It-tebgha ta' l-iskandlu tal-Lay Lay tibqa' fuq
Alfred Sant
L-opinjoni pubblika ghadha qed tistenna lil Alfred Sant iwiegeb numru
ta' mistoqsijiet dwar l-iskandlu tal-Lay Lay. Alfred Sant qed jipprova
jahsel din it-tebgha minn fuq hwejgu billi jsemmi libell li ma kellu
x'jaqsam xejn mas-sustanza ta' l-iskandlu nnifsu. L-iskandlu tal-Lay Lay
ma kienx quddiem il-Qorti u l-opinjoni pubblika kellha kull dritt tkun
ixxukkjata ghal dan l-iskandlu li fih il-hbieb tal-hbieb kienu se jbighu
proprjeta lill-Awtorita tad-Djar. Dan sar minkejja pariri li dak
il-process kien kontra l-ligi. Dan hu l-iskandlu tassew tal-hbieb
tal-hbieb li Alfred Sant qed jipprova jahrab milli jwiegeb mistoqsijiet
dwaru.
Il-fatti ta' l-iskandlu
Ftit qabel l-elezzjoni generali li ghaddiet, il-Bord ta' l-Awtorita
tad-Djar mahtur mill-Gvern ta' Alfred Sant kien ippubblika skema li biha
l-Gvern kien se jibda jixtri proprjeta minghand il-privat biex din tibda
tintuza ghal housing socjali. Xejn hazin s'hemm. Izda tliet gimghat
qabel l-istess elezzjoni generali, mill-ewwel deher li l-iskema kienu se
jgawdu minnha l-bazuzli u l-hbieb tal-hbieb fl-istil skandaluz
tal-Labour tas-Snin 70 u 80.
Il-hbieb tal-hbieb ibighu proprjeta lill-Gvern ta' Alfred Sant
Meta wiehed iqis li s-sussidju li l-Awtorita tad-Djar taghti f'sena
shiha hu madwar miljun Lira, wiehed malajr jifhem x'kienet l-ghagla li
biha l-Bord ta' l-Awtorita tad-Djar lejlet l-ahhar elezzjoni dahal
f'konvenju ghal kuntratt ta' miljun Lira u nofs minghand il-kumpannija
Lay Lay li kienet marbuta ma' skandli ohra ta' gvernijiet Laburisti
tal-passat. Konvenji ohra kienu se jsiru ma' kumpanniji tal-hbieb u
tal-hbieb tal-hbieb fi skandlu kbir ta' konflitti ta' interess ta' nies
imdahhla fil-Gvern ta' Alfred Sant u li kienu se jbighu proprjeta
lill-istess Awtorita.
Kontra l-ligi u kontra l-pariri
Din id-decizjoni tal-Gvern ta' Alfred Sant permezz ta' l-Awtorita
tad-Djar saret minkejja li
kienet kontra l-ligi ghax l-Awtorita tad-Djar ma tistax taghti kuntratti
diretti ta' aktar minn Lm3,000, ahseb u ara kuntratt ta' miljun Lira u
nofs,
kienet fuq blokki ta' appartamenti li lanqas biss kellhom il-permessi
kollha mehtiega, u
kienet tmur kontra l-policy moderna tal-housing li thares lejn in-nies
b'mod shih u tintegrahom fil-lokalitajiet fejn joqoghdu flok titfaghhom
kollha fuq xulxin go ghettoes ta' housing hazin li jkomplu jkabbrulhom
il-problemi. Minkejja dan kollu, il-Gvern ta' Alfred Sant mexa
daqslikieku kien ghama ghal kwalunkwe idea ta' etika, indafa jew
trasparenza u xorta baqa' ghaddej bil-konvenji mal-hbieb tal-hbieb.
Libell li ma kellux x'jaqsam ma' l-iskandlu nnifsu
Alfred Sant issa qed jipprova jwahhal f'haddiehor ghall-iskandlu li
wettaq fl-ahhar nifsijiet tal-Gvern tieghu wara li l-ex Ministru
tal-Housing Freddie Portelli rebah libell fuq punt li ma kellu x'jaqsam
xejn ma' l-iskandlu nnifsu. Il-kwistjoni tal-libell kienet jekk il-Lay
Lay iffinanzjax jew le l-kampanja elettorali ta' Freddie Portelli.
Fil-libell, NET TV ma riedx jikxef is-sors ta' l-informazzjoni tieghu.
Imkien ma kien ittrattat jekk l-istorja kollha hix skandaluza jew le.
L-opinjoni pubblika kemm fl-1998 kif ukoll issa ghandha dritt tkun
ixxukkjata ghal dan l-iskandlu li fih il-hbieb tal-hbieb gew mistiedna
jbighu proprjeta lill-Gvern ta' Alfred Sant. Il-libell ma kellu x'jaqsam
xejn ma' dan.
Dak li tistenna issa l-opinjoni pubblika minn Alfred Sant m'huwiex li
jipprova jimmanipulaha kif kemm-il darba jipprova jaghmel izda li
jwiegeb il-mistoqsijiet dwar il-konvenji li dahlet ghalihom l-Awtorita
tad-Djar fi zmien il-Gvern tieghu u li bihom il-hbieb tal-hbieb kienu
ser ibighu proprjeta taghhom, naturalment bi qligh.