IT-TIELET SENA TA’ HIDMA TAL-GVERN: ‘INSAHHU
PAJJIZNA’ — MINISTERU TAT-TURIZMU
Dan ir-rapport dwar il-hidma tal-Ministeru
tat-Turizmu ghat-Tielet Sena tal-Gvern ikopri l-perjodu mill-bidu ta’
Settembru 2000 sa l-ewwel jiem ta’ dan ix-xahar.
Ghalkemm matul is-sena 2000 il-mezzi tax-xandir
tal-Partit Laburista kif ukoll il-gazzetti taghhom u dawk tal-GWU nfexxu
f’kampanja ta’ kritika distruttiva u bla sens, inventaw u bassru
krizijiet u disfatti fis-settur, nifrah nghid li meta fil-31 ta’
Dicembru 2000 wasalna biex naghmlu l-kontijiet, kelli s-sodisfazzjon
inhabbar li s-sena 2000 kienet wahda rekord.
Dan, sew meta mqabbla mas-sena 1999, kif ukoll ma’ kull sena ohra li
giet qabilha.
Ghalhekk, l-ewwel dmir, anzi l-akbar pjacir tieghi, hu li nirringrazzja
lil kull min, b’xi mod, imdahhal fit-turizmu jew mhux, li ta sehmu
ghall-ksib ta’ dan ir-rizultat.
Kienet il-hidma ta’ kulhadd flimkien li wasslet
ghall-rizultat daqstant tajjeb b’rizq il-Maltin kollha.
Rizultat tajjeb, rekord, miksub mill-industrija
minkejja qaghda internazzjonali difficli u taqlib kbir f’ghadd ta’
swieq ghaddejjin mill-process inevitabbli tal-globalizzazzjoni.
Qaghda difficli li kompliet u ssoktat matul l-2001.
Fl-2000 / 2001, waqt li rnexxielna nkabbru u nkattru
l-interess ghall-btajjel f’Malta mis-suq Ingliz, sibna ma’ wiccna
l-krizi tal-Frosch FTI fil-Germanja.
Nistmaw li din is-sena tort tal-problemi tal-Frosch,
Malta ser iggarrab telf ta’ madwar 60,000 turist minn dan is-suq. Min
illum, sena wara, jghid li l-Awtorita’ m’gharfitx tittratta
l-kwistjoni b’mod ghaqli, messu tkellem dak iz-zmien, specjalment wara
laqgha ta’ aktar minn saghtejn li kellu mar-rapprezentant ta’
Frosch. Messu wera fehmtu dak iz-zmien. Mhux jigi issa u jghid li l-MTA
mxiet hazin u minghajr ma jghid ghaliex u fejn.
Ghall-kuntrarju jien nghid prosit lill-MTA, prosit
lill-lukandiera Maltin ghall-mod serju u ghaqli li laqghu
ghac-cirkostanzi. Rizultat ta’ dan hu, li ghax-xitwa li gejja,
il-Frosch mhux ser tnaqqas u ser izzomm il-programm tax-xitwa li
ghaddiet. B’sodisfazzjon inhabbar li fis-suq Germaniz Neckermann ser
izidu l-programm u juzaw l-ajruplani taghhom.
Ghalkemm frahna meta l-Ewropa nehhiet is-sanzjonijiet
minn fuq il-Libja, fhimna wkoll li b’hekk l-Air Malta kienet ser
titlef, kif ukoll li madwar 20,000 turist Libjan u ta’ nazzjonalita’
ohra, kien spiccalhom il-bzonn ighaddu minn Malta u jaqsmu bil-bahar sa
Tripli.
Niehdu pjacir ukoll li ghadd ta’ pajjizi
(bhall-Kroazja u s-Slovenja) tal-ex-Jugoslavja qed ighixu fil-paci. Paci
li minnha jgawdi r-regjun, izda paci li wkoll ppermettitilhom jergghu
jifthu l-bibien taghhom ghat-turizmu internazzjonali. Kif fethu wkoll
pajjizi, bhar-Rumanija u l-Bulgarija, u dan bi prezzijiet ferm orhos
minn taghna u ta’ pajjizi girien maghna.
Qeghdin f’sena difficli li ghal darb’ohra matulha
kompliet bla waqfien il-kritika insensata tal-Oppozizzjoni u ta’
l-allejati taghha. Kritika mmirata biex ittellef il-kuragg u mahsuba
taghmel biss hsara lill-industrija li minnha jiekol kulhadd.
Kieku qatt xi darba xi hadd johrog b’idea gdida,
originali, xi soluzzjoni tajba, b’alternattiva, bi kritika
kostruttiva.
