Rapport mill-Onor. Eddie Fenech Adami
Prim Ministru
IL-PRIM MINISTRU
MALTA
2 ta' Novembru 2001
IT-TIELET SENA TA' ĦIDMA BIEX INSAĦĦU PAJJIŻNA
Huwa xieraq li nibda din il-ħarsa lura lejn is-sena ta' ħidma li għaddiet billi nirreferi għal dawk l-avvenimenti ħorox li seħħew fil-11 ta' Settembru fl-Istati Uniti.
Kulħadd inħasad b'dak li ġara, kulħadd staqsa għalfejn it-telf bla sens ta' ħajja umana. Minkejja li għaddew kważi xahrejn minn dik il-ġurnata, d-dinja għadha mitfugħa f'baħar ta' nċertezza.
Ma setgħax jonqos li f'din id-dinja globalizzata, l-effetti tal-11 ta' Settembru jolqtu lil pajjiżna wkoll. Hekk kif għixna minuta b'minuta dak li kien qed iseħħ f'New York u f'Washington, hekk ukoll qed niġu affettwati bil-mod ħazin kif intlaqtu ħafna industriji.
Il-pjanijiet li ħejjejna għal pajjiżna u li bdejna nwettqu b'pass mgħaġġel matul it-tlett snin li għaddew, poġġewna f'pożizzjoni soda li kapaċi naffrontaw aħjar il-mewġa li għaddejja bħalissa. Matul din it-tielet sena ta' din il-leġislatura saħħaħna d-direzzjoni li erġajna tajna lil pajjiżna fis-sentejn ta' qabel. Il-ġid kompla jitkattar u x-xogħol kompla jinħoloq. Il-fiduċja fil-pajjiż qed ikompli jikber u r-riżultati f'kull qasam qed jidhru.
Komplejna nieħdu deċiżjonijiet għaqlin u bis-serjeta` biex il-ġid li qed jinħoloq ikompli jitqassam b'ġustizzja mal-poplu kollu. Komplejna nsaħħu kull qasam tal-ħidma tal-Gvern fl-interess tal-poplu Malti fosthom, fis-servizzi tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-politika soċjali, kif ukoll fil-qasam ekonomiku u finanzjarju.
Il-ħidma bla heda li qed inwettqu fil-qasam ta' l-edukazzjoni u taħriġ kompla jissaħħaħ biex ħadd ma jibqa' lura jew jitħalla barra u biex kulħadd jiġi mgħejjun jiżviluppa u jilħaq il-milja tiegħu. Fl-istess ħin, dawn huma ċ-ċwievet sabiex nassiguraw suq ta' xogħol lest u preparat tajjeb għall-esiġenzi tad-dinja tax-xogħol. Il-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija llum fetaħ il-bibien tiegħu biex jilqa' mijiet ta' studenti waqt li l-ETC varja diversi skemi u programmi ġodda immirati għas-setturi partikolari.
L-applikazzjoni ta' Malta biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea kompliet timxi l-quddiem wara li din kienet inħarġet mill-friża fl-1998. Il-mixja ta' Malta lejn sħubija tat lil pajjiżna direzzjoni ċara li tinftiehem mhux biss minna l-Maltin, iżda ukoll mill-pajjizi li magħhom irridu nagħmlu kummerċ u nsaħħu r-rabtiet tagħna. Qiegħed nirreferi mhux biss għall-pajjiżi membri u applikanti, iżda ukoll għall- pajjiżi oħra qrib tagħna, li bid-dħul tagħna fl-Ewropa jaraw tissaħħaħ l-identita` Mediterranja fl-Unjoni Ewropea.
Komplejna nsaħħu l-involviment ta' kull livell tas-soċjetà Maltija fid-diskussjonijiet dwar il-ħidma tal-Gvern. Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali li twaqqaf din is-sena, ngħata dimensjoni ġdida bl-involviment ta' l-imsieħba Soċjali.
Ħadna miżuri importanti biex insaħħu l-ambjent sew biex nippromwovu enerġija alternattiva, sew biex innaqqsu t-tniġġiż fl-arja. Bdejna niplimentaw is-Sistema Integrata għal Immaniġġar ta' Skart Solidu, li huwa l-akbar proġett ambjentali għal Malta.
