JUM
IT-TIFKIRA 2004 F’GĦAWDEX UKOMMEMORAZZJONI TAL-50 ANNIVERSARJU MILL-INAWGURAZZJONI TAL-MONUMENT
TAL-GWERRA FI PJAZZA INDIPENDENZA, VICTORIA
Iċ-ċerimonja
ta’ Jum it-Tifkira ser issir f’Għawdex, nhar il-Ħadd 14 ta’
Novembru permezz ta’ attività fi Pjazza Indipendenza, Victoria. Din
is-sena din iċ-ċerimonja ser tkun waħda speċjali, biex tfakkar ukoll
il-50 Anniversarju mill-Inawgurazzjoni tal-Monument tal-Gwerra fi Pjazza
Indipendenza, Victoria. Il-kxif tal-Monument kien seħħ f’Mejju 1954
mill-Altezza Rjali r-Reġina Eliżabetta II, waqt żjara Rjali f’Għawdex.
F’din
il-kommemorazzjoni se tieħu sehem Banda ta’ l-Iscouts, kor
mistieden għall-okkażjoni, tinqara silta mill-ktieb ‘Il-Qilla
tal-Gwerra fuq Għawdex’ tal-kittieb Għawdxi Frank Bezzina, li
titratta vittmi Għawdxin tat-Tieni Gwerra Dinjija, mill-poeta u iben
il-kittieb, Charles Bezzina, diskors kommemorattiv mill-istoriku Għawdxi
Rev. Mons. Dr. Joe Bezzina, poezija miktuba għall-okkażjoni minn Frank
Mercieca u talb għall-paċi minn rappreżentanti ta’ Reliġjonijiet
varji. Il-qofol ta’ l-attività tintlaħaq permezz ta’ tqegħid ta’
kuruna tar-rand magħmula mill-bronz fuq disinn ta’ Frank Cassar
mal-monument b’tifkira ta’ dan l-anniversarju partikulari, mill-Onor
Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex. Hija tkun segwita bit-tqegħid
ta’ kuruni u bukketti ta’ ward minn Vincent Grech, Chairperson
Kumitat Organizzativ Kultura, kif ukoll mill-kapijiet tad-dipartimenti
governattivi u parastatali f’Għawdex, Għaqdiet u Soċjetajiet Għawdxin
u mill-British Legion u Ex-Servicemen Ingliżi residenti
f’Ghawdex.
Preżenti
għall-attività ser ikun hemm ukoll stakkament Għawdxi tal-Forzi
Armatili
jifforma Gwardja ta’ l-Unur mal-Monument.
Iċ-ċerimonja
tibda fl-10:00a.m. fi Pjazza Indipendenza, Victoria. Il-pubbliku huwa
mistieden u mħeġġeġ li jattendi.