IT-TIELET SENA TA’ HIDMA TAL-GVERN: "INSAHHU PAJJIZNA" –
MINISTERU TA' L-AGRIKOLTURA U SAJD
Il-mira ewlenija tal-Gvern prezenti fl-oqsma
tal-biedja u s-sajd fis-snin li gejjin se tkun it-tishih fil-kwalità
tal-prodott u efficjenza akbar fil-marketing tal-prodotti
tal-biedja, inkluzi dawk tal-laham, u l-konservazzjoni tar-rizorsi
naturali tas-sajd.
Dan qalu l-Ministru ghall-Agrikoltura u Sajd Ninu
Zammit, f’konferenza ta’ l-ahbarijiet dalghodu, li matulha nghata
taghrif dwar il-hidma tal-Ministeru ghall-Agrikoltura u Sajd matul
it-tielet sena ta’ din il-legislatura.
Il-Ministru Zammit qal li l-Gvern prezenti jemmen
bis-shih fl-importanza li ghad ghandhom il-biedja u s-sajd u
ghaldaqstant se jghinhom anki biex jirristrutturaw ruhhom fid-dawl ta’
l-isfidi godda li jinqalghu minn zmien ghal iehor.
Hu fakkar li matul din is-sena, is-settur
tal-produzzjoni tal-laham intlaqat minn zewg krizijiet b’rizultat ta’
mard li laqat lill-baqar u lill-majjali f’pajjizi ohra, jigifieri
l-marda tal-Mad Cow u l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer. Hu qal
li permezz tal-prekawzjonijiet u l-mizuri kollha li ttiehdu dawn iz-zewg
mardiet inzammu ’l boghod minn pajjizna. Madankollu, il-marda tal-Mad
Cow kellha effett hazin hafna fuq il-bejgh tac-canga, filwaqt li
kellu jkun impurtat il-majjal biex setghet tintlaqa’ t-talba kbira li
kien hawn ghall-prodotti tal-majjal meta naqset id-domanda ghac-canga.
Il-Ministru Zammit qal li s-sitwazzjoni tidher li qed
terga’ lura ghan-normal. Fl-istess waqt, ghadhom qed jittiehdu
l-prekawzjonijiet kollha mehtiega biex dawn il-mardiet ma jidhlux f’pajjizna.
Fost l-ohrajn, l-ghoggiela u l-baqar kollha li jidhlu ghall-qatla
fil-biccerija qed ikunu ttestjati permezz ta’ apparat li nxtara
apposta u l-laham immarkat li hu safi mill-marda tal-Mad Cow.
Ghal kull test li jsir jintuza kit apposta li jiswa Lm10.
Komplew isiru wkoll ir-ricerki dwar mardiet ohra kemm
fil-merhliet u r-rizultati komplew juru li nqerdu ghal kollox il-mard
tat-tuberkulozi u tal-brucellozi. Provi ohra saru fuq il-kwalità
tal-ghalf, b’mod partikolari l-ghalf tal-baqar, fejn anki kienet
introdotta s-sistema ta’ ghalf ghall-baqar tal-halib, maghrufa bhala Total
Mixed Ration (TMR), u li permezz taghha tjiebet hafna l-kwalità
tal-halib.
Il-Ministru Zammit irrifera wkoll ghall-ghajnuna li
nghatat lill-bdiewa, lir-rahhala, lill-kooperattivi u lill-ghaqdiet
taghhom, kemm permezz ta’ ghajnuna finanzjarja diretta u permezz ta’
sussidji kif ukoll permezz ta’ pariri teknici. L-ghajnuna finanzjarja
kienet tinkludi aktar minn Lm62,000 f’self u ghotjiet u Lm9,648 f’sussidju
fuq interessi mill-Banek. Il-Gvern issa se jibda jissussidja l-interessi
kollha fuq self sa Lm12,000 li jsir mill-bdiewa u r-rahhala biex
jimmodernizzaw l-operat taghhom u biex itejbu l-igjene fl-irziezet.
Sar ukoll tishih fil-biccerija, li llum hi l-unika
biccerija li qed topera f’Malta. Il-Ministru Zammit qal li dan
it-tishih ghandu jghin fil-process li jista’ jwassal biex il-biccerija
tibda titmexxa mill-privat, preferibbilment bl-involviment
tal-produtturi tal-laham u tal-bicciera.
