SITTAX-IL GĦAQDA JIBBENEFIKAW
MID-DONAZZJONIJIET F’ISEM IL-MALTA
COMMUNITY CHEST FUND
Il-President u s-Sinjura Fenech Adami dalgħodu
ppreżentaw diversi donazzjonijiet f’isem il-Malta
Community Chest Fund lil diversi
assoċjazzjonijiet filantropiċi u istituti. Id-donazzjonijiet
jikkonsistu f’għajnuna finanzjarja, sodod,
tagħmir speċjalizzat u white goods li
jammontaw għas-somma ta’ €30,145.
Is-sittax assoċjazzjoni u istituti li bbenefikaw
minn dawn id-donazzjonijiet huma:
Ċikrolu San Ġwann Bosco
Casa
Leone
Dar
Ħanin Samaritan
Id-Dar
tal-Providenza
Dominican Sisters
Fatima House
Franciscan Sisters
Franciscan Sisters of the Sacred Heart
Għaqda Żgħażagħ Diżabilita’
Jesus of Nazareth Home
Little Sisters of the Poor
Salesjani – Dar Osanna Pia
Sorijiet Frangiskani
St Dominic Clinic
YMCA
Arka Respite Centre
Il-President u s-Sinjura Fenech Adami
rringrazzjaw lill-poplu Malti tal-ġenerożita`
tiegħu u tal-fiduċja li dejjem wera fil-Malta
Community Chest Fund illi saret istituzzjoni
kbira fil-pajjiż li ttaffi t-tbatija ta’ ħafna u
hija sors ta’ tama mhux biss għal
assoċjazzonijiet iżda wkoll diversi individwi
fil-bżonn. Il-President Fenech Adami qal illi
permezz tal-fond tul il-Presidenza tiegħu ra
aktar kemm hi kbira qalb il-Poplu Malti, li
għandu karatteristiċi magħġunin fuq valuri
Kristjani u ta’ solidarjetà ma’ dawk fil-bżonn.
Il-President Fenech Adami awgura l-Malta
Community Chest Fund u l-volontarji fi ħdan
il-fond, għal iktar ħidma fejjieda.
Dalgħodu fil-Palazz il-Belt, il-President u
s-Sinjura Fenech Adami kienu wkoll preżenti meta
tfal minn diversi istituti ngħataw Bajd tal-Għid
waqt waħda mill-attivitajiet li torganizza l-Malta
Community Chest Fund fi żmien il-Għid.