TQASSIM
TA’ RIGALI FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA TA’ L-GĦID LIL TFAL TA’
DIVERSI ISTITUTI F’GĦAWDEX
Il-President
ta’ Malta, l-E.T. Dr. Edward Fenech Adami flimkien mas-Sinjura Fenech
Adami dalgħodu
qassmu bajd ta’ l-Għid
lil tfal minn diversi istituti f’Għawdex
f’isem il-‘Malta Community Chest Fund.’
It-tfal
li bbenifikaw minn din l-għotja
huma dawk ġejjin
mid-dar tat-tfal Lourdes
Home, l-Arka Foundation u l-organizzazzjoni OASI.Il-bajd ta’ l-Għid
ngħataw wkoll lil tfal li jinsabu fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u oħrajn
ġejjin
minn
familji fil-bżonn.
Wara
din il-preżentazzjoni li saret fil-Children’s Ward, fl-Isptar Ġenerali
ta’ Għawdex
il-President u s-Sinjura Fenech Adami ltaqgħu u tkellmu mat-tfal li
jinsabu għall-kura fl-Isptar.
Waqt
din il-preżentazzjoni l-President u s-Sinjura kienu akkumpanjati
mis-Supretendent ta’ l-Isptar Dr. Anthony Livori.