Meta gvern tal-gurnata tibda ssirlu
kritika mill-istess alleati tieghu, il-hbieb li jkunu tawh palata tajba
hafna biex zammewh fil-gvern, biex rebah referendum u anke elezzjoni
generali, ikun ifisser li beda jberraq sew, ikun ifisser li
l-hbieb bdew jiddejqu b’kif qeghdin imexxu dawk li huma ghenu biex
jiffurmaw l-amministrazzjoni tal-pajjiz. Kritika ricenti minn dawn
il-hbieb tal-Gvern Nazzjonalista saret fuq il-finanzi tal-pajjiz, jew
ahjar fuq in-nuqqas taghhom, meta tiftakar li Malta hija mghobbija
b’dejn pubbiku ta’ Lm1,187,100,000, minbarra l-imghaxijiet, u
b’deficit ta’ aktar minn Lm100,000,000 meta ghadna lanqas qbizna
tmien xhur minn sena li suppost kellha tispicca b’deficit ta’ Lm75
miljun. Kien il-Prim Ministru Fenech Adami li rcieva l-ewwel kanunata
minghand il-hbieb wara konferenza stampa li ta aktar kmieni dan ix-xahar
meta ttratta anke l-qaghda finanzjarja gravi tal-pajjiz.
Il-hbieb ta’ Fenech Adami u l-gvern tieghu xejn ma kienu kuntenti
bil-kelmtejn tal-Prim Ministru. Mhux biss ghax in-Nazzjonalisti gabu
lill-pajjiz f’qaghda finanzjarja mwieghra, imma ghax veru ghamel biss
kelmtejn li kienu bla ebda sugu meta huma stennew li jkun hemm
spjegazzjoni analitika dwar x’seta’ mar zmerc f’dak li kien
ipprogettat fil-budget.
Il-hbieb tal-Gvern issa qeghdin jindunaw li wara kollox il-kritika ta’
l-Oppozizzjoni Laburista li n-Nazzjonalisti m’ghandhomx direzzjoni, hi
kollha minnha. Huma stess qeghdin jammettu li lanqas tista’ titwemmen
kif Gvern jista’ jmur tant zmerc fil-progezzjonijiet li jkun fassal
fil-budget u qeghdin jishqu li l-Gvern jinhtieg inaqqas il-paroli u
jibda jiehu azzjoni. Ghandhom ragun dawn li tant hadmu biex tellghu
Gvern Nazzjonalista ihossuhom urtati. B’dawk il-miljuni kollha bhala
dejn, il-Ministru tal-Finanzi John Dalli ma tantx harighom ta’ rgiel.
Anzi waqqghalhom wicchom l-art.
Imma l-qaghda finanzjarja gravi tal-pajjiz ma kenitx l-uniku suggett li
dawn il-hbieb tal-Gvern Nazzjonalista qeghdin jesigu direzzjoni ghaliha.
Issa qeghdin jghajru lill-benjamin taghhom, li bih fil-gvern kellhom
il-hsieb li jaghmlu akkwisti kbar, li jinsab nieqes mill-energija li
wera fil-jiem tar-referendum u ta’ l-elezzjoni generali, bi
traskuragni u b’telqa fl-ambjent. Dawn il-hbieb qeghdin jaraw hmieg
ma’ kullimkien, anzi skond huma l-pajjiz qieghed jghum fil-hmieg
minghajr hadd fil-gvern ma jcaqlaq subgha biex jirranga l-qaghda.
Kliem bhal dan gej minn suppost hbieb sincieri tal-Gvern Nazzjonalista,
hbieb li generalment jahbulu l-izbalji jew isibulu l-iskuzi ghalihom,
juri l-krizi rriversibbli li n-Nazzjonalisti jinsabu fiha.