DONAZZJONIJIET
F’ISEM IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND
Il-President ta’
Malta, l-E.T. Dott. Edward Fenech Adami u s-Sinjura Fenech Adami llum
ippreżentaw donazzjonijiet lil diversi assoċjazzjonijiet filantropiċi u
istituti, f’isem il-Malta Community Chest Fund. Id-donazzjonijiet,
li jikkonsistu f’għajnuna finanzjarja, sodod, lifts u apparat
speċjalizzat fost l-oħrajn, jammontaw għas-somma ta’ Lm20,935.
It-tletin
assoċjazzjoni u istituti li bbenifikaw mid-donazzjonijiet huma: l-Adult
Training Centre for people with Special Needs, Angela House, Caritas
Malta Epilepsy Association, Casa Leone XIII, Conservatorio Vincenzo
Bugeja, Criminal Justice Bureau, Dar Sant’ Anna, Daughters of the Sacred
Heart, Dominican Sisters, Fra Diego Home, Għaqda Żgħażagħ
b’Diżabilità,Kummissjoni Emigranti u Refuġjati, Living
Ability not Disability, Malta Cochlear Implant Association, Mattew
25, Museum Bniet Dingli, Mużew ta’ Bormla, Multiple Sclerosis
Society of Malta, OASI Foundation, Physically Handicapped Rehabilitation
Centre, Prison Fellowship Malta, Resource Centre, St. Catherine’s Home,
St. Joseph’s Home, St. Luke’s Hospital (Psychiatric unit) St. Peter’s
Home, STAND, Suret-il Bniedem, Ward u Zgħar u YMCA.
Ta’ min isemmi illi
din is-sena, il-Malta Community Chest Fund qassmet total ta’
Lm42,743 lil assoċjazzjonijiet filantropiċi u istituti, filwaqt illi
madwar 3000 individwu ngħataw bejniethom is-somma totali ta’ Lm442,409
biex b’hekk il-Malta Community Chest Fund qassmet is-somma totali
ta’ Lm485,152 fis-sena 2005.
Il-President Fenech
Adami rringrazzja lil pubbliku Malti għall-ġenerożità tiegħu. Permezz
ta’ dan il-kontribut kif wkoll tax-xogħol dedikat tal-volontiera, il-Malta
Community Chest Fund tkun tista’ tilħaq il-bżonnijiet ta’ dawk li
jeħtieġu l-għajnuna, żied jgħid il-President Fenech Adami.