanza lil dan il-qasam, hemm aspetti oħrajn dwar l-investiment
li għandu l-Gvern fil-Maltacom u tant affarijiet oħrajn li huma pubbliċi,
naturalment li nista’ nikkonferma huwa mexjin f’dik it-triq,
naturalment bil-proċess, dawn huma deċiżjonijiet li jirrikjedu pariri
tekniċi.Aħna ma naqbdux u
naqbdu u nieħdu d-deċiżjonijiet mingħajr ma jkollna possibilment l-aħjar
parir tekniku possibbli biex jgħidilna kif għandha ssir l-privatizzazzjoni
u allura eventwalment imbagħad liema tkun l-aħjar offerta possibbli
biex il-pajjiż jieħu l-massimu possibbli anke għaliex naqbel miegħek
hemm diversi aspetti oħrajn, però hija parti mportanti wkoll kif
nindirizzaw l-issue primarja
tad-deficit tagħna.
Fuq iż-żejt, kulħadd
jibqa’ jittama li xi darba
Malta
jkollha din ix-xorti illi ssib iż-żejt.S’issa l-eżerċizzji kollha li ppruvajna nagħmlu gvernijiet
differenti, allavolja ntefqu miljuni ta’ liri, effettivament ma rriżultawx,
ma tawnix ir-riżultat li nixtiequ.Naturalment wieħed jibqa’ jipprova.Hemm issues li qatt ma
semmejnihom, fis-sens li ma kellix l-okkażjoni f’press
briefings ta’ dan it-tip li nidħlu fihom, għaliex hemm partijiet
marbuta ma’ din li jolqtu issues
ta’ kontroversja ma’ pajjiżi ġirien tagħna, Libya, Tuneżija,
u f’ċertu sens indirettament hemm involuta l-Italja, anke dan
il-qasam matul dan ix-xahrejn kemm ili Prim Ministru komplejt fuq ix-xogħol,
naturalment li kien sar minn gvernijiet ta’ qabel, mill-Prim Ministru
ta’ qabli, biex naraw daqxejn l-iżviluppi fil-Mediterran li kellna,
l-iżviluppi politiċi, l-ambjent politiku, l-atmosfera politika
toffrilniex xi alternattivi jew inizjattivi ġodda. F’dan l-istadju għadu
kmieni ħafna biex nkun nista’ nidħol fid-dettal, però, huwa qasam
li qed nħarsu lejh, nista’ ngħid bl-istess determinzzjoni li kienu
qed iħarsu lejh anke Prim Ministri ta’ qabli.
Nicholas Baldacchino – Media
Centre
Fir-rapport tagħha,
l-MEA, dwar il-patt soċjali qed issostni li għandhom jonqsu l-ħaddiema
tal-Gvern sas-sena 2008 b’12,000.Nixtieq nkun naf ir-reazzjonijiet tiegħek.Ukoll dan l-aħħar, fi programm f’Super
One, uffiċjal tal-Partit Laburista qal li żgur li l-intenzjoni
tal-Gvern hija li xi darba jew oħra n-nofs ta’ nhari taċ-Ċivil se
jispiċċaw.Il-kummenti
tiegħek.
Prim Ministru
Żewġ mistoqsijiet li
forsi nista’ ngħaqqadhom fi tweġiba’ waħda.Ħadt pjaċir li l-MEA ħadet l-inizjattiva’ li kkontribwiet hi
wkoll għad-diskussjoni fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u
Soċjali biex wieħed jasal għal dak li jisejjaħ il-Patt Soċjali.Inizjattiva li pparteċipat b’mod qawwi fiha l-UHM li ppreżentat
ukoll il-proposti tagħha għal dak li għandu x’jaqsam mal-Patt Soċjali.