Il-potenzjal li għandha t-Tarzna ta' Malta biex tattira iżjed xogħol hija waħda vera u għalhekk, intensifikajna l-isforzi tagħna biex it-Tarzna tidħol fi swieq ġodda. Rajna r-riżultati billi t-Tarzna, għall-ewwel darba rebħet kuntratt ta' xogħol ta' conversion ta' tanker.
Nemmnu bis-sħiħ fil-Kunsilli Lokali u matul din is-sena, mhux biss erġajna żidna l-fondi li allokajnilhom, imma daħħalna l-kunċett tal-Kunsilli Lokali fil-Kostituzzjoni.
Il-Gvern hu sodisfatt li t-tielet sena tal-ħidma tiegħu rreġistrat progress sostanzjali fil-miri kollha li tpoġġew tlett snin ilu. It-triq għada twila. Ma nistgħu nieqfu qatt naħdmu għal pajjiżna. Pajjiżna hekk jixraqlu. Determinati li nkomplu nagħtuh l-aħjar biex nassiguraw ġejjieni hieni għall-Maltin u l-Għawdxin.
Dahla
L-Ufficcju tal-Prim Ministru ghandu fuq kollox id-dmir li jaghti
direzzjoni lill-Gvern u li jara li l-Programm kollu tal-Gvern jigi
mwettaq.
Matul dawn l-ahhar gimghat, waqt li gew prezentati
r-Rapporti Annwali tat-Tielet Sena ta’ hidma tal-Ministri tal-Gvern,
deher bic-car illi l-Gvern kompla jahdem fl-interess tal-poplu billi
kompla jssahhah pajjizna. F’dan l-ezercizzju l-Gvern jistieden
lill-poplu biex jara mieghu fejn wasal il-process tat-twettiq
tal-Programm Elettorali tal-Gvern. Wara tlett snin ta’ hidma, nbeda
xoghol fuq 84% tal-weghdiet elettorali. hafna minn dawn il-weghdiet huma
dwar progetti u programmi li fuqhom irid isir xoghol kontinwu. Ghandna
nghidu ukoll li 43% mill-weghdiet eletorali twettqu fis-shih.
Direzzjoni
Wara li bejn l-1996 u l-1998, il-pajjiz kien tilef
ir-rotta, f’dawn l-ahhar tlett snin komplejna nahdmu bla waqfien biex
insahhu d-direzzjoni li qbadna fit-triq taghna ghal shubija fl-Unjoni
Ewropea. Dan ix-xoghol ghaqli u serju qed ihalli l-frott mixtieq u
l-Unjoni Ewropea ghada tqies lil pajjizna bhala wiehed mill-aktar
pajjizi kwalifikati minn fost il-pajjizi li qed jinnegozjaw is-shubija
taghhom fi hdan l-Unjoni.
Din id-direzzjoni li tajna lil pajjizna reggha qajjem
il-fiducja fost il-poplu. Komplejna bl-isforzi kontinwi biex noholqu
l-gid u nqassmuh b’ gustizzja biex hadd ma jibqa’ lura. Dawn
l-isforzi taghna bdew jissarfu f’gid u xejriet pozitivi fl-ekonomija.
• Il-qghad nizel minn 7910 fl-1998 ghal 6529 f’Gunju
ta’ din is-sena jigifieri 1381 anqas nies qed ifittxu x-xoghol.
• Dawk kollha li jahdmu bi qliegh zdiedu minn
132,943 fl-1997 ghal 137,615 f’Lulju ta’ din is-sena .
• haddiem Malti bhala medja dahhal Lm90.28
fil-gimgha f’din is-sena.
• Id-depoziti fil-banek zdiedu minn Lm1,699
miljun fl-1998 ghal Lm1,944.2 miljun fl-2000.
