Jidher li l-guri ta' Ian Farrugia b'konnessjoni ma' l-attentat
ta' qtil ta' richard Cachia Caruana holoq diversi sorprizi.
Issorprenda lill-Prim Ministru bil-verdett li hargu bih il-gurati.
Issorprenda lil min irid jitkellem bl-aktar mod oggettiv bin-nuqqasijiet
min-naha tal-Pulizija li ghalihom ghandu hafna x'iwiegeb
il-Kummissarju tal-Pulizija. Issorprenda lill-maggoranza tal-poplu Malti
u Ghawdxi l-mod kif hawn min irid jizvijja l-kwistjoni ewlenija mahluqa
bil-verdett liberatorju ta' Ian Farrugia: x'se jigri mill-proklama u
l-mahfriet li nghata Zeppi l-Hafi?
Il-Prim Ministru kien ghazel li jidhol fil-kaz inkwistjoni b'ruhu u
gismu. Ghamilha ta' kollox. Investiga l-kaz mill-bidu sa l-ahhar.
Iltaqa' diversi drabi ma' persuna li issa giet skreditata
kompletament. Hass li kien ghalaq il-kaz. Emmen dak kollu li qallu Zeppi
l-Hafi. Laqqa' l-Kabinett. Ikkonvincihom jaghtu proklama lil zeppi l-Hafi.
Ikkonvincihom ukoll li Zeppi l-Hafi mhux biss kellu jinghata proklama u
mahfra fuq il-kaz partikolari li fih kien involut minn rasu sa gharqubu,
imma wkoll fuq kazi ohra li maghhom, f'kaz ta' htija, igorru pieni
kbar ta' habs, fosthom fuq traffikar ta' kwantita' kbira ta'
kokaina.
Dak li emm il-Prim Ministru m'emmnitux il-gurija. Il-gurija
m'emmnitx dak li emmen kompletament il-Prim Ministru wara li semghet
x'kellhom xi jghidu diversi xhieda. Xhieda li kienu fuq il-post tad-delitt.
Xhieda li zammew sod f'dak li kienu qeghdin jghidu taht gurament.
Xhieda li kienu konvinti li qeghdin jghidu l-verita'.
Il-mistoqsija li qieghed jaghmel il-poplu, u inutli li hawn min irid
jwarrab minn fuq l-agenda l-kaz ta' Zeppi l-Hafi, hija: x'se jaghmel
issa l-Prim Ministru? Il-Prim Ministru meta rrakkomanda l-proklama u l-mahfra
lil Zeppi l-Hafi ghamel hekk bil-kundizzjoni li Zeppi l-Hafi jghid
il-verita' kollha dwar il-kaz. Il-Prim Ministru ghadu konvint li Zeppi
l-Hafi qallu l-verita' kollha?
Il-Prim Ministru ghandu jkun car. Ghadu jemmnu jew le lil Zeppi l-Hafi?
Jemmen li dak li qallu kienet il-verita' kollha? Il-Prim Ministru
ghandu jwiegeb ghal mistoqsijiet semplici u diretti bhal dawn.
Mistoqsijiet li qieghed jaghmilhom Cikku l-Poplu. Il-Prim Ministru jista'
jibqa' assigurat li lil Zeppi l-Hafi mhux biss il-gurija m'emmnitux
imma lanqas Cikku l-Poplu.