DONAZZJONIJIET
F’ISEM IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND
Il-President ta’ Malta, l-E.T. Dott.
Edward Fenech Adami u s-Sinjura Fenech Adami illum ippreżentaw
donazzjonijiet lil diversi assoċjazzjonijiet filantropiċi u istituti,
f’isem il-Malta Community Chest
Fund. Id-donazzjonijiet, li jikkonsistu f’għajnuna finanzjarja,
sodod, lifts u apparat speċjalizzat
fost l-oħrajn, jammontaw għas-somma ta’ Lm13,530.
L-għoxrin
assocjazzjoni u istitutili
bbenifikaw mid-donazzjonijiet huma: l-Adult
Training Centre for people with special needs, CAM Coeliac Association
Malta, Fatima House, Franciscan Sisters, Friends of the Sick and the
Elderly in Gozo, Ġebel San Martin, Għaqda
Żgħażagħ
b’Diżabilita’, Holy Family,
Kummissjoni Emigranti u Refuġjati, Kummissjoni Ħidma għall-morda
u persuni b’diżabilita’, Little
Sisters of the Poor, Malta Society of the Blind, Malta Resource Centre,
Maltese Society for the Transportation of the Sick to Lourdes, Mission
Fund, Oratorju Don Bosco, Osanna Pia, Piccola Casa di San Giuseppe, RichmondFoundation u
T.A.M.A.
Ta’
min isemmi illi fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, jiġifieri bejn
Jannar u l-aħħar
ta’ Ġunju 2005, il-Malta
Community Chest Fund qassmet is-somma ta’ Lm247,000.
Il-President
Fenech Adami qal li għal
ħafna snin, il-Malta Community Chest Fund setgħet tagħti l-għajnuna
lil dawk fil-bżonn grazzi għad-dedikazzjoni tax-xogħol volontarju kif
ukoll għall-kontribut finanzjarju tal-pubbliku Malti. Il-President ta’
Maltaqal li “din tal-lum hija okkażjoni
li turi l-valur tas-solidarjeta’ li għandna fil-komunita’,
karatteristika tal-poplu Malti.”