STQARRIJA TAL-KUMITAT PERMANENTI
DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI TAL-PARLAMENT
Il-Kumitat Parlamentari dwar
l-Affarijiet Soċjali jinforma lill-pubbliku in
ġenerali li qed iniedi proċess ta’
konsultazzjoni dwar l-importanza li għandu
r-rwol tal-missier fil-familja b’mod partikolari
fejn tidħol it-trobbija tat-tfal.
Il-Kumitat qed iniedi dan il-proċess wara li
ddiskuta dokument fejn ġie kkunsidrat ir-rwol u
l-valur tal-preżenza u r-responsabilità
tal-missier, kemm f’familja fejn il-ġenituri
jkunu flimkien, u anke meta l-ġenituri
jisseparaw u fejn s-sitwazzjoni tkun ġeneralment
ikkaratterizzata minn konflitti bejn ir-ragel u
l-mara.
·Ir-rwol
tal-missier għandu jiġi spjegat permezz ta’
edukazzjoni għall-koppji miżżewġa u oħrajn li
għad iridu jiżżewġu, inkluż koppji li jiżżewġu
biċ-ċivil kif ukoll edukazzjoni favur
komunikazzjoni aħjar bejn il-ġenituri, u bejn
il-ġenituri u l-ulied;
·Tneħħija
tar-Reġistrazzjoni tal-Unknown Father;
·Ħtieġa ta’ Family
Therapy Unit fl-iskejjel tagħna;
·Ħtieġa
ta’ aktar miżuri family-friendly
·Aktar
inċentivi għal attivitajiet familjari
·L-involviment
tal-missier fit-tħejjija ta’ qabel it-tqala
pprovdut mill-Istat
·Sistema edukattiva li ma
tagħmilx pressjoni żejda fuq t-tfal u l-ġenituri
·Edukazzjoni b’saħħitha
favur saħħa sesswali
·Evalwazzjoni
tal-benefiċċji soċjali
·Il-familja
fis-separazzjoni b’mod partikolari fejn jidħlu
l-interessi tal-ulied
·Jissaħħu s-servizzi
għat-tfal fil-Qrati
·Ħtieġa
ta’ riċerka dwar l-effett tan-nuqqas tal-missier
fir-realtà tal-familja Maltija
·It-tfal
u l-Qorti
·Kura
u Kustodja
Kull sottomissjoni bil-miktub għandha tasal
għand il-President tal-Kumitat, l-Onor. Edwin
Vassallo, mhux aktar tard mill-Ġimgħa 26 ta’
Frar, 2010. Kull sottomissjoni tista’ tintbagħat
fuq l-indirizz elettroniku
socialaffairs.parliament@gov.mt,
jew indirizzata lill-President, Kumitat
Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, Kamra
tad-Deputati, Valletta.