L-arċipelagu
Malti, li jinsab fin-Nofsinhar ta’ Sqallija, bażikament jikkonsisti
fi tliet gżejjer: Malta, Għawdex u Kemmuna. It-total
tal-popolazzjoni tal-Gżejjer Maltin fl-2006 kien ta’ 393,933.
L-ikbar gżira tal-grupp hija Malta, li minnha l-arċipelagu jieħu
ismu. F’Diċembru 2006, Malta kellha popolazzjoni ta’ 364,040.
Il-kapitali Valletta, hija ċ-ċentru kulturali, amministrattiv u
kummerċjali ta’ l-arċipelagu. Malta tgawdi minn portijiet tajbin, li
l-aktar importanti fosthom huwa l-Port il-Kbir tal-Belt Valletta.
L-ajruport internazzjonali ta’ Malta jinsab madwar ħames kilometri
’l bogħod mill-kapitali.
It-tieni l-akbar gżira, Għawdex, hija differenti minn Malta mil-lat
topografiku. Għawdex jolqtok bl-istil ta’ ħajja tiegħu aktar
kwieta, u tista’ tmur iżżuru permezz ta’ ferry-boat
miċ-Ċirkewwa jew Tal-Pietà, ħdejn il-Belt Valletta, u
bis-seaplane-minn ġol-Port il-Kbir.
Kemmuna, Kemmunett, Filfla u l-Gżejjer ta’ San Pawl huma gżejjer
oħra ta’ l-arċipelagu. Minn dawn, Kemmuna biss, li tinsab fin-nofs
bejn Malta u Għawdex, tista’ żżomm popolazzjoni ċkejkna fuqha. Biex
tmur Kemmuna, l-aktar fiż-żewġ bajjiet li jagħmluha attrazzjoni
popolari, tista’ jew tmur b’dgħajsa jew ma’ l-excursion ferries
miċ-Ċirkewwa fix-xhur tas-sajf.
Pożizzjoni:
Id-distanza bejn Malta u l-eqreb ponta fi Sqallija hija ta’ 93 km.
Id-distanza mill-eqreb ponta mill-Afrika ta’ Fuq (it-Tuneżija) hija
ta’ 288 km. Ġibiltà tinsab ma’ l-1,826km fuq il-punent u Lixandra
ma’ l-1,510km fuq il-lvant.
Bis-saħħa ta’ din il-pożizzjoni strateġika Malta setgħet tiżviluppa
bħala ċentru għall-kummerċ. Il-Malta Freeport huwa wieħed
mill-portijiet ewlenin fil-Mediterran għat-trasbord tal-containers.
Il-Gżejjer Maltin jinsabu fuq dawn il-co-ordinates:
Latitude
tat-Tramuntana 36o00'00" Longitude tal-Lvant 14o36'00"
Kejl
tal-Gżejjer Maltin: 316 km2
Fatturi Fiżiċi: Malta m’għandhiex la muntanji u l-anqas xmajjar.
Sensiela ta’ għoljiet baxxi b’għelieqi mtarrġin mal-ġnub tagħhom
huma karatteristiċi tal-Gżira.
Il-kosta ta’ Malta fiha ħafna daħliet, għalhekk tipprovdi diversi
portijiet, bajjiet, daħliet, ramliet u xtut.
Klima:
Hija l-klima, aktar minn kull ħaġa oħra, li għamlet lil Malta
attrazzjoni turistika importanti fiċ-Ċentru tal-Mediterran.
It-temperatura medja fix-xitwa hija ta’ 120Ċ (54oF.)
Proprjament insibu żewġ staġuni biss f’Malta: l-istaġun ta’ nixfa
fis-sajf, u l-istaġun tax-xitwa li ma tkunx qalila. Il-medja
tax-xita hija ta’ 558.2 mm (22 pulzier). Ix-xita rari tinżel, jekk
qatt tinżel, fix-xhur tas-sajf.