Jeżistu sinjali ċari li l-ekonomija Maltija
qed tirpilja u li l-Maltin u l-Għawdxin għandhom kunfidenza fis-suq.
Dan kien il-messaġġ prinċipali tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi meta llum f’Kastilja indirizza lill-ġuranalisti
waqt il-laqgħa tiegħu ta’ kull xahar mal-media.
Il-Prim Minsitru ta’
ċ-ċifri tax-xejriet pożittivi fl-ekonomija li huma konferma li l-politika
tal-Gvern qed tirrendi riżultati pożittivi.
oFost l-aktar importanti huwa l-fatt li
l-investiment barrani f’Malta matul l-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena
żdied b’19-il Miljunmeta
mqabbel ma’ l-ewwel tlett xhur tas-sena l-oħra;
oFl-istess waqt bejn Jannar u Ġunju ta’
din is-sena ġiet registrata żieda ta’ 23% fin-numru ta’ negozji ġodda
meta mqabbla ma’ l-istess perjodu s-sena l-oħra u 21.5% fir-registrazzjoni
ta’ kumpaniji ġodda;
oMeta ta’ ħarsa lejn il-qasam tal-investiment u l-manifattura,
l-Prim Ministru elenka wkoll ix-xejriet pożittivi li qed jesperjenza
dan il-qasam. Fl-istess waqt rajna żieda ta’ 3.2% fit-turnover
tal-manifattura, filwaqt li dan is-settur żied l-investiment tiegħu
b’aktar minn 65%. It-turnover industijali f’Mejju ta’ din is-sena
kien 7.8% aktar minn Mejju tas-sena l-oħra.
oFis-settur tas-servizzi f’Marzu ta’
din is-sena kien hemm żieda ta’ 8.5% fix-xiri tal-karozzi; żieda ta’
16.2% fil-qasam tal-wholesale u
żieda ta’ 4.8% fil-qasam tar-retail
meta mqabbla ma’ l-istess perjodi tas-sena l-oħra;
Dawn ix-xejriet ikomplu
jiġu kkonfermati mill-istatistika dwar il-konsum:
oBejn Ġunju ta’ din is-sena u dak
tas-sena l-oħra, l-Maltin ġemmgħu aktar għaliex id-depożiti
fil-banek żdiedu b’9.5 %. Interessanti wieħed jinnota wkoll li matul
din is-sena n-numru ta’ Maltin li vjaġġaw barra minnMalta bl-ajru żdiedu b’27.4% filwaqt li l-ammont ta’
Maltin li marru fuq vaganza cruise żdiedu b’25% meta mqabbla mas-sena
l-oħra;
oKien hemm wkoll tnaqqis f’dak li
jissejjaħ it-trade gap,
peress li l-importazzjoni ta’ prodotti għall-manifattura u l-konsum
naqsu b’1.5% filwaqt li l-esportazzjoni espandiet b’3.5%;
oFil-qasam tal-impjiegi hemm wkoll
xejriet pożittivi fejn minn Frar sa’ Gunju ġie reġistrat tnaqqis konsistenti
fin-numru ta’ persuni li qed jirreġistraw taħt l-ewwel parti tar-reġistru
mal-ETC;
oFilwaqt li l-inflazzjoni f’Ġunju għoliet
xi ftit meta mqabbla ma’ Ġunju tas-sena l-oħra (+0.78%) ġiet reġistrata
żieda ta’ 2.3% fid-dħul medju tal-ħaddiema. Żdied wkoll bi 3.4%
il-flus fl-idejn. Dan ifisser li l-għoli tal-ħajja kien anqas miż-żieda
fid-dħul medju tal-familji Maltin. L-istatistika turi biċ-ċar li dan
il-fattur għen mhux ftit sabiex tiżdied il-kunfidenza fis-suq tant li
l-familji Maltin qed iħossuhom aktar komdi li jisselfu biex jixtru djar
kif tindika l-istatistika permezz ta’ żieda ta’ 22.6%.
Fir-rigward taċ-ċifri
dwar il-finanzi tal-Gvern, il-Prim Ministru semma kif matul l-ewwel
kwart ta’ din is-sena ġiet kontrollata ż-żieda fin-nefqa tal-Gvern
filwaqt li permezz tal-miżuri mħabbra fil-Budget tal-2004 id-dħul
rikorrenti żdied b’5.3%. Dan għen sabiex id-deficit stutturali
tal-pajjiż fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena naqas b’14.3%
Filwaqt li esprima l-ottimiżmu
tiegħu fil-kuntest ta’ dawn ix-xejriet, il-Prim Ministru semma li
xorta rridu nibqghu kawti. Hemm zviluppi li qed isehhu li jista jkollhom
effett negattiv fuqna, fosthom iz-zieda fil-prezz taz-zejt.