Patt Soċjali jfisser li l-imsieħba
soċjali kollha madwar il-mejda b’mod matur u b’mod illi japprezza
l-interessi tal-pajjiż x’inhuma, ifisser li madwar dik il-mejda
jinstabu s-soluzzjonijiet u s-soluzzjonijiet ifissru kif u taħt liema
ċirkostanzi wieħed per eżempju, jirregola żidiet fil-pagi li nagħtu
fil-pajjiż, kif u taħt liema ċirkostanzi u b’liema mod il-Gvern
anke jikkontrolla l-ispiża tiegħu, kif u b’liema mod il-Gvern
jitratta l-qasam tat-taxxi u l-mod ta’ kif it-tassazzjoni f’pajjiżna
hija applikabbli u kif dik teffettwa l-kompetittivita’ ta’ pajjiżna.
U allura jiena l-ewwelnett
nieħu pjaċir illi l-imsieħba soċjali jikkontribwixxu.Nuża l-frażi Maltija, li ħadd ma jibża jdendel il-ġonġol.Il-Gvern naturalment jerfa’ r-responsabbilta’ primarja, għaliex
il-Gvern huwa responsabbli li jieħu d-deċiżjonijiet eżekuttivi, però,
li l-imsieħba soċjali jaqdu r-rwol tagħhom fis-soċjeta’ tagħna,
billi joħorġu bi proposti, jiġifieri mhux nieħdu l-pożiżżjoni ta’
reazzjoni għal xi proposta għax li tirreaġixxi bħalma qed tagħmel
l-Opożizzjoni f’kollox, hija l-iktar ħaġa faċli.Il-parti li vera hija ta’ utilita’ għall-pajjiż li wieħed
joħroġ bi proposti li jkunu realistiċi, workable,
feasible.U f’din is-sitwazzjoni
tkun a give and take.Mhux se noqgħod ngħid il-Gvern jekk għandux inaqqas 12,000,
jiena ngħid żgur li l-Gvern, għandu jnaqqas, iva, in-numru ta’ ħaddiema
li għandu fis-settur pubbliku kif ilu jagħmel matul dan l-aħħar għaxar
snin.
Jien nistieden lill-media
tivverifika l-istatistika kollha ppubblikata mill-NSO.Aqbdu n-numru li kien hemm indikat bħala t-total ta’ ħaddiema
jaħdmu fis-settur pubbliku għaxar snin ilu, araw in-numru li jeżisti
llum u tibdew tirrealizzaw illi n-numru naqas sostanzjalment.U dan huwa proċess li huwa parti
minn
proċess ta’ ristruturazzjoni tal-Gvern, tas-settur pubbliku, huwa proċess
pożittiv li qed inaqqas il-perċentwali tas-settur pubbliku overall
għaliex vera, meta tqabbel lil pajjiżna ma pajjiżi oħrajn għandna
settur pubbliku li huwa qawwi.Kif
dan isir jrid isir b’mod intelliġenti, b’mod għaqli, b’mod li ma
joħloqx diżgwid soċjali, però, b’mod li finalment iwassal għall-benefiċċji
għall-pajjiż.
Hawn min ikkritika lill-Gvern għaliex indirizza dan l-issue
per eżempju billi offra skemi ta’ rtirar kmieni f’Awtoritajiet.Jiena niftakar il-kritika li kienet saret fil-konfront tat-Tarzna,
fil-proċess ta’ ristruturazzjoni tat-Tarzna għax it-Tarzna, 24 xahar
ilu kellha 3,600 jaħdmu magħha, bejn iż-żewġ tarznari.Illum għandha 1,600.Dak
ifisser illi naqsu 2,000 ruħ, mhux ċajta! F’perjodu qasir ħafna ta’
żmien.Uħud minn dawn ħarġu fuq
skema ta’ rtirar kmieni, uħud minn dawn ħarġu fuq skema ta’ rtirar volontarju, ħadu somma flus u reġgħu
daħlu fid-dinja tax-xogħol f’postijiet tax-xogħol oħrajn.Jiġifieri huwa proċess importanti ħafna għall-pajjiż għaliex
inti tikkontrolla anke l-ispiża pubblika
u allura anke
tikkontrolla d-deficit ta’
pajjiżna billi tindirizza wkoll dan l-issue
ta’ kif il-Gvern għandu jnaqqas is-settur pubbliku tiegħu.
