Seminar dwar il-Kontroll Finanzjarju Intern
Pubbliku
Illum il-Prim Ministru l-Onor.
Lawrence Gonzi inawgura seminar dwar il-Kontroll
Finanzjaru Intern Pubbliku.
Il-kunċett tal-kontroll
finanzjarju intern pubbliku huwa mudell
strutturat u operattiv li jassisti lis-settur
pubbliku sabiex jistabilixxi ambjent ta’
kontroll intern li jissalvagwardja l-fondi
pubbliċi; b’mod partikulari jassigura li
s-sistemi ta’ kontroll intern fis-settur
pubbliku jkunu fl-istess livell ma’ standards
internazzjonali u l-aħjar prattiċi addottati
fl-Unjoni Ewropea.
Dan il-programm irid ikun
implimentat f’qafas fejn il-management
fis-servizz pubbliku irid iżomm ruħu aġġornat
mal-aħħar prattiċi. L-oġġettiv ta’ din
l-inizjattiva huwa li taċċerta metodi interni
trasparenti u adekwati li jipprovdu
assikurazzjoni raġjonevoli li l-fondi pubbliċi
jintuzaw għall-għanijiet identifikati mill-Gvern
u approvati mill-Parlament. Il-kontroll
finanzjarju intern pubbliku jipprovdi wkoll
l-ambjent fejn il-frodi u l-korruzjoni jiġu
pprevenuti.
Il-Gvern identifika din
l-inizjattiva bħala għodda importanti biex iżid
l-effiċjenza u l-effettivita’ tas-settur
pubbliku. Din tinkludi t-tisħiħ tal-funzjoni
ta’ l-awditjar intern tal-Gvern.
Id-Direttorat għall-Awditjar
Intern u l-Investigazzjonijiet jaqa’ taħt
l-Uffiċċju tal-Kabinett. Dan l-uffiċċju ser
ikun qed jinvesti fl-aħjar riżorsi u jindirizza
fondi pubbliċi b’mod komplet billi jikkonsolida
l-kontrolli nterni fis-servizz pubbliku.
Il-kontroll finanzjarju intern
pubbliku huwa mibni fuq tlett prinċipji
fundamentali: l-kontabilita` maniġerjali;
awditjar intern u l-armonizzazzjoni ta’ metodi
komuni ta’ kontroll intern fis-settur pubbliku.
Dawn it-tlieta flimkien jipprovdu l-bażi li biha
tintlaħaq id-deċentralizzazzjoni u fejn din tiġi
ffaċilitata permezz ta’ moniteraġġ u kontroll
iċċentralizzat.
Il-Kontrol Finanzjaru Intern
Pubbliku hija struttura ta’ suċċess u f’diversi
pajjiżi hija rrakomandata sabiex tigi mplentata
bħala sistema ta’ kontroll intern li għandha
tkun ta’ benefiċċju għall-Gvern, sabiex ikompli
jsaħħaħ il-finanzi pubbliċi.