Il-Hidma tal-Gvern
Finanzi
Il-Gvern matul is-sena li ghaddiet baqa’ jattakka
l-problema numru wiehed tal-pajjiz jigifieri dik tad-dejn strutturali
tal-pajjiz li fl-1998 lahaq il-quccata tieghu ghal Lm150 miljun. Din
is-sena nistennew li dan id-dejn jinzel ghal Lm85 miljun. Kwazi lhaqna
nofs triq fi tlett snin. Il-kisbiet tal-Gvern f’dan il-qasam ikomplu
jiksbu valur meta tqis li qaghdna ferm attenti li l-piz qed jintrefa’
minn min jiflah l-iktar. Se nkomplu mixjin f’ din id-direzzjoni ghax
hi fl-ahjar interess tal-pajjiz.
Edukazzjoni u Tahrig
Il-Gvern ghandu l-ghan li hadd ma jibqa’ lura.
Ghalhekk komplejna bil-mizuri mmirati biex ntejbu l-kwalita tal-hajja
tal-poplu Malti u Ghawdxi. Fuq quddiem fi hsibna hemm l-investiment f’uliedna,
jigifieri fl-edukazzjoni u t-tahrig. Il-Gvern jemmen bis-shih
fl-edukazzjoni u fl-investiment fir-rizorsi ghal-lum u ghall-gejjieni. B’hekk
ivvutajna Lm17 miljun aktar ghall-edukazzjoni minn dak allokat fl-1998.
Il-Gvern waqqaf il-Fondazzjoni ghal Servizzi Edukattivi biex id f’id
mat-tfal u l-genituri jinghata appogg u servizzi specjalizzati lit-tfal
li jkollhom diffikultajiet. Il-Kullegg Malti ghall-Arti, Xjenza u
Teknologija fetah il-bibien tieghu ghal mijiet ta’ studenti li ser
jigu ppreparati ghas-socjetà mghaggla tal-lum. Il-Korporazzjoni
ghax-Xoghol u t-Tahrig inghatat aktar flus biex setghet introduciet
kwantita’ ta’ skemi u programmi li jqarrbu lil dawk bla xoghol biex
isibu xoghol produttiv.
Sahha
Il-Gvern kompla jgholli l-livell u l-efficjenza
tas-servizzi tas-Sahha li digà huma gholjin kif juru l-fatti u
r-rapporti ta’ l-Ghaqda Dinjija tas-Sahha. Il-Gvern baqa’ jzid
in-nefqa fil-qasam tas-Sahha minn sena ghall-ohra. Din is-sena, in-nefqa
telghet ghal Lm83 miljun, minn Lm61 miljun fl-1998.
Kunsilli Lokali
Il-Gvern mhux biss welled il-Kunsilli Lokali imma
tant jemmen fihom li sahansitra nisighom fil-Kostituzzjoni. Fl-interess
tal-pubbliku, x-xoghol li jaghmlu l-Kunsilli Lokali qed jigi msahhah
kull sena, u dan huwa rifless fil-mod kif il-Gvern zdied il-finanzjament
u l-poteri taghhom ghat-tielet sena konsekuttiva.
Progetti u Toroq
Tkompla x-xoghol fuq progetti kbar fosthom dawk ta’
Manoel Island u Tigne u dak tal-Kottonera waqt li approvajna l-progett
tal Valletta Cruise Liner Passenger Terminal. Dawn il-progetti
ghandhom valur ta’ Lm170 miljun.
Investejna bil-kbir sabiex intejbu is-sistema
tat-toroq taghna. Sar xoghol ta’ rikostruzzjoni fuq numru ta’ toroq
arterjali b’investiment li jlahhaq aktar minn Lm15 miljun. Fl-istess
hin ix-xoghol fuq toroq lokali kompla ghaddej b’ritmu mghaggel fejn
qed ninvestu l’fuq minn Lm1.2 miljun.
Bdejna x-xoghol ta’ kostruzzjoni fuq ic-centru
Regjonali Sportiv tal-Kottonera, fejn illum ix-xoghol fuq l-ewwel fazi
jinsab fi stadju avvanzat. Sar ukoll xoghol fuq il-Kumpless Sportiv tal
Marsa kif ukoll dak tal-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq.