Dwar in-nofs ta’ nhari,
jiena nerġa’ ngħid din issue illi
żgur trid tiġi diskussa fuq livell ta’ patt soċjali fejn hemm give and take u wieħed jara jasalx għall-konklużjoni.Dan xejn ġdid.Ma
nafx għaliex nissorprendu ruħna, hemm Awtoritajiet governattivi li diġa’
aċċettaw negozjati illi n-nofs ta’ nhari jitneħħew u fil-ftehim
kollettiv ġie stabbilit illi n-nofs ta’ nhari qegħdin jitneħħew u
effettivament allura issa dawn l-Awtoritajiet qed jagħtu servizz illi
huwa komplut matul is-sena kollha.F’ċerti
Awtoritajiet dan il-proċess beda. Beda, però, u twettaq bi qbil mal-Unions
f’kuntest ta’ ftehim kollettiv.U naħseb ikun tajjeb għall-pajjiżna jekk niddiskutuh.
Irridu niftakru illi
pajjiżna għamel avvanzi kbar matul dawn l-aħħar għaxar snin, l-ambjent
ta’ l-uffiċini tax-xogħol tagħna li qabel fis-sajf ma kienx
jirrendu atmosfera li wieħed jista’ jaħdem f’ċertu kumdita’
illum huma prattikament ambjenti differenti, ħafna aħjar, allura wieħed
irid janalizza s-sitwazzjoni.Illum
jifhem x’inhum l-bżonnijiet tal-pajjiż, jifhem illi waħda mill-prijoritajiet
tal-Gvern hija li jgħolli l-produttivita’ tiegħu across
the board, u tgħolli l-produttivita’ tfisser illi għal kull siegħa
xogħol tieħu siegħa xogħol.Jiġifieri
wieħed irid jara daqxejn ċertu Awtoritajiet, l-MTA taħdem ukoll bin-nofs
ta’ nhari, jiena l-ewwel wieħed li nistaqsi.Imma għandna naħdmu bin-nofs ta’ nhari f’Awtorita’ tat-Turiżmu
meta fl-aqwa xhur tas-Sajf għandek l-element qawwi ta’ Awtorita’
illi tipprovdi dak is-servizz? Allura ngħid, però, li dawn huma
affarijiet li wieħed irid ipoġġi bil-qiegħda mal-Unions u tiddiskuti mal-Unions,
tara
tipprovax tasal għal
soluzzjoni fuqhom kif fil-fatt sar f’organizzazjonijiet oħrajn.
Matthew Xuereb – The Malta
Independent
Smajna lilek f’diversi
okkażjonijiet tistieden l-Oppożizzjoni biex tieħu sehem fuq l-MCESD,
Victor Scicluna qalilna li l-liġi ta’ l-MCESD ma’ tagħtix l-Oppożizzjoni
l-fakulta, l-faċilita’ li tieħu sehem fl-MCESD.Hemm xi ċans lil-Gvern
jipproponi xi bidla fil-liġi, anke għall-fatt li jekk dan il-Gvern għad
jispiċċa fl-Oppożizzjoni ma jkunx jista’ jipparteċipa’ fl-MCESD.U inti tgħid ukoll li l-Oppożizzjoni għandha kontribuzzjoni
x’tagħti lill-pajjiż fuq l-MCESD.Il-kummenti tiegħek.
