DISKORS MINN DR.
GODWIN GRIMA, SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI, FL-OKKAŻJONI TAT-TNEDIJA
TA’ PROĠETT BI SĦAB BEJN ID-DIPARTIMENT TA’ L-INFORMAZZJONI U L-ARKIVJI
NAZZJONALI TA’ MALTA GĦAL KONSERVAZZJONI DIĠITALI TA’ FILMATI
STORIĊI – DOI, VALLETTA – IT-TLIETA, 6 TA’ SETTEMBRU 2005
Nibda biex nifraħ lid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni
u lill-Arkivji Nazzjonali għal din l-inizjattiva li qed jieħdu
flimkien.Fl-istess ħin,
nawgura li l-proġett li qiegħed jitnieda jirnexxi, ħalli
dan il-wirt li għadna kif rajna silta żgħira minnu, jiġi kkonservat
għalina u għal ta’ warajna. Aħna għandna obbligu sagrosant li d-dokumenti
li ġew fdati f’idejna inħarsuhom għaliex huma wirt nazzjonali.
Ippermettuli pero’ nikkumenta fuq aspett
partikolari ta’ din l-inizjattiva.It-tnedija ta’ dan il-proġett hi frott ta’ kooperazzjoni
bejn żewġ dipartimenti.Tradizzjonalment,
kienet teżiżti mentalità, li maż-żminijiet bdiet tinbidel, li kull
dipartiment jaħdem għal rasu.Każi
aktar estremi minn hekk kienu meta anke sezzjonijiet u fergħat fi ħdan
l-istess dipartiment kienu jaħdmu b’dan il-mod.Meta mhux ukoll kont issib individwi li bħal speċi kienu
jindukraw t-teritorju tagħhom, jostru informazzjoni dwar ix-xogħol tagħhom
u jżommuha għalihom biss.
Qed jispiċċa ż-żmien metad-dipartimenti jaħdmu għal rashom bil-konsegwenza ta’ ħafna
ħela ta’ riżorsi u duplikazzjoni ta’ xogħol.Pero’ għad baqa’ ħafna u ħafna xi jsir.Għad hemm lok għal aktar kooperazzjoni bejn id-dipartimenti, l-aktar
f’dak li jirrigwarda l-information sharing, għoti ta’ servizzi, u ukoll, (idea oħra din
li għad irridu naħdmu ħafna aktar fuqha), task sharing.Sta’ għal kull dipartiment li jesplora kif, bi sforz komun
ma’ dipartimenti oħra, jista’ jilħaq għanijiet li waħdu ma jkunx
possibbli li jottjeni.Min għandu
f’idejh xi tip ta’ tmexxija jrid ikun aktar inventiv fuq dan
il-livell.
Dan iwassalni għal punt ieħor dwar kif nixtieq nara s-Servizz Pubbliku.Irridu nħarsu ’l quddiem billi nespandu, naġġustaw u naġġornaw
il-ħidma tagħna skond iż-żminijiet tal-lum.Ma rridux nibżgħu nbiddlu fejn hemm bżonn; ma rridux nibżgħu
li ninqatgħu minn prattiċi li m’għadhomx japplikaw għal żmienna.Ma għandnix inbiddlu biex inkunu biddilna.Imma fl-istess waqt irridu nirreaġixxu għal ħtiġijiet leġittimi
tal-klijenti tagħna, u nkunu sensittivi għal kritika kostruttiva li
ssir minn naħa tal-media.Nirrikonoxxi
r-rwol importanti li għandhom il-media f’dan il-kuntest.Intenni li rridu nkunu sensittivi għal kritika ġustifikata anke
fejn aħna effiċjenti għax jekk din l-effiċjenza mhix twassal biex
inkunu effettivi, allura jkun ifisser illi l-isforzi li qed nagħmlu
xorta ma jkunux qed jilħqu l-għan tagħhom.
Fattur ieħor li nara f’dan il-proġett
imniedi llum hu d-disponibiltà ta’ dawn iż-żewġ dipartimenti li
jidħlu fi sħab mal-privat.Din
il-prattika bdiet tidħol f’pajjiżna f’dawn l-aħħar snin u diġà
kellha miżura ta’ suċċess.Is-Servizz Pubbliku m’għandu għalfejn jiddejjaq xejn li jidħol
fi sħab mal-privat fejn dan ikun ta’ benefiċċju għall-pubbliku.Ma nistgħux nibqgħu qisu li f’pajjiżna hawn żewġ tipi
differenti ta’ xogħol, jiġifieri li s-Servizz Pubbliku jaħdem mod,
u l-privat jaħdem mod ieħor.Ir-realtà hi li t-tnejn għandhom x’jitgħallmu minn xulxin.It-tnejn għandhom x’joffru lil xulxin.U f’ ċertu oqsma s-sħubija bejn is-settur pubbliku u dak
privat tista’ tkun l-aħjar triq.
Is-Servizz
Pubbliku għandu ħafna tajjeb grazzi għal dawk li ġew qabilna u
grazzi għall-isforzi ġenwini tal-maġġoranza assoluta tal-ħaddiema.Iżda fuq kollox dan is-Servizz għandu jibqa’ korp dinamiku.Matul l-aħħar snin, b’mod konsistenti ġew implimentati
diversi riformi.Mhux il-lok
li nsemmihom imma żgur hu, li hemm bażi tajba fuqhiex wieħed jista’
jkompli jibni.
Hu f’dan il-kuntest li jiena nawgura mhux
biss lil dawn iż-żewġ dipartimenti li llum qegħdin jieħdu din l-inizjattiva,
imma lid-dipartimenti kollha, biex iħarsu ’l quddiem b’sens ta’
kuraġġu determinazzjoni.Danjippermittilna
nilqgħu l-isfidi l-ġodda li bilfors irridu niffaċċjaw jekk irridu
niggarantixxu futur dejjem aħjar għall-pajjiżna.Is-Servizz Pubbliku kien, għadu u jrid jibqa’ l-pedament li
fuqu jiddependi l-iżvilupp sostenibbli ta’ pajjiżna