IL-PRESIDENT IPPREZENTATB’DONAZZJONI
TA’ LM10,000 GHAL COMMUNITY CHEST FUND
Il-President ta’
Malta
, l-E.T. Dr. Edward Fenech Adami, gie ipprezentat bis-somma ta’
Lm10,000 ghal Malta Community Chest Fund. Id-donazzjoni kienet
ipprezentata mic-Chairman ta` l-HSBC, Mr. Albert Mizzi, waqt zjara li l-
President ghamel fl-Ufficini Generali ta` l-HSBC fil-Belt
Valletta
.
Il-President Fenech Adami rringrazzja
lill-HSBC talli ghogbu jinkludi lill-Community Chest Fund fil-program ta`
attivitajiet fl-gheluq il-hames anniversarju
minn
meta l-HSBC gie f’Malta.
Il-President zied jghid illi dan is-sens
ta` responsabbilita` socjali jaghmel unur lil dawk il-kumpaniji li
jahsbu f’min hu fil-bzonn ghalhiex b’dan il-mod inkunu qedhin
nassiguraw l-ahjar gejjieni ghal pajjizna.
Qabel ma zar l-ufficini ta` l-HSBC, il-President
zar il-Muzew Nazzjonali ta` l-Arti fil-belt
Valletta
fejn ra l-pittura ‘Malta Turner’ li giet mislufa mill-istess bank.
Id-direttur ta` l-HSBC, Dr. Philip Farrugia Randon, l-awtur ta` Turner’s Malta Watercoulour spjega lill-President, d-dettalji u l-kwalitajiet
li ghandha din il-pittura.