Id-Dipartiment ta’
l-Informazzjoni jixtieq javża li l-Freephone
153 issa jista’ jinqabad ukoll permezz tat-telefon ċellulari,
kemm mill-abbonati tal-Vodafone
kif ukoll minn dawk tal-Go
Mobile.Barra
minn hekk, wara l-ħinijiet tax-xogħol, min ikollu bżonn jitlob xi
informazzjoni, jista’ jħalli messaġġ li jiġi rrekordjat, fejn
jistaqsi għat-tagħrif li jkun jinħtieġ.Imbagħad, fl-ewwel ġurnata tax-xogħol li jkun imiss bejn
it-8.00am u l-5.00pm, membru ta’ l-istaff
iċempel lura lil min ikun ħalla l-messaġġ, u tingħatalu
l-informazzjoni li tkun intalbet.
Mezz ieħor kif tintalab
informazzjoni huwa dak li wieħed jibgħat e-mail
lil info@gov.mt.Id-Dipartiment qed jikkommetti ruħu li jibgħat risposta bl-e-mail
fi żmien ġurnata tax-xogħol minn meta ssir it-talba.Meta t-talba ma tkunx tista’ tiġi ttrattata mis-Servizz
Informazzjoni tal-Gvern, din tiġi awtomatikament referita
lill-awtorità konċernata, minn fejn imbagħad toħrog ir-risposta
finali.
Kull
min għandu aċċess għall-e-mailjista' jabbona' biex jirċievi direttament fl-e-mail
account tiegħu, permezz tad-Direct Mailing
Servicesregolarment b’xejn, avviżi dwar
Opportunitajiet ta’ Impjiegi mal-Gvern, Tenders
u Scholarships. Wieħed
jista’ jabbona f’dan is-servizz billi sempliċiment jimla
l-formola li tidher fuq il-website
tad-DOI. Id-Dipartiment
qed jintrabat li jibda jipprovdi s-servizz mhux aktar tard minn tlett
ijiem minn meta timtela l-formola tar-reġistrazzjoni.
Id-Dipartiment
qed iwiegħed ukoll li jpoġġi online
fuq il-Website tad-DOI www.doi.gov.mtl-istqarrijiet uffiċjali kollha li joħorgu kuljum fl-istess jum
li jkunu ġew mgħoddija lill-istampa, kif ukoll avviżi dwar impjiegi
mal-Gvern, Tenders u Scholarships dakinhar stess li jiġu ppubblikati fil-Gazzetta
tal-Gvern.
Is-Servizz
Informazzjoni tal-Gvern jistieden lill-membri tal-pubbliku biex jekk
ikollhom bżonn, jiġu personalment fl-Uffiċċju tal-Customer
Care, 3, Misraħ Kastilja, Valletta, biex jiksbu informazzjoni jew
jiġbru letteratura dwar servizzi u attivitajiet tal-Gvern.
Aktar
dettalji dwar dawn il-faċilitajiet li issa ġew jagħmlu parti
mis-Servizz Informazzjoni tal-Gvern u li kollha adottaw il-Quality
Service Charter, jinsabu fi ktejjeb li għadu kif ġie
ppubblikat miċ-Charter Support
Unit fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.Kopji tal-ktejjeb, bil-Malti u bl-Ingliż, jistgħu jinkisbu
mid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni, Valletta u mill-uffiċċji
tal-Kunsilli Lokali, mill-Librerija Ċentrali u dawk Reġjonali u miċ-Ċentri
tas-Saħħa.Min
irid jista’ jċempel fuq Freephone 153 jew jibgħat e-mail lil info@gov.mt,u
jirċievi kopja bil-posta, id-dar.