DONAZZJONI TA` LM10,000 GHAL COMMUNITY
CHEST FUND MILL-LICEO DUN GUZEPP ZAMMIT BRIGHELLA
L-E.T. Il-President ta` Malta, Dr. Edward
Fenech Adami gie ipprezentat bis-somma ta` Lm10,000 ghal Malta Community
Chest Fund waqt li kien qed jzur il-Liceotas-Subien, Dun Guzepp Zammit (Brighella) fil-Hamrun.
Fix-xahar ta` Marzu, il-Liceo organizza
Maratona tar-Roti ta` 50 siegha, taht il-patrocinju tal-Community
Chest Fund, bl-iskop li jingabru l-fondi ghat-tfal morda bil-kancer. F’din l-attivita` kienu ppartecipaw numru kbir ta` studenti
mill-istess skola, u studenti mill-iskejjel sekondarji tas-subien ta` l-Mtarfa,
Marsa u B’Kara (Naxxar Annex).
Il-President ta` Malta, filwaqt li esprima
l-pjacir tieghu li qed izur din l-iskola li twaqqfet madwar 50 sena ilu,
wera s-sodisfazzjoni tieghu li permezz ta` din il-Maratona l-istudenti
rnexxielhom jigbru din is-somma sabiha ghal min hu fil-bzonn.
Il-President qal li “l-Poplu
Malti huwa maghruf li huwa poplu generuz ghax wara din il-hegga fl-ispirtu
li nigbru dawn il-flus, hemm l-ghozza tas-solidarjeta`”
Il-President Fenech Adami qal li
fis-socjeta` insibu ruhna f’cirkustanzi li jaghmluna differenti minn
xulxin, xi drabi dawn id-differenzi jizvantaggawna bejnietna stess.
Il-President kompla jghidli
b’hekk, is-sens ta` solidarjeta` ghandu jkun mezz biex naghtu kas lil
min ghandu bzonn lilna biex intaffu t-toqol ta` dawn l-izvantaggi u
noholqu gustizzja mhux f’pajjizna biss, izda anke lil hinn minn xtutna.
“Is-solidarjeta` irridu nghixuha kuljum fil-hajja taghna, fid-decizjonijiet
li niehdu sabiex igawdi minnha kulhadd. Is-solidarjeta` irridu nghixuha
u nissolidawa kuljum ghal gid ta` kulhadd.”
Filwaqt li ta l-awguri tieghu
lill-istudenti ghal ezamijiet li qeghdin fil-vicin, il-President Fenech
Adami qal li “huwa importanti li
tkunu tajbin akkademikament izda huwa wkoll importanti li trabbu
karattru mrawwem bil-valur ta` solidarjeta` li r-rizultat tieghu qeghdin
hawnhekk niccelebrawh illum.”