DISKORS MILL-ONOR
EDDIE FENECH ADAMI, PRIM MINISTRU, WAQT IL-FTUĦ TAĊ-ĊENTRU APPOĠĠ
FIL-GWARDAMANGIA - IL-ĠIMGĦA 27 TA’ FRAR 2004
Meta
kont inawgurajt il-Kumpless Vajrita għal persuni b’diżabilità kont
għidt li, l-effettività ta’ kull Gvern, hi marbuta ma’ kemm
il-Gvern jirnexxilu jwieżen lil dawk li fis-soċjetà jeħtieġu l-għajnuna.Jekk irridu npoġġu fil-prattika l-prinċipju tal-Ġustizzja Soċjali,
allura rridu nħaddmu politika soċjali li tiżgura li kulħadd ikollu
l-opportunità li jipparteċipa b’mod sħiħ fil-ħajja soċjali ta’
pajjiżna.
Biex
dan isir, pajjiżna żviluppa diversi istituzzjonijiet u servizzi, kemm
tal-Gvern u kemm dawk ta’ għaqdiet mhux Governattivi.L-Aġenzija APPOĠĠ hi ċertament fil-qalba tal-ħidma soċjali
f’pajjiżna speċjalment f’dawk is-servizzi favur it-tfal u dawk li
jieħdu ħsiebhom.Għalhekk
huwa pjaċir tiegħi li nkun hawn illum, ninawgura dan il-post ġdid li
jilqa’ fih diversi persuni fosthom tfal li jirrikjedu appoġġ soċjali.
Dan
il-post huwa s-simbolu tas-Solidarjetà Maltija fl-aqwa tagħha.Is-soċjetà Maltija hi msawra fuq diversi valuri iżda forsi l-aktar
li jispikkaw huma l-interess ġenwin f’dawk li jeħtieġu għajnuna u
l-impenn biex intejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ min għandu xi diżabilità
jew kundizzjoni oħra.Dawn
huma valuri li jispikkaw fis-soċjetà tagħna u bla dubju kienu fost
il-valuri li l-aktar li kkontribwew għall-iżvilupp ta’ pajjiżna
anke dak ekonomiku.Dawn il-valuri sawru mhux biss kuxjenza soċjali fil-poplu
tagħna iżda kienu strumentali biex f’pajjiżna niggarantixxu l-paċi
u l-progress.
Illum
hu evidenti li l-progress ekonomiku u dak soċjali jimxu id f’id għaliex
ma jistax ikun hemm wieħed mingħajr l-ieħor.Għalhekk il-Gvern dejjem ħaseb li fil-miżuri li jieħu, fl-investimenti
li jagħmel u fil-prijoritajiet li jistabbilixxi, iżomm bilanċ bejn
it-tnejn biex kulħadd f’pajjiżna jkun inkluż.
Jiena
nieħu din l-okkażjoni biex insellem lill-ħaddiema kollha li jaħdmu
f’dan il-qasam, mhux biss ħaddiema ta’ l-APPOĠĠ iżda lill-ħaddiema
kollha tas-settur soċjali f’pajjiżna.Nirrikonoxxi li x-xogħol li twettqu mhux wieħed faċli.Nifraħ lill-ħaddiema ta’ l-APPOĠĠ li bl-impenn tagħhom,
waslu għal ħafna
żviluppi
importanti, fosthom il-ftuħ ta’ dan il-post.
Huwa
ta’ sodisfazzjon għalija li qed nitkellem fil-preżenza ta’ dawn
it-tfal kollha għaliex is-solidarjetà tibda miċ-ċokon. Is-servizzi għat-tfal
u għal min jieħu ħsiebhom huma parti mill-ħidma
tas-soċjetà Maltija sabiex tassigura d-drittijiet tat-tfal, fosthom
id-dritt għall-familja, id-dritt li tgħix f’ambjent san u d-dritt li
tkun kuntent.Inħossni
sodisfatt meta nara t-tfal fiċ-ċentru tal-politika soċjali f’pajjiżna
għaliex mhux biss hekk hu sewwa u xieraq, iżda wkoll għaliex dan
jawgura tajjeb għall-futur ta’ pajjiżna.
Għalhekk
huwa l-pjaċir tiegħi li niddikjara dan il-post uffiċjalment miftuħ.