Il-Prim Ministru żied
jgħid li hemm numru ta’ sfidi li għad iridu jingħelbu. Fost l-isfidi
l-aktar importanti il-Prim Ministru semma l-qasam tal-impjiegi, it-trażżin
tad-defiċit tal-Gvern u t-titjib fil-kwalita’ tat-turiżmu.
Fil-qasam ta’ l-impjiegi,
l-Prim Ministru Gonzi ħabbar li fil-ġranet li ġejjin ser jiġi
ppubblikat għall-konsultazzjoni, il-Pjan Nazzjonali dwar l-Impjiegi,
liema pjan ser jifrex il-miżuri li ser jieħu l-Gvern sabiex jistimola
dan il-qasam daqshekk imporanti anki jekk fix-xhur li għaddew beda jinħass
titjib inkoraġġanti. Il-maġġoranza ta’ dawn il-miżuri ser
jirrikjedu aktar attenzjoni fuq l-edukazzjoni ta’ matul il-ħajja, it-taħriġ
mfassal skond il-bżonnijiet tas-suq, u l-incentivi neċessarji biex
persuna issib u tibqa’ b’impjieg.
Il-Pjan ta’ Konverġenza
minnnaħa l-oħra jindirizza il-problema tad-defiċit
strutturali fil-finanzi pubbliċi. Għalkemm jidher li l-Gvern jinsab
fit-triq it-tajba xorta għad baqa sfidi kbar li hemm bżonn li jingħelbu
sabiex b’hekk igawdi kulħadd. Il-Prim Minstru qal li matul ix-xhur li
ġejjin il-Gvern ser ikompli bil-programm ta’ riformi kemm fil-prattiċi
tax-xogħol kif wkoll fir-rigward tal-kontroll tal-ispiża tal-Gvern,
sabiex jekk jista’ jkun jinkisbu riżultati aqwa minn dak li ġie mfassal fil-Pjan ta’ Konverġenza.
Fil-qasam tat-Turiżmu,
il-Prim Ministru semma l-bżonn li dan ikun proġett nazzjonali.Għalkemm f’Ġunju jidher li kien hemm żieda ta’ 8.1% fuq l-ammont
ta’ turisti li ġew Malta f’Ġunju tas-sena l-oħra, xorta waħda hemm bżonn
ta’ ażżjoni aktar ko-ordinata u ffukata fuq dan is-settur. L-ambjent
u l-indafa, it-toroq, il-proġetti ta’ tisbiħ, il-kultura u l-wirt
nazzjonali flimkien mat-tlestija ta’ proġetti kapitali, kemm dawk li
qed isiru kif wkoll dawk ġodda, ser jingħataw prijorita fis-snin li ġejjin.
F’dan kollu, il-Gvern
huwa determinat li jibqa’ jagħti attenzjoni ffukata u qawwija fuq
il-qasam soċjali biex jigi żgurat li kulħadd jimxi ‘l quddiem u ħadd
ma jibqa’ lura.Mikejja
l-investiment kbir fil-qasam soċjali, dejjem jibqa’ r-riskju ta’
sezzjonijiet tas-soċjeta’ Maltija li jaqgħu f’riskju ta’ faqar
jew esklużjoni.Biex dan
ikun indirizzat b’mod dejjem aktar effikaċi, il-Gvern għadu kemm
lesta l-ewwel Pjan Nazzjonali ta’ Azzjoni dwar l-Inklużjoni.Dan il-Pjan tfassal wara proċess qawwi ta’ konsultazzjoni
ma’ l-imsieħba soċjali, mas-soċjeta’ ċivili u l-organizzazjonijiet
pubbliċi u volontarji involuti fil-qasam soċjali.Flimkien mal-Pjan Nazzjonali ta’ Azzjoni dwar l-Impjiegi,
il-Pjan Nazzjonali ta’ Azzjoni dwar l-Inkluzjoni jipprovdu il-qafas għal
żvilupp soċjali ġdid u ffukat dejjem aktar lejn dawk li l-aktar għandhom
bżonn l-għajnuna tas-soċjeta biex jipparteċipaw b’mod sħiħ fl-iżvilupp
ta’ pajjiżna.
Il-Prim Ministru għalaq
billi tenna li sabiex Malta tikber fl-Ewropa hemm bżonn tal-parteċipazzjoni ta’
kulħadd. Is-sieħba soċjali u s-soċjeta’ ċivili għandhom sehem
importanti x’jagħtu fit-tfassil tal-ġejjieni. L-isfidi jistgħu jingħelbu
biss jekk kulħadd jiġbed ħabel wieħed fl-interess nazzjonali u
bil-galbu, mingħajr diżgwid soċjali, imma b’fehma soda li pajjiżna
jista’ jiżviluppa u jirrendi ġid għal kulħadd.