Fi triqitna lejn l-Unjoni Ewropea
Il-Gvern hu konxju li shubija ta’ Malta fl-Unjoni
Ewropea hi l-ikbar zvilupp politiku, ekonomiku u socjali ghall-gzejjer
Maltin mill-Indipendenza ‘l hawn. Ghalhekk il-Gvern hu sodisfatt
bil-passi ta’ ggant li wettaqna f’ din it-triq. Mill-friza tal-1998
issa wasalna biex ipprezentajna il-pozizzjoni ta’ Malta fuq 29 kapitlu
tal-Acquis Communitaire. In-negozjati nfethu fuq il-kapitli
kollha hlief dak fuq l-agrikoltura. In-negozjati fuq dan il-kapitlu ma’
l-istati kandidati kollha se jsiru matul l-2002. Inghalqu in-negozjati
fuq 17 il-Kapitlu ghas-sodisfazzjon taz-zewg nahat.
L-Elettronika u l-Informatika
Il-Gvern kompla juri d-determinazzjoni biex ikabbar
il-firxa ta’l-informazzjoni. Permezz ta’ programmi u inizjattivi li
qed jigu mittiehda fis-settur tat-teknologija, ta’ l-informatika u
l-komunikazzjoni, l-pubbliku ser jinghata servizz ahjar il-hin kollu.
Ghal dan il-ghan, il-Gvern waqqaf il-Kummissjoni
eMalta biex jkunu identifikati sensiela shiha ta’ programmi u
inizzjattivi biex tinholoq u titkattar socjetà u ekonomija ta’
l-informazzjoni.
Il-Gvern ukoll nieda programm ta’ l-eGovernment
biex jigi attwat sistema li permezz taghha l-Gvern ser joffri firxa
wieghsa ta’ servizzi permezz tat-teknologija ta’ l-informazzjoni u
l-komunikazzjoni. Dan il-programm ser igib mieghu trasformazzjoni
radikali ta’ kif jinqeda l-pubbliku, li ser jista’ jinqeda minn fejn
irid, meta jrid u f’liema hin tal-gurnata li jrid.
Zjarat tal-Prim Ministru barra l-pajjiz
Matul il-perjodu tar-rapport il-Prim Ministru ghamel
6 zjarat barra il-pajjiz. Dawn iz-zjarat kienu:
• zjara f’Ruma biex jippartecipa
fl-attivitajiet tal-Jum tal-gublew ghall-Politici. (4 – 7 ta’
Novembru 2000)
• zjara f’Nizza fejn il-Prim Ministru ha sehem
fil-Konferenza Ewropea li fiha hadu sehem il-Kapijiet ta’ Gvern
tal-pajjizi membri ta’ l-Unjoni Ewropea u dawk tal-pajjizi kandidati
ghas-shubija. (6 – 7 ta Dicembru 2000)
Il-Prim Ministru mal-Kancillier Germaniz Gerhard Schroeder
• zjara f’Berlin fejn il-Prim Ministru kellu
laqgha mal-Kancillier germaniz Gerhard Schroeder. Waqt il-laqgha gew
diskussi r-relazzjonijiet bilaterali bejn iz-zewg pajjizi, kif ukoll
il-process tan-negozjati ta’ Malta ghas-shubija fl-Unjoni Ewropea.
Waqt iz-zjara l-Prim Ministru ltaqa’ mal-Kumitat ghall-Affarijiet
Barranin tal-Parlament germaniz kif ukoll ghamel diskors fl-Ufficcju
Rapprezentattiv tal-Kummissjoni Ewropea. Waqt iz-zjara, l-Prim
Ministru fetah ufficjalment l-Ambaxxata l-gdida ta’ Malta
fil-germanja. (6 – 8 ta’ Marzu 2001)
• zjara f’Parigi fejn il-Prim Ministru kellu
tahdidiet mal-President Franciz Jacques Chirac kif ukoll mal-Prim
Ministru Franciz Lionel Jospin. Waqt il-laqghat gew diskussi
r-relazzjonijiet bilaterali kif ukoll in-negozjati ta’ Malta ghal
shubija fl-Unjoni Ewropea. Waqt iz-zjara, l-Prim Ministru fetah
ufficjalment il-Malta Week. (3 – 4 ta’ April 2001)
Il-Prim Ministru mal-President Franciz Jacques Chirac
• zjara f’Brussel ghal laqgha tal-Ministri
tad-Difiza tal-pajjizi ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-laqgha kienet ukoll
miftuha ghall-pajjizi applikanti. (15 ta’ Mejju 2001)
• zjara f’Gothenburg biex jiehu sehem fis-Summit
ta’ l-Unjoni Ewropea. Waqt dan is-Summit, gie diskuss
l-andament tan-negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjizi kandidati.