Prim Ministru
Nerġa’ nikkonferma li
l-Oppożizzjoni għandha kontribut x’tagħti u nerġa’ nistieden bla
riserva ta’ xejn lill-Oppożizzjoni biex tagħtih dan il-kontribut.Dwar l-MCESD jiena għidt fil-pubbliku, l-MCESD, per eżempju fuq
il-qasam tal-pensjonijiet qegħda tiltaqa’ u madwar il-mejda hemm
il-Kunsill Nazzjonali taż-Żagħżagħ, il-Kunsill Nazzjonali taż-Żagħżagħ
imsemmijin fil-liġi ta’ l-MCESD? Le.Allura kif il-Kunsill Nazzjonali taż-Żagħżagħ jista’
jipparteċipa fid-diskussjoni u l-Oppożizzjoni le? L-Assoċjazzjoni
tal-Pensjonanti qegħdin madwar il-mejda jiddiskutu l-qasam
tal-pensjonijiet.Msemmijin
fil-liġi? Le.L-Assoċjazzjoni
tal-Pensjonanti m’hijiex msemmija fil-liġi, lanqas il-Kunsill
Nazzjonali taż-Żagħżagħ, għax il-KNŻ huma msemmija fis-Civil
Society Committee, però, m’għandhomx ir-rappreżentanza
fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.
Jiġifieri l-imsieħba
soċjali meta nkitbet il-liġi, u dik il-liġi ktibtha jien, b’maġenbi
espert mill-Organizazzjoni Dinjija tax-Xogħol, l-ILO, li kien jismu
Giuseppe Casale, jiġifieri dik il-liġi ktibniha prattikament, flimkien.
Meta
morna bi proposti dwar kif għandha ssir din il-liġi quddiem l-imsieħba
soċjali, dawn insistew illi fil-Kunsill innifsu jibqgħu s-social
partners.Riedu mudell tripartite.U allura ma riedu lil ħadd iżjed madwar dik il-mejda ħlief
ir-rappreżentanti tal-Unions, ir-rappreżentanti
ta’ l-employers u l-Gvern.Soluzzjoni tas-Civil Society Committee kienet biex għall-ewwel darba nagħtu vuċi
għas-soċjeta’ ċivili kollha biex ikollhom għallinqas vuċi li
tinstema’ imma fil-Kunsill innifsu il-KNŻ mhux membru.L-Assoċjazzjoni tal-Pensjonanti mhumiex membri tal-Kunsill.Jekk jipparteċipaw bis-sħiħ fid-diskussjonijiet bil-liberta’
kollha li jpoġġu proposti tagħhom, li jiddiskutu, jieħdu sehem, preżenti
għall-preżentazzjonijiet li saru mill-World
Bank, jirċievu r-rapporti kollha li ġew diskussi.Kollox
minn
dan.Esperti oħrajn li
kienu membri għall-kummissjoni tal-welfare
qegħdin madwar il-mejda ma’ l-MCESD.Ma kellna bżonn inbiddlu ebda liġi biex nagħmlu dan il-proċess.
Jiena nistidinkom,
ftakru ftit, meta waqqafna l-Kummissjoni għar-Riforma tal-Welfare, ma kien hemm ebda liġi.Dakinhar stedinna lill-Oppożizzjoni biex tipparteċipa.Tiftakruh dan.Tafu
li l-Oppożizzjoni rrifjutat li tipparteċipa!L-MCESD iddeċidiet illi l-kwistjoni tal-pensjonijet mal-Gvern
taqbad il-Kummissjoni tal-Welfare u tgħaqqad kollox ma’ l-MCESD biex id-diskussjoni
tal-pensjonijiet issir minnhom it-tnejn.Allura s-soluzzjoni hija sempliċi ngħidlu lil Dr. Sant.M’għandna għalfejn inbiddlu l-ebda liġi, però jekk hemm bżonn
li nbiddilha lest li nbiddilha biex inkun għedna kollox, imma mbagħad
lanqas għandna għalfejn noqogħdu nistennew għax forsi biex ngħaddu
liġi jridu jgħaddu ngħidu, erba’ ġimgħat għall-grazzja ta’
l-argument.Jien nista’ ngħid
sal-lejla nsiblu s-soluzzjoni.Kull
ma jrid huwa li jaċċetta l-istedina li għamiltlu ħames snin ilu u
nerġa’ nirrepetiha, biex jipparteċipa fil-Kummissjoni għar-Riforma
tal-Welfare u f’daqqa waħda sab postu bħal membri l-oħrajn madwar
il-mejda ta’ l-MCESD. Sempliċi daqshekk.M’għandna bżonn nbiddlu l-ebda liġi biex immedjatament l-Oppożizzjoni
tipparteċipa’ f’dan l-eżerċizzju.
