DISKORS MILL-ONOR.
EDDIE FENECH ADAMI, PRIM MINISTRU, WAQT ĊENA MOGĦTIJA MILL-PRIM
MINISTRU AD UNUR IL-PRESIDENT TA’ MALTA U S-SINJURA de MARCO – BERĠA
TA’ KASTILJA, IL-BELT VALLETTA – 09
MARZU 2004
Sur
President, imiss lili l-kompitu mhux faċli imma feliċi, illi peress li
ż-żmien ma jaħfirha lil ħadd, wasalna fit-terminu tal-kariga tiegħek
ta’ President ta’ Malta.U jien bħala l-Prim Ministru, f’ismi u f’isem il-gvern, kif
ukoll m’għandix dubju f’isem il-poplu Malti, irrid illum
nirringrazzjak.Nirringrazzjak
talli qdejt din il-funzjoni tant importanti għal pajjiżna bid-dinjita’,
bl-intelliġenza, b’mod li ċertament ġbidt l-ammirazzjoni ta’ kulħadd.
Naħseb
li nista’ ngħid illi, inti wkoll kont President bħall-Presidenti li
kellna qabel, li għamilt ġieħ u unur lil pajjiżna u lill-poplu tagħna.Jiena tmissni r-raba’ darba illi qed nagħmel diskors simili,
però naħseb illi għalkemm kelli diskorsi oħra tal-Presidenti li spiċċaw
qablek; Pawlu Xuereb, Alla jaħfirlu; Dr Ċensu Tabone, Ugo Mifsud Bonniċi,
din id-darba hemm xi ħaġa aktar partikulari fis-sentimenti tiegħi.Għax lill-President, jiena ilni nafu miż-żminijiet ta’ l-iskola
sekondarja, meta konna fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi flimkien.Naturalment, il-President ftit akbar minni, għalkemm ma
jidhrulux is-snin, però niftakru sew lil xulxin f’dawk iż-żminijiet
ta’ l-iskola.
Terraqna
ż-żmien ta’ l-Università, hu il-kors ta’ qabli, però kienu snin
ta’ viċinanza: viċinanza fl-istudji, fil-kamp legali, viċinanza
fil-ħsibijiet u d-diskussjonijiet perenji li konna nagħmlu.Qed nitkellem fuq is-snin ħamsin meta pajjiżna kien għaddej
mill-ewwel - nghidlu - żvilupp politiku importanti ta’ wara l-gwerra.Konna niddiskutu, konna viċin xulxin, sirna avukati u d-destin
reġa’ laqqagħna mill-viċin ħafna għal perjodu twil fil-politika,
fis-servizz lejn pajjiżna.
Illum
lill-President jiena ngħidlu, naħseb li inti sodisfatt, kuntent, kif
konna ngħidu bil-Latin, fuctus opere, qdejt dmirek, mission
accomplished, dak li kellek tagħmel f’ħajtek għaraft li tagħmlu,
billi tajt l-aħjar servizz li stajt għal pajjiżna.Mhux se noqgħod nirreferi għall-merti oħra kbar, mhux fil-kamp
politiku, bħalma huwa fil-qasam ġuridiku, però ċertament dawn l-aħħar
ħames snin, int kont ta’ ispirazzjoni għalina lkoll.
Kont
ukoll il-punt li għaqqad dejjem aktar lil dan il-poplu Malti.U allura nħoss illi huwa d-dmir tiegħi illi ngħidlek grazzi.Grazzi ħafna għal dak li għamilt bħala President ta’ Malta.
Jiena
ġieli tkellimt miegħek.Huwa
dover Kostituzzjonali li kont inżommok infurmat bl-andament tal-pajjiż,
fis-sens ġenerali tal-ġestjoni ta’ pajjiżna.Però ġieli tkellimna wkoll fuq livell personali u jiena naf li
għalkemm issa huwa l-mument li inti se tirtira, naħseb il-kelma ‘tirtira’,
inti ma tistax tniżżilha; u naf li l-impenn tiegħek, tibqa’, sa l-aħħar
darba li kellimtek u tgħidli: “irrid nara kif se nokkupa ruħi u
nokkupa ruħi mhux biss biex ngħaddi ż-żmien jew naħli ż-żmien,
imma b’mod utli.”U
jiena nawguralek illi meta se tispiċċa mill-kariga ta’ President,
ikollok ħajja dinamika kif kellek sal-lum u kif naf illi tixtieq int.
Grazzi
minn qalbi lilek.Nirringrazzja
wkoll lis-Sinjura de Marco illi ppermettili ngħid, ħadet ħafna paċenzja
bik u bl-oneri illi inti kellek iġġorr u żgur kienet ta’ sostenn u
ta’ ispirazzjoni wkoll fil-ħidma tigħek.Grazzi ħafna u issa Sinjuri, nixtieq illi nixorbu flimkien
bis-saħħa tal-President de Marco u s-Sinjura de Marco.