Mhux pjacir tieghi nitkellem hekk, izda jekk il-GWU,
u l-gazzetti taghha, jekk il-Partit Laburista u l-mezzi ta’
komunikazzjoni tieghu, ghazlu strategija li taghmel biss hsara, mhux
lill-Gvern, mhux lili, ghax it-turizmu la hu tal-Gvern u lanqas hu
tieghi, izda lill-poplu u lil kull min jahdem fl-industrija, jien ma
nibqax mutu, b’halqi maghluq.
Nerga’ nghid, minkejja din l-istrategija
distruttiva, ghandi ghalfejn nifrah lil kull min jahdem fl-industrija,
ghax ghal darb’ohra, f’sena aktar difficli minn ta’ qabilha,
fl-2001, l-industrija sejra ahjar mis –sena rekord, mis-sena 2000.
Mill-istatistika ppubblikata s’issa, johrog li
Malta qalghet aktar flus mit-turizmu, li sa’ Gunju, l-btala medja
zdiedet b’gurnata, li n-numru ta’ ljieli li qattghu t-turisti zdied
b’600,000 lejl, u li n-numru ta’ haddiema zdied b’madwar 500 meta
mqabbel mar-rizultati miksuba fl-ewwel sitt xhur tas-sena rekord.
Min jara’ biss kemm gew turisti u jieqaf hemm isib
li sa’ Gunju, paragunat mal-2000, gew madwar 4,000 inqas jew taht l-1%
inqas mis-sena 2000. Min jehda biss b’dan u jinsa li Malta qeghda
fit-turizmu biex taqla’ l-flus u ssib ix-xoghol ghall-Maltin, inhallih
joghxa u jitkellem wahdu dwar id-dizastri u l-krizijiet.
Hekk ukoll min jifrah u jiehu pjacir b’xi programm
televiziv li juri lil Malta f’dawl ikrah u jikkaguna telf
ghat-turizmu, lil dak ukoll inhallih joghrok idejh wahdu.
Issa ser nghaddi biex nurikom kif wettaqna, jew
qeghdin biex inwettqu l-weghdiet elettorali kollha li l-Partit
Nazzjonalista ghamel fis-settur tat-turizmu. F’hafna kazi wettaqna
hafna aktar milli weghedna.
Nirriferikom ghalhekk ghal pagni 33 sa 41
tar-rapport. Li miktub hemm sar parti mill-istorja.
Nirriferikom ukoll ghal dak li jidher f’pagna 1 sa’
pagna 32. Din hi taqsima li qed ninkluduha ghall-ewwel darba. Ghazilt li
ninkludi djarju tal-izjed diskorsi u avvenimenti importanti biex
kulhadd, l-aktar min hu mdahhal fl-industrija, ikun jista’ jsegwi u
jkollu rendikont tal-grajjiet, bidliet fil-politika tat-turizmu,
zviluppi internazzjonali kif ukoll l-pjani futuri tal-Gvern u
tal-Awtorita’.
Fid-dahla nkludejt dak li jidhirli kienu l-izjed
zviluppi sinifikanti tas-sena kif ukoll tajt hjiel ta’ xi azzjonijiet,
mizuri u politika li bi hsiebna nintroducu.
Fil-qasam tat-tahrig u t-taghlim bnejna fuq
il-pedamenti sodi u godda li poggejna tul l-ewwel sentejn. Kienu qrib
l-elf li segwew kors fl-ITS. Ghal uhud sewwejna x-xkiel li zammhom milli
jkomplu l-istudji taghhom. Ghal ohrajn ftahna bieb gdid, kors
universitarju shih li jwassal ghal grad ta’ BA (Hons). Biex aktar
zghazagh jithajjru ghal karriera fit-turizmu u jinqdew il-htigiet ta’
l-industrija, l-ITS fassal u nieda korsijiet godda biex snajja jigu
mghallma b’mod aktar intensiv u fi zmien qasir.
Fis-sentejn li gejjn il-hidma tal-Ministeru u ta’
l-ITS timmira biex kull min jahdem fl-industrija jinghata tahrig.
Fl-istess perjodu dik tad-Direttorat tal-Human Resources and Support
Services ta’ l-Awtorita’ tat-Turizmu ta’ Malta tiffoka fuq u
torqom il-hiliet ta’ dawk li xoghlhom iqarribhom lejn it-turist.
Nerga’ nirrepeti, fis-sentejn li gejjin, il-hidma
tal-Ministeru u tal-ITS timmira biex kull min jahdem fil-qasam
tas-servizz tal-industrija jinghata tahrig.