U allura jiena ngħid,
isma din għalfejn noqoghdu ndura mal-lewża.Jiena , jekk ma jtinix risposta sal-lejla Dr. Sant li lest li jaċċetta
l-istedina biex jibgħat rappreżentant fil-Kummissjoni għar-Riforma
tal-Pensjonijiet allura ngħidlu din skuża banali, bħas-soltu trid taħsel
idejk u trid tiġi toqgħod gallarija, ma jimpurtax jekk dik hija t-tattika
jew l-istrateġija ta’ l-Oppożizzjoni, għażla tagħhom, mhux se
nindaħlilhom.Il-Gvern mhux
se joqgħod jistenna.Ma
nistgħux noqoghdu nistennew.Il-pajjiż
ma jaffordjax li joqgħod jistenna lill-Oppożizzjoni biex xi darba
tiddeċiedi li tagħti kontribut għal dan il-pajjiż.Ma jistax jaffordja jistenna, allura se nimxu.Meta Dr. Sant u l-Oppożizzjoni jiddeċiedu li jibdew
jikkontribwixxu b’mod kostruttiv l-istedina miftuħa, il-bieb miftuħ
u nerġa’ ngħid, fi ftit minuti nsolviha l-problema tal-parteċipazzjoni
ta’ Dr. Sant f’dan l-eżerċizzju.
Importanti, però, li ma
nistax naċċetta’ statement li
għamel Dr. Sant fuq il-pensjonijiet, li għamel dan il-ġranet, li fl-opinjoni
tiegħu għandna nħallu kollox kif inhu.Dan huwa l-iktar statement irresponsabbli
li jiena smajt f’kemm ili midħla tal-politika ta’ xi ħadd illi
jrid, lest li jarmi, il-ġejjieni u il-futur ta’ pensjonanti futuri ta’
pajjiżna, dan kollu għax ġejja elezzjoni fit-12 ta’ Ġunju.Din hija l-irresponsabbilta’ ta’ min ifassal id-deċiżjonijiet
u l-pożizzjonijiet politiċi tiegħu skond appuntament elettorali.
Anette
Vella – In-Nazzjon
Tikkonferma li dalwaqt
se tinħatar l-ewwel Segretarju Permanenti mara?
Prim
Ministru
Iva għandi pjaċir
kbir nirreġistra li se nkunu qed nagħmlu pass ieħor illi nixtieq li
naslu li nagħmluh u ċioè li fil-grupp tas-Segretarji Permanenti
tal-Gvern ikollna l-ewwel mara Segretarja Permanenti jiġifieri fis-Civil
Service, fil-Public Sector
illi tkun mara. Iva, dan nikkonfermah, u fil-fatt ridt illi nagħti l-appointment
illi diġà huwa ffirmat din il-ġimgħa, imma l-persuna kkonċernata
qiegħda msiefra u allura se jkollna ċ-ċerimonja ta’ l-appointment
nipposponuha għall-ġimgħa d-dieħla.
Mistoqsija
Għandi żewġt
mistoqsijiet jekk jogħġbok. L-ewwel waħda hija fuq il-ġuri li spiċċa
l-bieraħ, ġuri li fil-fatt qatt ma kien għax ammettew, però f’xi
stadju minnhom l-avukat tar-Repubblika rtira l-aggravju tat-tliet
persuni l-oħra li kienu ma’ dak li ammetta li qatel il-pulizija.
