DONAZZJONIJIET F’ISEM IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND
Il-President ta’ Malta, l-E.T. Dr. Eddie Fenech Adami u s-Sinjura Fenech
Adami llum ippreżentaw donazzjonijiet lil diversi assoċjazzjonijiet
filantropiċi u istituti, f’isem il-Malta Community Chest Fund.
Id-donazzjonijiet, li jikkonsistu f’għajnuna finanzjarja, sodod u
apparat speċjalizzat fost l-oħrajn, jammontaw għas-somma ta’ Lm13, 493.
Wieħed u
għoxrin assoċjazzjoni u istituti li bbenefikaw mid-donazzjonijiet huma:
CAM (Coeliac Assoc. Malta), Central Office “Ejjew Għandi”.
Dar Ġuzeppa Debono, Dar Immakulata Kunċizzjoni, Dar Qalb ta’ Ġesu’,
Dar Sawra, Dar Tereża Spinelli, Daughtersof the Sacred Heart,
Down Syndrome Association, Franciscan Missionaries of Mary, Friends
of the Sick and the Elderly, Good Shepherd Convent, Kummissjoni
Emigranti u Refuġjati, LAND (Living Ability not Disability),
Maltese Society for the Transportation of the Sick to Lourdes,
Osanna Pia, Prison Fellowship Malta, Society of Jesus,
Solidarity Overseas Service, St. Patrick’s Residential Children Services
u St. Peter’s Home.
Din is-sena,
il-Malta Community Chest Fund qassmet total ta’ Lm28,553 lil
assoċjazzjonijiet filantropiċi u istituti, filwaqt li 2,611 individwu
ngħataw bejniethom is-somma totali ta’ Lm317,831 biex b’hekk din is-sena,
il-Malta Community Chest Fund sax-xahar ta’ Settembru qassmet is-somma
totali ta’ Lm346,384.
Il-President Fenech Adami rringrazzja lill-pubbliku Malti
għall-ġenerożita’ tiegħu għaliex huwa biss permezz tad-donazzjonijiiet
li tirċievi, li l-Malta Community Chest Fund tkun tista’ tgħin
lil dawk kollha fil-bżonn. Il-President qal li din hija karatteristika
tal-poplu Malti li jaf ikun solidali u li jimpurtah minn nies ta’
madwaru. Il-President faħħar ix-xogħol siewi tal-volontarjat, li jgħin
lil ħafna nies sabiex jgħixu ħajja aħjar.