Miżura Temporanja għat-Twaqqif ta’ Ġarr ta’ numru ta’ Speċi minn Malta
għal Għawdex
Fil-ġimgħat li għaddew,
id-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti tal-Ministeru għall-Affarijiet
Rurali u l-Ambjent identifika l-preżenza ta’ insett ġdid f’Malta,
il-Bumunqar Aħmar tal-Palm, Rhynchophorus ferrugineus (Olivier).
Dan l-insett jaffettwa negattivament ċerti speċi ta’ palm.
Wara li ġie aċċertat li dan l-insett għadu ma ġiex introdott f’Għawdex,
il-Ministeru għal Għawdex, flimkien mal-Ministeru għall-Affarijiet
Rurali u l-Ambjent qegħdin jieħdu miżura temporanja li twaqqaf il-ġarr
ta’ numru ta’ speċi suxxettibbli għal dan l-insett bejn Malta u Għawdex.
Nhar il-Ġimgħa 16 ta’
Novembru 2007, fit-3.30pm, ser issir laqgħa ta’ informazzjoni fis-sala
tal-Ministeru għal Għawdex, dwar l-impatt ta’ dan l-insett u l-miżuri li
jistgħu jittieħdu kontrih. Il-pubbliku, speċjalment sidien ta’ garden
centres, ġardinara, bdiewa u persuni oħra interessati huma mħeġġa li
jattendu.
Aktar informazzjoni
tista’ tinkiseb mid-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti (tel 23397223) jew
mill-website ta’ l-istess dipartiment