Allura jfisser illi l-piena ovvjament kienet ħafna inqas. Issa fiċ-ċirkustanżi
fejn mingħajr ma noqogħdu nallarmaw ruħna però qed ikun hemm każi
serji ta’ kriminalità, ma jidhirlekx illi wasal iż-żmien illi ċerti
diskrezzjoni kemm tal-ġudikatura u kemm tal-pulizija, anki ta’ l-Avukat
Ġenerali, għandha tiġi rtirata jew ristretta?
It-tieni waħda hija follow
up fuq l-allegazzjonijiet li saru dan l-aħħar fuq il-Ministru ta’
l-Affarijiet Barranin. Inti għidt li qed tiġbor l-informazzjoni però wisely
jew otherwiseyou stoppedshort illi
titkellem fuq l-inkjesta jew l-investigazzjoni. Ifisser li qed teskludi
li ssir investigazzjoni fuq dawn l-allegazzjonijiet? Bir-rispett kollu
lejn iż-żewġ partijiet u żgur mhux kompitu, m’għandhiex
kompetenza li nagħmel ġudizzju però kif taf int hemm diversi
responsabbiltajiet li persuna tista’ ġġorr responsabbiltà kriminali,
politika what have you. Taħseb
illi l-fatt li inti qed tippermetti illi dawn l-allegazzjonijiet li qed
isiru huma inqas ta’ dannu għall-pajjiż milli kieku ssir inkjesta
bil-konklużjonijiet tagħhom li jista’ ikun hemm? Wara kollox
il-konklużjonijiet tista’ turi li wieħed qed jagħmel
allegazzjonijiet infondati jew li hemm risponsabbiltà li Ministru għandu
jġorr, u naħseb li dik hija mportanti li trid issir. Grazzi.
Prim
Ministru
Għar-rigward ta’ l-ewwel
mistoqsija. L-ewwelnett nirrispondi bi ftit prudenza għax id-dettalji
ta’ x’ġara preċiż f’dak il-ġuri ma nafhomx. Naturalment ħlief
dak li qrajt fuq il-gazzetti. Però l-mistoqsija tiegħek issa wasal iż-żmien
li għandna forsi nillimitaw jew forsi nneħħu ċertu deċiżjonijiet
li jeżistu f’idejn l-Avukat Ġenerali u f’idejn ma nafx jekk hux l-Imħallfin.
Fuq dak il-punt jiena ngħid nimxu b’daqsxejn attenzjoni. Id-diskrezzjoni
mhiex qiegħda hemm b’kapriċċ imma tkun qiegħda hemm għaliex jiena
anki mill-esperjenza tiegħi bħala avukat ikollok sitwazzjonijiet
differenti minn xulxin. Ċirkostanzi differenti minn xulxin u li ma tista’ qatt
ikollok liġi li tfassallek libsa li toqgħod għal kull każ
partikolari, u allura ftit kawt qabel ma nibda nmiss il-kwistjoni ta’
diskrezzjoni.
Dwar però l-fatt li aħna
għandna niddiskutu sew f’pajjiżna s-sistema ġudizzjarja, is-sistema
kriminali tagħna, il-mod kif isiru l-ġurijiet f’pajjiżna, jien
nemmen ħafna illi dak hu dibattitù li għandna nagħmluħ, għandna
nagħmluħ fil-miftuħ, għandna nagħmluħ biex inkunu ċerti li
f’pajjiżna għandna sistema illi tagħti verdetti skond il-ġustizzja
li jkunu verdetti ġusti fiċ-ċirkostanżi. U jiena naħseb wasal iż-żmien
ta’ diskussjoni matura li l-iskop finali tagħha ma jkunx biex iżżarma
xi sistema jew tarma xi sistema. L-iskop finali tagħha tkun biex
il-poplu Malti u Għawdxi jkollu moħħu mistrieħ li għandu sistema ġudizzjarja,
jiena ngħid ċivili u kriminali, illi umanament, sa fejn hu umanament
possibbli, tkun sistema li sserħilna rasna li l-affarijiet qed isiru
sew. U dan ngħidu għaliex kien hemm sitwazzjonijiet illi qajmu
mistoqsijiet validi li wieħed irid jindirizzhom. U allura fuq
il-kwistjoni ta’ diskrezzjoni, nerġa’ ngħid b’ċertu kawtela u
b’ċertu riserva.