Ser inwettqu dan il-programm vast ghal hafna
ragunijiet.
L-ewwel ghax f’certi kategoriji tal-industrija
mehtieg li joghla l-livell tas-servizz.
It-tieni ghaliex mill-2004 `l hinn il-klassifika
tal-lukandi ser tiddependi wkoll fuq is-servizz u l-livell ta’ tahrig
tal-istaff.
It-tielet biex hadd ma jahseb li bl-ishubija ta’
Malta fl-Unjoni Ewropeja ser jinfetah xi bieb ghal nies bla xoghol u bla
tahrig fis-snajja tas-servizz tat-turizmu.
Il-Ministeru jorganizza korsijiet bhal dawn kull
sena. Jisoghbija nghid li, ghalkemm bla hlas, ftit jiehdu vantagg
minnhom. Kif ghidt, issa jaqbel lis-sidien, ghax nuqqas ta’ servizz
jaghmel impatt fuq il-klassifika, u lill-haddiema stess, ghax bit-tahrig
jipprotegu u jiksbu post tax-xoghol qabel haddiehor, li jattendu ghal
dawn il-korsijiet.
Matul l-2000/2001 l-Awtorita’ tat-Turizmu mxiet
skond il-Pjan Strategiku mfassal bi ftehim mal-Ministeru. Lahqet
il-bicca l-kbira tal-miri ghas-sena. Sahhet il-pass
tad-diversifikazzjoni u kattret l-oqsma tat-turizmu specjalizzat.
Wettqet b’success il-Pjan ghal Ghawdex, kif ukoll
hadmet u firxet l-influwenza taghha f’oqsma b’rabta ma’
l-industrija tat-turizmu. Waqt li f’xi swieq sehh it-telf imbassar,
l-Awtorita’ rnexxielha tirkuprah b’zjidiet minn bnadi ohra. Wasslet
ghal tmiemha s-sistema tat-TOSS u flimkien ma’ operaturi
Inglizi qed thaddem skema transitorja. L-istatistika ufficjali
pubblikata sal-lum tixhed xejriet pozittivi u tishih fil-kontribut
tat-turizmu lill-ekonomija nazzjonali.
Mill-1 ta’ Jannar 2002 l-Awtorita’ tibda thaddem
is-setghat kollha skond l-Att dwar Servizzi ta’ l-Ivvjaggar u
tat-Turizmu ghal Malta (Kap 409). Sa l-ahhar ta’ l-2001 jintemm
ix-xoghol ta’ aggornament tal-ligijiet. Fis-sentejn li gejjin
l-Awtorita’ tkompli taggorna l-Pjan Strategiku b’mod li twasslu biex
jahseb ghal tliet snin bil-quddiem. Waqt li tissokta r-rabta ta’
shubija sfieqa ma’ l-Air Malta, l-Awtorita’ tintensifika
l-hidma ta’ promozzjoni u reklamar kif ukoll tkompli tahdem u tixpruna
ghat-titjib u t-tishih tal-prodott turistiku u l-offerta tal-Gzejjer
Maltin.
Sa l-ahhar tas-sena ghandha tkun ghaddiet
mill-Parlament il-ligi dwar il-Licenzi tan-Negozju. Nerga’ nfakkar li
l-Ministeru nieda skema li tghin lill kull min, ghalkemm miftuh
ghan-negozju, ghad jonqsu xi permess, u allura mhux suppost miftuh. Ma
jfissirx li min ma jisthoqqlux permess ser jiehdu izda li min jisthoqqlu
permess nghinuh jiksbu malajr.
Ghalhekk inheggeg kull min jinsab f’cirkostanzi
bhal dawn li, sakemm fadal zmien, jirrikorri ghall-ghajnuna taghna, ghax
wara Ottubru kull min ma jkollux permess jinghalaq.
Dan ir-rapport jaghti rendikont tat-tfassil
tal-politika u tal-hidma tal-Ministeru, ta’ l-Awtorita’,
tad-Dipartiment, ta’ l-ITS u ta’ l-HCEB. Fost dawn it-tlestija ta’
studju li jistabbilixxi kemm pajjizna jiflah turizmu u li fuqu tfasslet
il-politika tal-Gvern ghall-izvilupp fit-turizmu. Isemmi l-ftehim li
ntlahaq ma’ l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar dwar l-ipprocessar ta’
progetti u l-inizjattivi tal-Ministeru b’rizq it-titjib tal-prodott,
mhux l-inqas dik b’rizq is-Sena Internazzjonali ta’ l-Ekoturizmu
2002.
