IL-KONSLU ONORARJU GENERALI
TA’ MALTA F’SAN FRANCISCOJIPPREZENTA ‘WHEELCHAIRS’ LILMALTA COMMUNITY CHEST FUND
L-E.T.
il-President ta` Malta, Dr. Edward Fenech Adami, gie
ipprezentat b’donazzjoni ta` ghaxar ‘wheelchairs’ ghal Malta Community Chest Fund mill-Konslu
Onorarju Generali ta` Malta f’San Francisco, is-Sur
Charles J. Vassallo.
Fuq
inizjattiva tal-Konslu Vassallo kongunta ma` l-assocjazzjoni
‘Wheelchairs Foundation’ li tinsab fl-Amerika, ghal dawn l-ahhar
snin kienu qed isiru diversi donazzjonijiet ta` ‘Wheelchairs’ lil
Community Chest Fund sabiex jaghmlu uzu minnhom individwi u
assocjazzjonijiet filantropici f’pajjizna.
Il-President
Fenech Adami, filwaqt li irringrazzja lil Konslu tal-hidma tieghu barra minnMalta, wera l-apprezzament tieghu
ghal din il-generozita` li bdiet snin ilu.
Il-President
qal li llum il-Community Chest Fund saret istituzzjoni f’pajjizna u
zied jghid li kemm ilu jippresedieha, sar jaf kemm hawn nies li, b’mod
volontarju huma lesti li jghinu mhux biss fl-amministrazzjoni tal-Malta
Community Chest Fund izda wkoll fid-donazzjonijiet.
Din
is-sena dawn l-ghaxar ‘wheelchairs’ huma destinati ghal tlett
istituzzjonijiet filantropici li huma d-Dar tal-Providenza, ir-Razzett
tal-Hbiberija u l-Fundazzjoni Arka.