IT-TIELET SENA TA’ ħIDMA TAL-GVERN: "INSAħħU
PAJJIżNA" –
MINISTERU GħALL-POLITIKA
SOċJALI
Matul dawn l-ahhar tnax il-xahar il-Ministeru
ghall-Politika Socjali hadem fuq soluzzjonijiet konkreti u komprensivi
sabiex it-tessut socjali ta’ pajjizna jkompli jitjieb. Dan sar permezz
ta’ strategija mahsuba u ppjanata u li ffokat kemm fuq it-tnedija ta’
ligijiet godda f’diversi setturi, kif wkoll permezz tal-holqien ta’
programmi u skemi li permezz taghhom il-Gvern qed jersaq aktar vicin
il-bzonnijiet reali ta’ dawk li jinsabu fil-bzonn.
Minn 46-il wieghda elettorali li ghandhom x’jaqsmu ma’ dan
il-Ministeru, f’dawn it-tlett snin hdimna fuq 78% taghhom. 47%
tal-wieghdiet tal-Gvern fil-qasam tal-Politika Socjali jew twettqu jew
inkella jinsabu f’fazi avvanzata ta’ tlestija, filwaqt li 21% ohrajn
tal-weghdiet elettorali jinsabu f’nofs l-implimentazzjoni taghhom. Dan
ifisser li dan il-Gvern qed izomm kellmtu u qed iwettaq dak li wieghed
sabiex verament igib il-gid, il-fiducja u d-direzzjoni f’pajjizna.
Dan kollu seta jsir ghaliex il-Ministeru ghazel illi
jisma u jaghti kaz il-bzonnijiet tac-cittadin filwaqt li jhejji studji
xjentifici sabiex jiggwidawh fit-tfassil tal-politika u t-tehid
tad-decizjonijiet li jkun hemm bzonn.
Biex il-Gvern itejjeb it-tessut socjali f’pajjizna
hemm bzonn li jirriforma mill-qiegh nett il-qafas legislativ. Minn
hdax-il ligi gdida li pproponejna, illum gew approvati zewg ligijiet
importantissimi, dik li tirrigwarda t-twaqqaf tal-Kunsill Malti
ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali u dik li twaqqaf l-Awtorità
ghas-Sahha u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xoghol. Wara hamsin sena ta’
stennija tlesta l-abbozz ta’ ligi dwar ir-Relazzjonijiet ta’
l-Impjieg li ser jiehu post ic-CERA. Dan l-abbozz flimkien ma’
l-emendi fuq il-Ligi dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali ser tigi
ppublikata f’forma ta’ White Paper fil-granet li gejjin.
Bdiet issehh wkoll ir-riforma amministrattiva
fil-qasam tas-servizzi ta’ appogg socjali. Id-Dipartiment
ghall-Harsien tal-Familja qed jassumi r-rwol ta’ regolatur filwaqt li
l-Agenzija Appogg hadet fuqha r-responsabbiltà ghall-holqien u l-ghoti
ta’ servizzi t’appogg. Dan ukoll fl-isfond tat-tibdil amministrattiv
necessarju f’dak li jirrigwarda proposti legislattivi godda dwar
it-tfal f’pajjizna.
Madankollu matul dawn it-tnax-il xahar gew mahluqa hamsa u ghoxrin
servizz gdid li jvarjaw minn programmi ta’ appogg socjali, ghall-skemi
ta’ ghajnuna finanzjarja u programmi ta’ tahrig u kisba ta’
hiliet, flimkien ma’ servizzi residenzjali ghall-persuni b’dizabilità
u dawk ghall-Anzjani. Dawn huma:
Servizz ta’ hidma socjali ghat-Tfal u l-Familja;
Programm ghal zghazagh li ghandhom problemi ta’ mgieba (‘Formula
One’)
Programm ghal familji li qed jaffaccjaw problemi ta’ tqala;
Programm t’appogg ghal familji li ghandhom diffikultajiet
fit-trobbija;
Beneficcju Socjali ghat-Tfal li jinsabu taht Kura (Foster Care)
jew gewwa istituzzjoniji;
Servizz Residenzjali ta’ kenn ghal vittmi ta’ Vjolenza
Domestika;
Servizz ta’ hidma socjali fil-Qrati;
Skema ta’ rrangar ta’ akkomodazzjoni permezz ta’ hidma
socjali;
Skemi ta’ ghajnuna lil persuni bi problemi partikolari ta’
akkomodazzjoni;
Servizz ta’ hidma socjali ghal servizzi fil-komunita’
ghall-anzjani;
Bidu ta’ progett ta’ ghajxien Issapportjat ghal persuni b’dizabilità;
Skemi ta’ ghajnuna finanzjarja ghal ghaqdiet volontarju
fil-provizjoni ta’ kenn ghal min jinsab bla dar;
Hrug ta’ djar tal-Gvern ghal xiri b’sussidju;
Zewg Centri ghal matul il-Jum gewwa Hal-Luqa u San Pawl il-Bahar;
Skema biex jinstab ix-xoghol ghaz-zghazagh (Job Start Youth
Initiative);
Skema ghall-akkwist ta’ ezperjenza fuq il-lant tax-xoghol
ghaz-zghazagh (Job Experience Scheme);
Skema ta’ ghajnuna edukattiva ghaz-zghazagh wara s-sekondarja
(Basic Employment Passport);
Skema ta’ assistenza personali ghat-tiftix ta’ mpjieg
ghaz-zghazagh (Youth Outreach Programme);
Skema ghal xoghol fil-komunità ghal dawk ta’ ‘l fuq minn
erbghin sena (Community Work Scheme);
Skema ta’ akkwist ta’ xoghol ghal dawk ta’ ‘l fuq minn
erbghin sena u jinsabu bla xoghol (Employment Training Placement
Scheme);
Incentiv specjali ghal Tahrig;
Programm ta’ Litterizmu ghall-Adulti;
Programm ta’ akkwist ta’ hiliet ghal nisa li nqatghu mis-suq
tax-xoghol;
Tfassil ta’ programm ta’ ghajnuna fl-akkwist ta’ mpjieg
ghall-persuni b’dizabilità;
Skema ta’ xoghol stagjonli ghall-haddiema Ghawdxin;
Dan minbarra s-servizzi u l-facilitajiet digà
ezistenti u li qed jigu kontinwament ikkonsolidati u raffinati. Fosthom
hemm is-servizzi fil-qasam tad-droga u l-alkohol, li matul din is-sena
gew studjati minn konsulent barrani. Ir-rizultat ta’ dan l-istudju ser
jintrabat ma’ studju iehor, li huwa l-ewwel minn tat-tip tieghu li qed
isir f’Malta u li mistenni jaghti stampa cara u reali tas-sitwazzjoni
fil-gzejjer taghna, filwaqt li jkompli jghin fit-tfassil ta’ programmi
aktar specjalizzati.