Dan ir-rapport, precizament f’pagni 72 u 73,
jinkludi fil-qosor, rendikont tax-xoghol kbir li wassal ghat-tmiem
tal-istudji dwar kemm il-Gzejjer Maltin jifilhu turizmu, kif ukoll
il-politika gdida adottata mill-Gvern ghall-isvilupp fit-turizmu.
Dettalji dwar din il-politika issibuhom f’pagna 17 sa 19. Marbuta ma’
din il-politika, l-Awtorita’ fasslet linji gwida godda ghall-isvilupp
ta’ lukandi u postijiet ohra ta’ akkommodazzjoni u ssibuhom f’pagni
68 u 69.
Minn dan kollu, u mill-fatt li issa l-ipprocessar
tal-progetti isir flimkien mal-Awtorita’ tal-Ippjanar, johrog l-impenn
tal-Gvern favur politika mibnija fuq il-principji tal-izvilupp
sostenibbli.
Malta laqghet is-sejha tal-Gnus Maghquda u
l-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turizmu (WTO) biex is-sena 2002 tigi
dedikata ghal hidma favur l-Ekoturizmu.
Il-Ministeru tieghi gie moghti l-inkarigu jikkoordina
l-programm ghas-sena.
Il-programm jimmira jilhaq zewg ghanijiet. L-ewwel li
jwassal messagg car lill-kulhadd dwar is-siwi li nghozzu u nharsu
l-holqien tan-natura u l-frott ta’ hidmet il-bniedem. It-tieni, li
jigu nfurzati b’mod aktar strett u kontinwa l-ligijiet fil-qasam
tas-sahha u tal-ambjent.
F’dan il-kuntest tajjeb li nhabbar millum li bhala
kondizzjoni tal-licenza ghall-istabbilimenti li jservu l-ikel ser tkun
tassattiva li l-iskart jingabar minn kuntrattur privat licenzjat u mhux
mis-sistema tal-gbir ta’ skart domestiku inkluzi fejn isir uzu ta’ skips.
Inheggeg Kunsilli Lokali specjalment dawk ta’ San
Giljan, San Pawl il-Bahar, Wied il-Ghajn u Marsaxlokk biex ma jhallux li
jitpoggew skips f’postijiet qrib ristoranti.
Il-permess ta’ stabbilimenti li jipprovdu l-ikel
ser jigi jiddipendi fuq l-infurzar ta’ din il-kondizzjoni.
Ir-rapport jitkellem ukoll dwar il-hidma
tal-Ministeru biex ihejji l-industrija ahjar u jlesti t-triq
ghas-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Isemmi l-legislazzjoni b’rizq
il-konsumatur fl-oqsma tat-Timeshare u tal-Pakketti ta’
l-Ivvjaggar, b’rizq kategoriji ta’ professjonisti bhalma huma
l-gwidi, kif ukoll oqsma ewlenin, dawk ta’ l-akkomodazzjoni u ta’
l-agenziji ta’ l-ivvjaggar, li dwarhom jiffoka r-rapport imtella’
mill-esperti maghzulin u mhallsin mill-Kummissjoni Ewropea.
Waqt li fis-sentejn li gejjin tkompli l-hidma ta’
tixrid ta’ informazzjoni biex kull min b’xi mod hu mdahhal
fl-industrija jinghata taghrif shih dwar xi tfisser Unjoni Ewropea
ghat-turizmu Malti, il-hidma principali tal-Ministeru tissokta biex
pajjizna jilhaq il-miri ewlenin tieghu: li joffri prodott u servizz
ahjar, b’valur mizjud oghla, li jaghti esperjenza pozittiva u
sodisfazzjon lil kull min jigi jzurna.
Diga’ llum, minkejja li m’ahniex imsehbin
fl-Unjoni Ewropea, bdejna nduqu xi ftit, ghalkemm ftit wisq,
mill-ghajnuna u gid li toffri s-shubija. Bl-ishubija jirnexxielna niksbu
u nilhqu l-miri taghna aktar malajr, b’izjed success u b’inqas piz
fuq il-kaxxa ta’ Malta u but il-poplu. Bl-ishubija jitkattru
t-turisti, l-gharfien dwar Malta, l-ghajnuna teknika u finanzjarja, kif
ukoll l-opportunitajiet ghaz-zghazagh Maltin u Ghawdxin.
Tista’ tghid li d-dibattitu dwar jekk jaqbilx
ghas-settur tat-turizmu li Malta tissieheb fl-Unjoni Ewropea ga nghalaq.
