IT-TIELET SENA TA’ ħIDMA TAL-GVERN: "INSAħħU
PAJJIżNA" –
MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI
Tul dawn l-ahhar tnax il-xahar il-pjani li kienu mfassla
mill-Ministeru tal-Gustizzja u Gvern bdew ihallu l-frott taghhom. Fl-oqsma
kollha li jaqghu taht il-Ministeru kompla l-progess b’risq il-popli Malti u
Ghawdxi kollu." Dan qalu l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Austin
Gatt meta illum pprezenta r-rapport tat-Tielet Sena ta’ Hidma tal-Ministeru
tal-Gustizzja u Gvern Lokali.
Fil-qasam tal-gustizzja saru l-akbar successi. It-trend
taz-zieda tal-kawzi pendenti sena wara l-ohra issa bdiet iddur u wasalna
sal-punt li nnaqqsu l-backlog b’mod konsistenti. Fil-Prim Awla
tal-Qorti Civili, ghall-ewwel darba mill-1996 rajna tnaqqis fin-numru ta’
kawzi pendenti, filwaqt li fil-Qorti Kriminali, ghandna inqas minn 7,000 kawza
pendenti quddiem il-Magistrati, l-inqas ammont f’dawn l-ahhar tnax il-sena.
Gie registrat ukoll l-izghar amont ta’ gurijiet pendenti f’dawn l-ahhar
tletin sena, b’kollox hemm 32 guri pendenti.
Dr. Gatt qal li dan is-success hu marbut mar-riforma
amministrattiva li qed issir fil-Qorti. Fost il-punti principali ta’ din
ir-riforma hemm is-separazzjoni fid-doveri tar-Registratur minn dawk
tad-Direttur Generali. Kien hemm il-holqien ta’ tliet Direttorati biex imexxu
ir-Registri tal-Qorti. Kien hemm ukoll il-holqien tal-Judiciary Teams.
Il-Ministru Gatt tkellem ukoll dwar ir-riforma li ser issir
fl-Ufficju ta’ l-Avukat Generali tar-Repubblika, fejn ser jigi stabbilit
l-Ufficcju tal-Prosekutur Generali u l-Ufficcju ta’ l-Avukat Generali. Dr.
Gatt irrefera wkoll ghall-hidma li saret inkonessjoni mat-twaqqif tad-Divizjoni
tal-Familja fil-Prim Awla tal-Qorti Civili.
Saret refererenza wkoll ghall-hidma li twettqet fil-qasam
tal-Gvern Lokali. In-nisga tal-kuncett tal-Kunsilli Lokali fil-Kostituzzjoni
giet mfissra mill-Ministru Gatt bhala l-ikbar kisba politika ghal din is-sena. B’hekk
il-kuncett tal-Kunsilli Lokali li kien introdott minn Gvern Nazzjonalista
fl-1993, issa gie stabbilit ghal dejjem fil-qafas politiku Malti.
Tul din is-sena, il-fondi li l-Gvern jaghti lill-Kunsilli Lokali zdiedu b’ ’il
fuq minn nofs miljun lira, b’hekk il-finanzjament skond il-formula tela’
ghal LM 10,240,000. Dr. Gatt semma wkoll il-kontinwazzjoni tal-process
tad-devoluzzjoni ta’ propjetajiet u responsabiltajiet lill-Kunsilli Lokali.
Din is-sena il-Gvern ghadda lill-Kunsilli Lokali 24 sit jew proprjetà, 10 siti
sportivi u disa’ libreriji. Kompliet tissahhah is-sistema ta’ infurzar
lokali, u saret hidma fuq ir-Residents Parking Scheme li ser tigi mnedija
bi prova f’Ghawdex fl-ahhar ta’ Novembru.
Saret referenza ghal-kisbiet li saru fil-qasam tal-politika
elettronika. Il-Parlament approva abbozz ta’ ligi dwar il-Komunikazzjonijiet u
t-Transazzjonijiet Elettronici, u il-Parlament mistenni jiddiskuti emendi
ghal-Kodici Kriminali biex jigu regolati reati relatati ma’ l-informatika.
Dr. Gatt irrefera ghat-twaqqif tal-Kummissjoni eMalta,
bil-ghan li toholoq socjetà u ekonomija ta’ l-informazzjoni li jkunu
inklusivi. Fost l-inizjattivi li hadet din is-sena l-Kummissjoni, twaqqaf l-ISP
Group, gie mniedi il-pjan strategiku ghall-hidma tal-Kummissjoni u gew mfassla
inzijattivi biex il-komunità kummercjali taghraf tisfrutta l-opportunajiet li
joffri dan il-qasam.
Fil-qasam tal-e-government, gew imnedija zewg progetti. Il-hlas
tal-kirjiet tal-Gvern kien progett li bbenefikaw minnu 19,000 persuna, filwaqt
li l-ligijiet online intuzaw minn miljun u mitejn elf ruh. Minbarra hekk
saret il-hidma ghal ghadd ta’ servizzi ohra fosthom il-Customer Care,
hlas ta’ Licenzji u l-ikkatalogar tal-kotba tal-Libreriji Pubblici.