Ir-rizultati li qieghdin nakkwistaw jinkoragguna biex
inkomplu nwettqu l-politika taghna. Fost dawn ir-rizultati posittivi,
hemm il-fatt li l-qasam tax-xoghol baqa miexi ’l quddiem waqt li qed
issir ristrutturazzjoni qawwija fis-setturi kollha taghna. Il-Gvern hu
determinat li jkompli jinvesti dak li hemm bzonn biex il-haddiema taghna
jkunu mharrga u ppreparati ghat-tibdil li qieghed isehh.
Ic-cifri ppubblikati mill-Ufficcju Centrali ta’
l-Istatistika wara revizjoni li ghamlet il-Korporazzjoni tax-Xoghol u
Tahrig, igibu fid-deher is-success li l-Gvern kiseb fil-qasam
tax-xoghol. Fil-fatt, matul l-ewwel sentejn gew mahluqa 3093 impjieg
filwaqt li fis-sentejn ta’ 1996-1998, l-impjiegi full-time
naqsu b’ 171. Dan ikompli jissahhah bil-fatt li matul l-istess
perjodu, bejn l-1996 u l-1998, il-qghad zdied bi 11.8%, filwaqt li
fl-ewwel sentejn ta’ dan il-Gvern r-rata tal-qghad naqset b’9%. Dan
l-izvilupp posittiv kompla matul it-tielet sena ta’ hidma ta’ dan
il-Gvern. Sa x-xahar ta’ Lulju ta’ din is-sena, ir-rata tal-qghad
nizlet bi 13.5% minn Settembru ta’ l-1998. Naturalment, qieghdin
insegwu mill-qrib dak li qieghed isehh bhalissa biex naraw jekk
il-qaghda internazzjonali jkolliex impatt fuq ix-xoghol f’pajjizna.
Anki fil-qasam tas-settur privat, li huwa l-makna ta’
l-ekonomija, saru successi kbar. Ic-cifri li gew ppubblikati juru li
s-settur privat holoq 4,365 impjieg matul l-ewwel sentejn ta’ dan
il-Gvern, tlett darbiet aktar minn dak li nholoq bejn l-1996 u l-1998.
Anki l-qasam tal-kostruzzjoni kompla jespandi bi kwazi 700 impjieg, dan
meta’ fi zmien il-Gvern Laburista l-impjiegi f’dan is-settur naqsu
bi kwazi 600.
Ic-cifri ta’ l-istatistika ta’ din is-sena li gew ippubblikati, juru
li anki jekk l-ekonomija Maltija ghaddejja minn process qawwi ta’
ristrutturar, flimkien ma’ ghadd ta’ fatturi ohrajn kagun ta’
konsegwenzi negattivi fl-ekonomija globali, xorta wahda matul l-ewwel
seba xhur ta’ din is-sena, l-ekonomija Maltija iggenerat 932 impjieg
filwaqt li l-qghad nizel b’500 jew bi kwazi 7% ghal 4.7% tal-Labour
Supply.
Matul din is-sena twaqqfu ghadd ta’ strutturi sabiex jghinu
lill-Ministeru fit-tfassil tal-politika tieghu, filwaqt li saru diversi
programmi ta’ tahrig kemm ghall-impjegati tal-Ministeru, kif wkoll
ghall-haddiema tas-Servizz Pubbliku, l-aktar f’dak li ghandu x’jaqsam
mal-politika tal-Gender Mainstreaming.
Fejn tidhol il-mixja ta’ pajjizna lejn shubija
shiha fl-Unjoni Ewropea, matul dawn it-tnax-il xahar infetah ukoll
ghan-negozjati l-kapitlu li jirrigwarda l-politika socjali. Fejn jidhol
il-moviment hieles tal-haddiema, Malta rnexxielha takkwista perjodu ta’
transizzjoni ta’ seba’ snin sabiex tkun tista’ thares b’mod
effettiv l-impjiegi tal-haddiema Maltin.
Dan kollu hu frott tat-tielet sena ta’ hidma fil-Ministeru
ghall-Politika Socjali, sena kkaraterizzata minn politika li thares ’l
quddiem u mhux thares lura; politika li hi mifruxa fuq id-dikasteri
kollha tal-Gvern bil-ghan li tohloq patt socjali gdid ghas-socjetà
Maltija, patt mibni fuq il-valur u d-dinjità ta’ kull persuna b’enfasi
specjali lejn dawk li l-aktar huma batuti – politika li l-ghan taghha
huwa t-tishih ta’ socjetà ghal kulhadd.