Maghluq f’sens posittiv ghal min jemmen li Malta fl-Unjoni Ewropea
tfisser qabza ta’ kwalita’ u ta’ kwantita’ghall-industrija.
Izda qabel ma nidhol f’dan is-suggett nistiedinkom
tiflu dan ir-rapport tajjeb, tiznu l-hidma li saret u r-rizultati li
nkisbu biex intom stess tintebhu bil-falsita’ tal-ghajta
tal-Opposizzjoni fis-sens li l-hidma tal-Gvern marbuta biss ma’
politika wahda li Malta tissieheb mal-Unjoni Ewropea akkost ta’
kollox.
Daz-zgur li wettaqna hidma favur il-mixja
ghas-shubija, nemmnu fiha u nahdmu ghaliha.
Dan ir-rapport hu l-akbar prova li ghalkemm
l-ishubija ta’ Malta fl-UE hi ghan ewlieni, il-hidma tul is-sena
tixhed li l-Ministeru hadem biex isahhah it-tahrig, l-Awtorita’ hadmet
biex tkabbar it-turizmu u flimkien hadmu ghat-titjib tal-prodott –
kollha ghanijiet indipendenti ghal kollox mill-ishubija ta’ Malta
fl-Unjoni Ewropea.
Ir-rapport mtella’ minn esperti indipendenti, li ga’
gie prezentat lill-istampa u lill min hu mdahhal fit-turizmu jikkonkludi
li l-industrija ghandha hafna xi tiggwadanja minn shubija fl-Unjoni
Ewropea.
Dalghodu nirriferi biss dwar aspett wiehed.
Sfortunatament mohh il-partit Laburista ghadu marbut biss dwar in-numru
ta’ turisti li jzuru pajjizna. F’intervista recenti l-Kap
tal-Opposizzjoni qal li zieda ta’ 3% hi peanuts. Naqbel mieghu
u nzid nghid li ghalkemm Malta tiflah aktar turisti, sakemm nibqghu
barra mill-UE, iz-zidiet ser jibqghu peanuts u loqom.
Ghaliex qed nghid hekk ?
Qed nghid hekk ghax ahna gzira u l-access ghalina
jiddipendi kwazi unikament mill-programmi u l-postijiet fuq l-ajruplani
tal-kumpaniji charter u dawk li jahdmu bi skeda. It-traffiku
turistiku jista’ jikber biss jekk jizdied in-numru ta’ postijiet
fl-ajru u mhux mod iehor.
Il-qaghda llum hi, li l-Air Malta, u kull linja ohra
li tahdem lejn Malta, huma marbutin bi ftehim ristrettiv, bosta drabi
gej minn hafna snin ilu, li ma jaghtix l-ispazju mehtieg
ghall-flessibilita’ fl-operat, ghal bidliet u aggustamenti skond
ic-cirkostanzi u x-xejriet tas-suq.
L-uniku mod biex l-Air Malta tehles mill-irbit ta’
dan it-tip ta’ ftehim li tant ixekkilna fis-swieq Ewropej, li jfissru
mal-85% tat-turizmu lejn Malta, hi b’shubija fl-Unjoni Ewropea u mhux
mod iehor. Mhux possibbli tidhol fi ftehim bhal dan mod iehor. L-Unjoni
thares qabel kollox l-interessi tal-imsehbin taghha u mhijiex ser tiftah
il-bibien ghal haddiehor, anke jekk l-impatt ikun zghir u insinifikanti,
kif ikun dwar it-traffiku lejn Malta.
Shubija fl-UE tfisser li Air Malta tkun tista’
ggorr passiggieri minn kull ajruport fl-Unjoni u dan bi dritt u mhux
suggett ghall-ftehim. Li ggorr passiggieri lejn Malta minn pajjiz membru
ghal iehor.
Shubija fl-UE tfisser li l-Air Malta tibda tgawdi bi
dritt il-vantaggi tat-Third Package, li jinkludu l-jedd li linja
tal-ajru ta’ pajjiz membru tkun tista’ ttir minn ajruport ghal iehor
fl-istess pajjiz, kif ukoll minn u lejn ajruporti ta’ pajjizi membri
fi triqitha lejn Malta. Dawn huma jeddijiet li niksbuhom biss l-ishubija
ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Dawn huma l-jeddijiet li jifthulna l-bibien ghal
dinja gdida fit-turizmu. Li tassew jippermetulna nippjanaw ghal zidiet,
l-aktar fix-xhur tax-xitwa, u nimmiraw ghal zidiet li ma jkunux peanuts
izda zidiet tassew sostanzjali.