IT-TIELET SENA TA’ HIDMA TAL-GVERN: "INSAHHU PAJJIZNA" –
MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI
F'dan ir-rapport qed naraw minn fejn tlaqna meta
ergajna dhalna fil-Gvern fl-1998, fejn wasalna s'issa, u minn din
is-sitwazzjoni fejn irridu immoru. L-ewwel parti tar-rapport tiffoka u
taghti rendikont dwar hidma ewlenija li twettqet mill-Ministeru ta'
l-Edukazzjoni nnifsu matul is-sena li ghaddiet. Il-partijiet ta' wara
huma rendikont ta' l-operat ta' kull dipartiment jew entita' fi hdan
il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni fejn hemm varjeta' ta' programmi,
progetti u xoghol iehor ghaddej fuq bazi regolari, izda wkoll
importanti.
S'issa diga' wettaqna parti kbira mill-programm
elettorali tal-Gvern. Dhalna ghal inizjattivi ohra li m'humiex fuq
il-programm elettorali u wettaqna hafna minnhom ukoll. Hemm progetti
ohrajn li ghadhom ghaddejjin. Iva, ghad baqa' xi jsir! Kburin li,
b'impenn u determinazzjoni, irnexxielna nikkonkludu diversi inizjattivi
u progetti li kienu ilhom mibdija u jistennew soluzzjonijiet snin twal.
Dan il-Ministeru jiggenera ideat godda u friski. Ma
jistax ikun mod iehor ghax il-metodu li juza hu dak li jisma', jifli,
jfassal u jwettaq. Ghal dan, il-Ministeru taghna jinvesti hafna
f'laqghat ma' esperti, sessjonijiet ta' konsultazzjoni ma' nies midhla
jew involuti fis-settur, konferenzi u workshops, u jippartecipa
f'attivitajiet organizzati minn agenziji ohrajn. Bizzejjed, bhala
ezempju, insemmu li fi progett wiehed biss - il-Pjan Strategiku
ghall-Implimentazzjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali - il-Ministeru gabar
ideat u suggerimenti minghand mhux inqas minn 800 partecipant f'laqghat,
konferenza u workshops.
B'effett ta' din il-partecipazzjoni qawwija
mill-hafna, stajna nfasslu u nintroducu diversi policies godda u
aggornati. Kif wiehed jista' jara minn dan ir-rapport thejjew numru ta'
dokumenti li jfissru l-politika tal-Ministeru kif ukoll ittiehdu diversi
decizjonijiet u mizuri dwar diversi aspetti tal-oqsma ta' l-Edukazzjoni,
tal-Kultura, tal-Patrimonju, tal-Zghazagh u Sport.
Din il-hidma kollha qed tissarraf f'beneficcji
ghall-poplu u f'gid ghall-pajjiz. Minbarra li qed noholqu l-gid, qed
inzidu l-fiducja u qed naghtu direzzjoni cara.
Tqieghdu u qed jitqieghdu f'posthom numru ta'
strutturi godda. Nemmnu li biex il-pajjiz jidhol ghat-tibdil mehtieg
huwa necessarju li jkun hemm strutturi adegwati ghaz-zminijiet tal-lum.
Strutturi li jkunu kapaci jahdmu bi flessibbilta' u b'efficjenza, li
jaddattaw ghal esigenzi moderni, li jaqdu n-nies b'servizz ta' kwalita'
ahjar u aktar fil-pront.
Dak li jidher f'dan ir-rapport hu l-frott ta' hafna
xoghol li sar f'dawn l-ahhar snin b'kontribut ta' hafna nies. Ser
inkomplu nahdmu b'hilitna kollha mal-hafna biex il-hidma li ghandna
quddiemna tkompli ggib il-bidla li ghandna bzonn fis-setturi li jaqghu
taht il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, biex bil-fatti t-tfal ta' kulhadd u
l-adulti, minn kull belt rahal, jghixu f'ambjent seren u b'sahhtu, fejn
il-membri tal-komunita' jigu mghallma u mgharrfa kif jizviluppaw
il-hiliet taghhom, biex ikunu kapaci jaqilghu l-ahjar ghixien possibbli
f'socjeta' inklussiva li ma thalli lil hadd jaqa' lura jew jisfa barra,
biex igawdu l-attivita' u l-patrimonju u l-wirt kulturali Malti. Ser
inkomplu nahdmu biex inwettqu l-missjoni tal-Ministeru: li kullhadd
jikseb il-milja tieghu.