KUNĊERT TAL-COSMOS WIND QUINTET
FIL-BERĠA TA’ KASTILJA
Il-Malta Arts Festival 2009 ser jilqa’ lil
wieħed mill-aktar ensembles ta’ mużika
kontemporanejaimportantili qatt
kien hawn, il-Cosmos Wind Quintet. Dan
il-kunċert se jsir nhar is-Sibt 4 ta’ Lulju,
fil-bitħa tal-Berġa ta’ Kastilja, il-Belt
Valletta, fit-20:30.
Il-Kunċert jiftaħ bis-silta mużikali “Trois
Pieces Breves” ta’ Jacques Ibert, fejn imbgħad
tidħol il-klarinettista Alison Hughes b’silta
ta’ Janacek’s Mladi. Alison Hughes tinsab
fl-aħħar tat-term tagħha bħala ‘sub
principal clarinet’ mal-Orkestra Filarmonika
ta’ Malta u din il-performance tagħha ser
tkun waħda minn tal-aħħar f’pajjiżna.
“Six Bagatelles for Woodwind Quintet” hija silta
tal-kompożitur Ungeriż Gyorgy Ligeti, silta
enigmatika li Cosmos ikomplu biex jippreżentaw.
Il-kunċert jagħlaq bi tribut lil kompożitur
Malti Charles Camilleri, bis-silta “Picasso
Set”, miktuba l-Kanada fis-sittinijiet
b’umoriżmu li jikkaratterizza s-siltiet tiegħu.
Il-Membri tal-Cosmos Quintet huma;
Rebecca Hall li għandha tlettax-il-sena
esperjenza bħala Principal Flute
mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta; John
Mcdonough (Principal Oboe); Godfrey
Mifsud li huwa l-Professur tal-Klarinett
fl-iskola Johann Strauss kif ukoll
fl-Universita’ ta’ Malta; Ulrike Buhlmann (Bassoonist)
u Jose Garcia Guttierrez (Principal Horn).