(14 - 16 ta’ Gunju 2001)
Zjarat Ufficjali f’Malta
Matul dan il-perjodu kien hawn 7 zjarat ufficjali jew
statali f’Malta.s
L-ewwel zjara kienet tal-Prim Ministru ta’
l-Irlanda Bertie Ahern li zar Malta bejn is-7 u id-9 ta’ Jannar 2001.
Matul din iz-zjara, saru tahdidiet bilaterali bejn il-Prim Ministru
Malti u dak Irlandiz kif ukoll tahdidiet dwar l-izvilupp tal-process
tas-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Bejn id-29 u it-30 ta’ Marzu 2001, zar Malta l-Prim Ministru
tar-Repubblika ta’ l-Estonja Mart Laar, li kien akkumpanjat
mis-Sinjura Laar. Waqt din iz-zjara, saru diskussjonijiet biex jigu
msahha r-relazzjonijiet bilaterali bejn iz-zewg pajjizi. gie diskuss
ukoll l-process ta’ shubija taz-zewg pajjizi fl-Unjoni Ewropea.
Il-Prim Ministru mal-Prim
Ministru ta’ l-Estonja Mart Laar
Il-Prim Ministru mal-Prim Ministru
tat-Tunezija MohammedGhannouchi
It-tielet zjara kienet tal-Prim Ministru tar-Repubblika tat-Tunezija
Mohammed Ghannouchi li saret bejn il-5 u s-6 ta’ April 2001. Il-Prim
Ministru tat-Tunezija kien akkumpanjat mill-Ministru tal-Kummerc
tat-Tunezija Tahar Sioud. Waqt it-tahdidiet li saru bejn il-Prim
Ministru Malti u l-Prim Ministu Tunezin, gew diskussi r-relazzjonijiet
kummercjali kif ukoll ir-relazzjonijiet bilaterali.
Bejn l-24 u l-25 ta’ Mejju 2001, zar Malta l-Prim
Ministru tar-Repubblika Ellenika Constantinos Simitis li kien
akkumpanjat mis-Sinjura Simitis u mill-Ministru ghall-Istampa u Mass
Media Dimitrios Reppas. Matul il-laqghat bejn il-Prim Ministru Malti
u l-Prim Ministru tar-Repubblika Ellenika, gew diskussi r-relazzjonijiet
bilaterali kif ukoll l-izvilupp tal-process tas-shubija ta’ Malta
fl-Unjoni Ewropea.
Il-Prim Ministru mal-Prim
Ministru tar-Repubblika Ellenika
Costantinos Simitis
Il-Prim Ministru mal-Prim
Ministru tar-Repubblika Slovakka
Mikulas Dzurinda
Bejn it-18 u d-19 ta’ Gunju 2001, zar Malta l-Prim
Ministru tar-Repubblika Slovakka Mikulas Dzurinda. Il Prim Ministru
Slovakk kien akkumpanjat mis-Sinjura Dzurindova u mill-Ministru
tas-Sahha Roman Kovac. Waqt il-laqghat, gew diskussi l-process ta’
shubija taz-zewg pajjizi fl-Unjoni Ewropea kif ukoll il-kollaborazzjoni
fuq livell bilaterali.
Zewg zjarat ohra ta’ importanza kbira kienu:
Il-Prim Ministru jilqa’ l-Qdusija
Tieghu l-Papa Gwanni Pawlu II
mal-wasla tieghu f’Malta
Il-Prim Ministru mal-Qdusija
Tieghu l-Papa Gwanni Pawlu II
Bejn it-8 u id-9 ta’ Mejju 2001 zar Malta l-Qdusija Tieghu l-Papa
Gwanni Pawlu II. Il-Qdusija Tieghu mexxa c-cerimonja ta’
beatifikazzjoni ta’ Mons Gorg Preca, tal-venerabbli Nazju Falzon u ta’
Adeodata Pisani f’cerimonja kbira fuq il-Fosos tal-Furjana.
