Is-Servizz Informazzjoni
tal-Gvern:jipprovdi
lill-pubbliku informazzjoni dwar servizzi u attivitajiet tal-Gvern. Is-Servizz
Informazzjoni tal-Gvern hu marbut li josserva l-livell ta’
kwalità ta’ servizzi skond kif stipulat fil-Quality
Service Charter. Il-pubbliku jista’ jagħmel użu minn dan is-servizz
billi jċempel fuq Freephone 153, jew jibgħat e-mail indirizzat info@gov.mt
jew inkella permezz ta’ fax fuq 21 222696.Kull min għandu aċċess għall-e-mail jista’ japplika għad-Direct
Mailing Services mingħajr ħlas.Dawn is-servizzi jinkludu tliet kategoriji ta’ avvizi meħudin
mill-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta dwar Impjiegi fis-Settur tal-Gvern,
Boroż ta’ Studju u sejħiet għal Tenders.Servizzi oħra jinkludu Ritratti lill-Istampa u Stqarrijiet li
jinħarġu mid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni, kif ukoll Djarju
ta’ Avvenimenti. L-informazzjoni tintbagħatregolarment fl-email account
tal-persuni abbonati.Barra
minnhekk informazzjoni tal-Gvern tiġi pubblikata fuq l-internet www.doi.gov.mt.
L-Istqarrijiet jiġu aħħornati f’kull ġurnata tax-xogħol u l-Impjiegi
mal-Gvern, il-Boroż ta’ Studju u s-sejħiet għal Tenders jiġu aġġornati
dakinnhar stess li jidhru fil-Gazzetta tal-Gvern. Is-Servizz Informazzjoni tal-Gvern jistieden lill-membri
tal-pubbliku biex jekk ikollhom bżonn, jiġu personalment fl-Uffiċċju tal-Customer
Care, 3 Misraħ Kastilja, Valletta, biex jiksbu informazzjoni jew
jiġbru letteratura dwar servizzi u attivitajiet tal-Gvern.
Avvenimenti:Koordinazzjoni ta’ faċilitajiet provduti lill-media kif ukoll
lill-pubbliku in generali waqt funzjonijiet statali, avvenimenti
nazzjonali, żjajjar uffiċjali barra minn Malta mill-Presidenti u
mill-Prim Ministru, kif ukoll Elezzjonijiet Ġenerali u tal-Kunsilli
Lokali.Organizzazzjoni
tal-Padiljun Nazzjonali fil-Fiera Internazzjonali ta’ Malta.
Relazzjonijiet mal-Media:L-Istqarrijiet
kollha maħruġa mid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni, flimkien ma'
avviżi oħra u ritratti, jintbagħtu elettronikament kuljum
lill-organizzazzjonijiet kollha tal-media lokali. Id-Dipartiment joffri
wkoll faċilitajiet ta' akkreditazzjoni lill-membri tal-media kemm
lokali kif ukoll lil ġurnalisti li jkunu qed iżuru Malta fuq xogħol.
PUBLISHING UNIT
Pubblikazzjonijiet:Jiġu ppreparati u ppubblikati l-Gazzetta
tal-Gvern ta’ Malta, ir-rivista
Pajjiżna u pubblikazzjonijiet oħra kemm dwar servizzi offruti mill-Gvern
kif ukoll dwar suġġetti ta' interess ġenerali (Govt
Gazette Subscription Form).
Servizz
ta' Aħbarijiet:Bulettini ta' aħbarijiet bil-Malti u bl-Ingliż, jintbagħtu
kuljum lill-Missjonijiet Diplomatiċi barra minn Malta, Konsulati,
stazzjonijiet etniċi u rappreżentanti tal-Banek Maltin fl-Awstralja u
l-Kanada. Barra minnhekk, kull tliet ġimgħat, tintbagħat
pubblikazzjoni elettronika bl-isem ta' Malta Update lill-Missjonijiet Diplomatici u Konsulati barra minn
Malta. Din il-pubblikazzjoni regolarment tiġbor fiha djarju ta'
attivitajiet li jkunu ġraw fit-tliet ġimgħat li jkunu għadhom kif għaddew,
kif ukoll tagħrif dwar aspetti domestiċi, ekonomiċi u internazzjonali.
Reġistru
ta' l-Istampa:Jinżamm u jiġi aġġornat kontinwament ir-Reġistru ta' l-Istampa
skond kif jitlob l-Att
dwar l-Istampa.
DOI SALES OFFICE
Arkivji
ta' Ritratti:L-arkivji
fihom kollezzjoni kbira ta’ ritratti kemm kontemporanji kif ukoll
antiki li jmorru lura fi żmien meta d-DOI kien kważi l-uniku sors minn
fejn wieħed jista’ jiġbor informazzjoni. Wieħed jista' jara
selezzjoni ta' ritratti arkivjati fid-DOI
Photo Gallery. Ir-ritratti, li
kopji tagħhom kollha jinsabu għall-bejgħ, jittrattaw varjetà wiesa'
ta' suġġetti bħal konferenzi internazzjonali, Żjajjar Statali, Ċelebrazzjonijiet
Nazzjonali, wirt artna u aerial
views ta' bliet u rħula Maltin (Order
Form).
Bejgħ
ta' Pubblikazzjonijiet:Fost il-Pubblikazzjonijiet
li jinbiegħu mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni
wieħed isib Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Gvern, il-Gazzetta
tal-Gvern, id-Diskorsi tal-Budget, l-Estimi Finanzjarji u Economic
Surveys, Abbozzi ta' Liġijiet imressqa fil-Parlament, Liġijiet,
Avviżi Legali, Rapporti maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika
u oħrajn.
PHOTOGRAPHIC
SERVICES
Jingħata
servizz estensiv lill-attivitajiet tal-Gvern kif ukoll lill-avvenimenti
nazzjonali. F’dawn l-aħħar snin dawn is-servizzi ġew immodernizzati
bl-introduzzjoni tal-fotografija diġitali li fost kollox tippermetti
trasmissjoni mgħaġġla ta' materjal fotografiku lill-media.