Din is-sena nkiseb prezz rekord ghall-patata Santè
esportata lejn l-Olanda, fejn il-bidwi thallas Lm14-il qantar.
Il-kuntratt ma’ l-importaturi Olandizi rega’ kien estiz b’sentejn
ohra bl-iskop li jkunu garantiti prezzijiet tajbin.
Fil-qasam tal-biedja, kompliet il-produzzjoni ta’
sigar tal-frott hielsa mill-mard u ta’ varjetajiet bikrin.
Beda wkoll jithejja programm nazzjonali ta’ zvilupp
rurali li, fost l-ohrajn, ghandu jservi bhala l-bazi tar-ristrutturar
tal-qasam agrikolu f’pajjizna.
Dwar il-qasam tas-sajd, il-Ministru Zammit semma
l-ligi li saret biex, fost l-ohrajn, ikunu konservati r-rizorsi tas-sajd
halli tkun garantita s-sostenibbiltà tas-settur. Semma wkoll l-ghajnuna
li kompliet tinghata lis-sajjieda, kemm dik finanzjarja diretta, kif
ukoll permezz tas-sussidju fuq id-diesel. Is-sussidju fuq id-diesel
kien jammonta ghal aktar minn Lm111,000. Sar ukoll tishih
fl-organizzazzjoni tal-pixkerija, filwaqt li kompliet issir
il-manutenzjoni ta’ diversi slipways u anki nbidlu madwar 150
rmigg minn hadid ghal stainless steel.
Issahhet il-funzjoni tac-Centru dwar l-Akwakultura,
fejn minbarra t-tibdil fl-isem tac-centru, inbidel ukoll ir-rwol halli
tkun assigurata aktar is-sostenibbiltà tar-rizorsi tas-sajd kif ukoll
biex dan ic-centru jkun wiehed fost l-ewlenin ghar-ricerka fir-regjun
tal-Mediterran. Kien permezz ta’ dan ic-Centru, fakkar il-Ministru
Zammit, li fil-bidu tas-snin disghin twieldet l-industrija tal-fish-farming f’pajjizna, bit-tkabbir ta’ zewg speci ta’ hut:
l-ispnott u l-awrat. Issa qed isiru esperimenti fuq speci ohra ta’
hut, fosthom it-tonn.
Fir-rigward ta’ dan is-settur, b’rizultat ta’
negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea, il-levy ta’ 15 fil-mija li
qed tithallas fuq l-esportazzjoni minn Malta ta’ hut imkabbar fil-fish-farms
din is-sena se tonqos bin-nofs, filwaqt li tispicca ghal kollox fl-ahhar
tas-sena d-diehla. B’hekk l-industrija lokali tal-fish-farming
se ssir aktar kompetittiva fis-swieq ta’ l-Unjoni Ewropea.
Filwaqt li tkellem dwar id-diversi ligijiet godda li
saru matul din l-ahhar sena dwar il-biedja u s-sajd bl-iskop, fost
l-ohrajn, biex tizdied is-sigurtà fil-produzzjoni ta’ l-ikel,
il-Ministru Zammit qal li bhalissa qed tkun finalizzata ligi gdida
bl-iskop li jitwaqqfu Producers Organistions fil-qasam
tal-biedja. Dawn l-organizzazzjonijiet jistghu jservu bhala l-ghodda
ewlenija li permezz taghha l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa jkunu
jistghu jigu meghjuna finanzjarjamet fl-operat taghhom. Barra minn hekk,
dawn ikunu jistghu wkoll jiehdu hsieb il-marketing tal-prodotti
taghhom.
Fl-ahharnett, il-Ministru Zammit irrifera ghall-process tas-shubija
fl-Unjoni Ewropea u s-sehem li qed ikollu l-Ministeru fit-thejjija
tal-pozizzjoni Maltija dwar is-settur tal-biedja u s-sajd. Hu qal li
bis-shubija fl-Unjoni Ewropea se jinholqu opportunitajiet godda anki
fis-settur tal-biedja u s-sajd. Is-settur ikun jista’ wkoll
jibbenefika minn skemi ta’ assistenza li l-Unjoni Ewropea tipprovdi
permezz tal-Politika Agrikola Komuni.