Il-Ministru John Dalli jirreżenja minn Ministru
b’seħħ minn għada
-
Is-Segretarju Parlamentari Joseph Cassar se jinħatar
Ministru tas-Saħħa u l-Anzjani
Il-Prim
Ministru Lawrence Gonzi illum irċieva l-ittra
tar-riżenja mingħand il-Ministru John Dalli li hi
b’seħħ minn għada l-Erbgħa 10 ta’ Frar 2010, wara li
aktar kmieni illum kienet approvata l-Kummissjoni
Ewropea.
Is-Segretarju Parlamentari Joseph Cassar għada
fil-għodu se jinħatar Ministru tas-Saħħa u
l-Anzjani. Joseph Cassar se jingħata l-ġurnament
ta’ Ministru għada l-Erbgħa fit-8.00 am fil-Palazz
tal-President, il-Belt Valletta.
Il-lista
sħiħa tal-porfolios tal-Ministri u s-Segretarji
Parlamentari hi mehmuża ma’ din l-istqarrija.
Flimkien
ma’ din l-istqarrija qed tiġi pubblikata wkoll
l-ittra tar-riżenja tal-Ministru John Dalli.