ĠBIR U MILI TA’ FORMOLI
TA’ REĠISTRAZZJONI GĦALL-ISPIŻERIJA TA’ L-GĦAZLA TIEGĦEK
Id-Diviżjoni tas-Saħħa
tixtieq tinforma lill-pazjenti li huma intitolati għall-mediċini b’xejn
mingħand il-Gvern u, li s-soltu jiġbru l-mediċini tagħhom miċ-Ċentru
tas-Saħħa fil-Mosta jew mill-Bereġ ta’ Buġibba, Għargħur, Mellieħa,
Mġarr, Naxxar, Qawra u San Pawl il-Baħar, biex jiġbru l-Formola ta’
Reġistrazzjoni għall-‘Ispiżerija ta’ l-Għażla Tiegħek’ miċ-Ċentru
tas-Saħħa tal-Mosta jew mill-ispiżeriji 1 li daħlu fl-iskema
fil-lokalitajiet imsemmija fil-lista. Il-pazjenti li għandhom
il-Kartuna s-Safra u d-Dijabetiċi BISS għandhom jirreġistraw ma’ din
l-iskema sat-13 ta’ Ottubru 2007.
Huwa importanti li
għar-reġistrazzjoni, il-pazjenti għandhom jieħdu magħhom:
1. Il-Karta ta’
l-Identita’
2. Il-kartun
tal-mard kollu
3. Il-Karti l-Bojod
li jintitolawhom għall-mediċini b’xejn.
Il-Formola ta’
Reġistrazzjoni trid timtela’ l-ewwel mill-Ispiżjar/a inkarigat/a ta’ dik
l-ispiżerija li jkunu għażlu biex jirreġistraw magħha. Imbagħad,
il-pazjenti għandhom imorru għand it-tabib/a tagħhom fejn tiġi mimlija
t-Tieni parti tal-Formola. Wara l-formola għandha tittieħed lura għand
l-Ispiżerija li jkunu irreġistraw magħha.
Għar-reġistrazzjoni għandha
tintuża biss il-Formola ta’ Reġistrazzjoni pprovduta mid-Diviżjoni
tas-Saħħa
[1] Lista
ta’l-Ispiżeriji li daħlu fl-iskema ta’ l-Ispiżerija ta’ Għażla Tiegħek
fil-lokalita’ tal-Mosta.
LISTA TA’ L-ISPIŻERIJI
LI DAĦLU FL-ISKEMA TA’ ‘L-ISPIŻERIJA TA’ L-GĦAŻLA TIEGĦEK’ FIL-LOKALITA’
TAL-MOSTA