Punti
mid-diskors tal-Prim Ministru l-Onor
Lawrence
Gonzi waqt l-inawgurazzjoni uffiċjali tal-Wirja ta’
Ritratti u Rikordji fil-Kavallier ta’ San Ġakbu,
Valletta
, nhar il-Hadd 11 ta’ Settembru 2005
Il-Prim
Ministur qal li l-Ħamsin
Anniversarju
minn
meta d-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni beda jagħti servizz
lill-pubbliku Malti huwa avveniment li wieħed ma jistax iħalli
għaddej
mingħajr ma jieqaf u jirrifletti. Nirriflettu
mhux biss b'sens ta' nostalġija iżda aktar sabiex inħarsu
l quddiem b'kuraġġ u nużaw din l-esperjenza vasta bħala
għodda
sabiex nipperfezzjonaw dan is-servizz.
Id-DOI huwa
mezz ta' komunikazzjoni bejn il-Gvern u l-Poplu - għodda indispensabbli
meta wieħed
iqis li l-ħidma tal-Gvern u kull inizjattiva li
jwettaq, tajba kemm hi tajba, jonqsilha ħafna l-valur tagħha
jekk il-poplu ma jkunx jaf biha.Huwa
dover
ta’ kull gvern lijinfurma għax il-poplu għandu
dritt li jkun jaf.
Il-Prim
Ministru rrefera għaż-żjara
li għamel ftit ilu lid-Dipartiment u qal li kien pjaċir
tiegħu
jimxi fost l-arkivji li dan id-dipartiment għaraf jikkonserva
b'tant għaqal,
li jħaddan fiħ dokumentazzjoni ta'
parti mmensa mill-istorja ta' pajjiżna, ta' avvenimenti
kruċjali li seħħew
tul iz-żmien iżda li jibqgħu magħna permezz ta' dawn
l-arkivji.Arkivji
li jikkonsistu mhux biss f'dokumenti iżda wkoll
f'ritratti u filmati li jikkristallizzaw dawn il-mumenti
storiċi fil-memorja tagħna u l-esperjenza tagħna.
F'dan is-sens
il-Prim Ministru qal li ried jirringrazzja lill-ħaddiema kollha
tad-DOI u nnota wkoll il-fotografi li jkunu preżenti
kontinwament fid-diversi attivitajiet u li ta' spiss
jimpressjonawħ bit-teknika li jħaddmu
waqt xogħolhom.Irringrazzja wkoll lill-ħaddiema passati tad-Dipartiment
għax-xogħol siewi li huma għamlu b’tant
dedikazzjoni u effiċjenza, avolja ma kellhomx t-teknoloġija
li għandna llum.
Il-Prim
Ministru ħeġġeġ
biex inħarsu 'l
quddiem lejn avveniment speċjali li dalwaqt iseħħ
f'pajjiżna ċ-CHOGM – fejn diversi mexxejja
minn
pajjiżi differenti se jkunu fostna dalwaqt.Huwa qal li jinsabfiduċjuz li dawn il-mumenti se jitwasslu għand
il-poplu Malti b'mod eċellenti permezz tal-ħidma ta' dan id-dipartiment.
Fl-aħħarnett, il-Prim Ministru ddikjara l-wirja uffiċjalment
miftuħa.
Notes :
(i)
Wara, il-Prim Ministru, qassam mementos lill-ex
Diretturi tad-Dipartment mill-1955 l’hawn, jew lil
familjari tagħhom, kif ukoll lill sitt impjegati li
ilhom jaħdmu fid-Dipartiment għal aktar minn 25 sena,
fosthom lil Anthony Borg li ilu jaħdem fid-DOI għal 38
sena u li ħadem taħt id-diretturi kollha li kellu d-dipartiment.
(ii)Aktar qabel, id-direttur attwali Emanuel Abela
f’diskors li għamel, ta informazzjoni dwar il-Wirja.Huwa qal li hemm esebiti 620 ritratt imqassmin
f’sitt setturi, l-ewwel wieħed
minnhom jittratta l-Istorja,
li jagħti ħarsa lejn l-aktar avvenimenti importanti ta’
pajjiżna f’dan l-aħħar nofs seklu. Is-settur Mexxejja
juri ritratti tal-mexxejja ta’ pajjiżna matul iż-żminijiet
f’laqgħat ma’ mexxejja barranin bħal ma huma
l-Prim Ministru Borg Olivier mal-President Kennedy, U
Thant,Harold
Wilson u l-Papa Pawlu VI, u l-Prim Ministru Mintoff
ma’ l-Arċisqof Makarios, Mao Tsetung, Golda Meir,
Margaret Tatcher u Tito.Fis-settur tad-DOI
naraw ritratti sa mill-bidu nett tiegħu bix-xandiriet għall-iskejjel,
il-film section, u l-van tad-DOI idur l-ilbliet u irħula
iwassal l-informazzjoni lill-pubbliku. Is-settur dwar Il-Presidenti
ta’ Malta, b’taħlita ta’ ritratti ta’ ġrajjiet formaliu
oħrajn tal-laqgħat tal-Presidenti mad-diversi setturi
tas-soċjeta Maltija li juru kemm il-Presidenti li
kellna kienu kollha Presidenti tal-poplu;hemm ukoll parti’ ddedikata
lill-Kabinetti
tal-Ministri mill-Indipendenza l’hawn, u fl-aħħar,
imma ċertament mhux l-anqas, anzi bil-kuntrarju fost l-aktar
interessanti Mill-Imgħoddi, b’ritratti ta’ Malta antika, uħud minnhom uniċi….il-ferrovija,
it-tram, l-omnibus,il-bexxiexa ta’ l-ilma fit-toroq, it-tilqim
kontra l-Kolera, twaqqigħ ta’ slums, il-ħwienet
tal-merċa u tal-laħam fis-suq l-antik tal-Belt,
id-departure lounge ta’ l-ajruport l-antik mgħammar
biss bi ftit imwejjed u siġġijiet, il-qorti waqt li
kien għadu qed jinbena, it-twaqqiħ tal-Bieb ta’
Putirjal.Insomma,
verament Malta ta’ l-imgħoddi li ġġielna
nirrealizzaw kifinbidel
wiċċ pajjiżna.
Hemm imbagħad tagħmir ta’ stampar ġentilment misluf mill-Istamperija
tal-Gvern li fi żmien kienet tagħmel parti
mid-DOI……makkinarju ta’ l-istampar biċ-ċomb, il-letterings
taċ-ċomb, il-giljottina taċ-ċomb, il-magna ta’ l-ippressar,
il-blokki oriġinali tal-Coats of Arms ta’ żmien l-Ingliżi,
ta’ l-Indipendenza u tar-Repubblika.Item interessanti ieħor hu dak li juri uħud
mill-cameras tar-ritratti u cine-cameras li kienu jintużaw
mill-fotografi tad-DOI u li bihom inġibdu l-istess
ritratti li hawn f’din il-wirja.Hemm esebiti wkoll diversi dokumenti oriġinali bħall-ewwel
ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tas-27 t’Ottubru 1813,
l-ewwel ħarġa
tal-Young Listener f’1956, l-ewwel ħarġa tar-Review
ukoll fl-1956, u files tad-DOI tal-ħamsinijiet ġentilment
mislufa mill-Arkivji Nazzjonali.