IL-PRESIDENT
TA` MALTA IPPREŻENTAT B’ZEWĠ
DONAZZJONIJIET GĦAL
MCCF
Il-President
ta` Malta, l-E.T. Edward Fenech Adami
illum kien ippreżentat b’erbat elef lira Maltin għal
Malta Community Chest Fund, f’żewġ preżentazzjonijiet differenti
relatati mal-qasam sportiv.
Il-President
Fenech Adami, filwaqt li wera l-apprezzament tiegħu
għall-isforzi
kollha li saru minn ħafna nies sabiex jinġabru
dawn il-fondi qal illi dan kollu juri kemm ġid jistgħu
jagħmlu
attivitajiet sportivi bħal
dawn li joħolqu
sens ta` solidarjeta` u li jgħinu
sabiex nibnu ġejjieni aħjar.
Fl-ewwel
preżentazzjoni, s-Sur Anthony Debono, iċ-Chairman ta` l-‘Isports
Commission’ fi ħdan
il-Malta Community Chest Fund, ippreżenta Lm500 f’isem il-Malta
Aquatic Association.
It-tieni
donazzjoni ġiet ippreżentata mis-surmast tal-Liċeo Mikiel Anton
Vassalli, is-sur Paul Attard li ppreżenta cheque
ta` Lm3,500.Il-Liċeo
ġabar din is-somma permezz ta` attivitajiet soċjali li organizza tul
is-sena bl-iskop li jinġabru fondi li parti minnhom jmorru għal
dawk li huma fil-bżonn, u biex b’hekk, għar-raba
sena konsekuttiva jingħataw lill-Malta Community Chest Fund. Dawn l-attivitajiet
soċjali jinkludu fost l-oħrajn
maratona sportiva ta` 36 siegħa
li issa saret appuntament annwali mhux biss ma` l-istudenti tal-Liċeo iżda
wkoll ma’ studenti ta` skejjel oħrajn
li jipparteċipaw fiha.
Preżenti
kien hemm wkoll Tristan Falzon, student tal-Liċeo, ta` erbatax-il sena
li permezz ta` sponsor sheets, kien dak li fost sħabu,irnexxielujġbor l-akbar
somma li tammonta għal
dik ta` Lm1,140.