WIRJA TA’
XOGĦOLIJIET ARTISTIĊI LI TIPPROMWOVI R-RIŻULTATI
MIKSUBA MINN PROĠETTI KO-FINANZJATI MILL-MEKKANIŻMU
FINANZJARJU TAŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA (EEA) U
L-MEKKANIŻMU FINANZJARJU TAN-NORVEĠJA (2004-2009)
Bħala parti minn
kampanja nazzjonali ta’ pubbliċità u ta’
informazzjoni bil-għan li tippromwovi r-riżultati
miksuba mill-proġetti ko-finanzjati mill-fondi
mogħtija mill-Mekkaniżmu
Finanzjarju taż-Żona Ekonomika Ewropea (EEA) u
l-Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja (2004-2009),
id-Dipartiment għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni
tal-Prioritajiet (PPCD) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim
Ministru inawgura wirja artistika ġewwa l-Mużew
Nazzjonali tal-Arkeoloġija.
Is-SegretarjuParlamentarigħall-Konsumatur,
Kompetizzjoni Ġusta,Kunsilli
Lokaliu d-DjaloguPubbliku, l-Onor. Dr
Chris Said, fetaħ
uffiċjalment il-wirja fil-preżenza ta’ Ms. Inger
Stoll. Ms. Stoll hija uffiċjal
għoli
mill-Uffiċċju
ta’ dawn il-Mekkaniżmi Finanzjarji li jinsab fi
Brussell.
Preżenti għall-ftuħ tal-wirja kien hemm ukoll
rappreżentanti tal-PPCD, li huwa d-Dipartiment
responsabbli mill-ġestjoni ta’ dawn il-fondi
f’Malta, kif ukoll rappreżentanti tal-entitajiet li
bbenefikaw minn dawn il-mekkaniżmi.
F’din l-wirja qed jiġu esibiti l-aħjar tnax-il biċċa
xogħol artistika magħmulin
minn studenti fil-livell sekondarju li jattendu
skejjel differenti madwar Malta u Għawdex.
Bħala
parti minn din l-kampanja, dawn l-istudentiżaru wieħed
mill-proġetti, ingħataw informazzjoni dwar dawn
il-mekkaniżmi finanzjarji u dwar il-proġetti
nfushom, kif ukoll intalbu joħolqu
tpinġijiet.
Permezz tal-mekkaniżmi finanzjarji tal-EEA u
tan-Norveġja (2004-2009), Malta kisbet €3.6 miljun.
Dawn intużaw biex twettqu seba’ proġetti differenti
f’Malta u Għawdex. Dawn jinkludu t-tibdil
strutturali rikjest mir-regolamenti ta’ Schengen
fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta; xogħol fuq
il-konservazzjoni tal-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni; u l-iżvilupp
tal-Park ta’ Xrobb l-Għaġin li jinkludi Ċentru dwar
l-Iżvilupp Sostenibbli.
Il-wirja ser tibqa’ miftuħa
għall-pubbliku
sat-Tnejn 11 t’April 2011, mit-Tnejn sal-Ħadd waqt
il-ħinijiet
ta’ ftuħ
tal-mużew.
Għal
aktar informazzjoni dwar dawn l-mekkaniżmi wieħed
jista’ jżur
is-sit elettroniku:
www.ppcd.gov.mt/eeanorwegian.