Dwar it-tieni
mistoqsija tiegħek jiena m’hinix qiegħed nelimina xejn. Jiena għidt
irrid l-informazzjoni kollha, u din l-informazzjoni qegħda fil-fatt tinġabar.
Il-pożizzjoni tiegħi hija m’hiniex qed neskludi xejn u lanqas
il-posibbiltà li wieħed jiddeċiedi li ssir inkjesta. Dak ma neliminaħx,
lanqas però rrid ngħid illi dak li għidt diġà illi jien nieħu nota
ta’ kollox. Anki tat-tweġibiet li qed jingħataw u anki tad-dokumentazzjoni
li jiena tasalli li tikkontradixxi partijiet mid-dettalji ta’ l-allegazzjonijiet
li qed jagħmel il-Kap ta’ l-Opożizzjoni fil-miftuħ. U allura dak
ukoll irrid nieħdu inkunsiderazzjoni, però finalment hawnhekk irridu
nitkellmu issa mhux fuq xi każ li wieħed irid l-evidenza skond kawża.
Dan qegħdin nitkellmu fuq bniedem fil-politikà u f’dan il-każ
b’responsabbiltà Ministerjali, u dan li qed ngħid jgħodd għalija bħalma
jgħodd għal kulħadd, illi aħna rridu nkunu retti fl-operat tagħna.
Għalhekk irrid l-informazzjoni
kollha, u meta jkolli dik l-informazzjoni kollha imbagħad jiena nieħu
d-deċiżjonijiet li hemm bżonn nieħu skond iċ-ċirkostanżi
f’idejja. Mhux se nħalli ż-żmien jgħaddi jiġifieri. Però jiena
rrid li b’ġustizzja ma’ l-affarijiet u b’mod serju li jkolli l-affarijiet
preċiżi quddiemi.
Dr. Sant qal li għandu
din l-informazzjoni x’jgħaddi, meta dik l-informazzjoni jgħaddiha
pubblikà mhux jgħaddiha lili, jagħmilha pubblikà għax aħna accountable għall-pubblikù. Imbagħad f’daqqa waħda qal
“il-Prim Ministru għandu l-istess informazzjoni li għandi jien”
hawn l-issue ta’ kredibilità
u jiena skużi qabel ma mmexxi, jiena nagħti importanza lejn
il-kredibilità ta’ min qed jagħmel dawn l-allegazzjonijiet. U jien
kif nista’ s’issa nieħu pożizzjoni meta l-Kap ta’ l-Opożizzjoni
fil-għaxija jgħid mod, però l-għada fil-mod għax inkun stidintu
biex l-informazzjoni kollha jagħmilha pubblika imbagħad f’daqqa waħda
minn fil-għodu sa fil-għaxija dan ibiddel il-pożizzjoni, u fejn fil-għaxija
fil-mass meeting fil-Mosta jgħid,
għandi l-informazzjoni li ser ngħaddiha lill-Prim Ministru, l-għadha
imbagħad jgħid li l-Prim Ministru għandu l-istess informazzjoni li għandi
jien. Dan x’taħwid hu? It-taħwid, bir-rispett kollu, ġej minn min qed jagħmel din l-allegazzjoni.
U allura jien qabel ma nieħu pożizzjoni f’dan il-każ irrid nara kollox inkluż il-kredibilità ta’
min qed jagħmel dawn l-allegazzjonijiet.
Sinjuri, wasalna biex
nikkonkludu. Xi ħadd ieħor irid jagħmel xi mistoqsija oħra?