Il-Prim Ministru mal-President tar-Republika
Popolari tac-Cina Jiang Zemin
Il-President tar-Republika Popolari tac-Cina Jiang Zemin zar Malta bejn
it-23 u il-25 ta’ Lulju 2001. Matul din iz-zjara Statali, il-President
kien akkumpanjat mis-Sinjura Jiang. Waqt iz-zjara, giet diskussa
l-izvilupp tal-koperazzjoni bilaterali bejn iz-zewg pajjizi.
Il-Kabinett
Skond il-Kostituzzjoni ta’ Malta, il-Kabinett
"ikollu d-direzzjoni generali u l-kontroll tal-Gvern ta’ Malta u
hu responsabbli kollettivament dwar hekk lejn il-Parlament".
Ix-xoghol ewlieni tal-Kabinett, ghalhekk, huwa li jara li jintlahqu
l-ghanijiet tal-Programm Elettorali tal-Gvern sabiex b’hekk tkompli
dejjem titjieb il-kwalità tal-hajja tal-poplu Malti u Ghawdxi.
Fit-tielet sena tal-legislatura, ma sar l-ebda tibdil
fil-kompozizzjoni tal-Kabinett tal-Ministri, li baqa’ ghalhekk kompost
mill-Prim Ministru u tlettax-il Ministru. In-numru ta’ Segretarji
Parlamentari - li izda ma jaghmlux parti mill-Kabinett – baqa’ ta’
hamsa.
Matul l-ahhar tnax-il xahar, il-Kabinett iltaqa’
regolarment kwazi kull gimgha, hlief ghall-perijodi tal-btajjel. B’kollox
saru 35 laqgha li fihom gew diskussi 178 memorandi.
L-importanza li jaghti l-Kabinett ghall-politika
tal-Gvern favur is-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea (UE) regghet
dehret fix-xoghol tal-Kabinett li matul l-ahhar sena approva numru ta’
ligijiet li huma b’xi mod konnessi mal-UE. B’kollox il-Kabinett
approva sittau erbghin ligi. Minn dawn, sitta u ghoxrin (26) saru
ligijiet bejn it-3 ta’ Ottubru 2000 u s-27 ta’ Lulju 2001, waqt li
sal-14 ta’ Awissu 2001 gew ippubblikati ghaxar (10) ligijiet ohra li
l-bicca l-kbira taghhom ga tressqu quddiem il-Parlament. Apparti
ligijiet li ghandhom x’jaqsmu ma’ l-estimi, kien hemm diversi
ligijiet importanti li jinkludu ligijiet dwar: il-Kunsill Malti
ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali; l-Awtorità ta’ l-Istatistika ta’
Malta; l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Rizorsi; Affarijiet
tal-Konsumatur; l-Awtorità ghas-Sahha u s-Sigurtà fuq il-Post
tax-Xoghol; il-Kompetizzjoni; il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni
tas-Sajd; il-Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettronici;
l-Izvilupp Industrijali; is-Sigurezza
tal-Prodotti; il-Kontroll tal-Pesticidi; l-Ordinanza tad-Dwana;
il-Kwarantina tal-Pjanti; u l-Kodici ta’ Kondotta ghal Sistema
ta’ Riservazzjoni Kompjuterizzata.
Apparti mill-konsiderazzjoni
ta’ dawn il-ligijiet, il-Kabinett ikkonsidra u ha pozizzjoni fuq numru
ta’ suggetti ohra - fosthom fuq l-abbozz rivedut tan-National
Programme for the Adoption of the Acquis, fuq Struttura
Amministrattiva ghal Malta dwar Regional Policy, u fuq il-harmonisation
ma’ l-AcquisCommunautaire ta’ l-UE
tal-legislazzjoni Maltija dwar il-VAT u dwar Prodotti Medicinali.
Il-Kabinett ta wkoll l-approvazzjoni tieghu ghar-ratifika u ffirmar ta’
hmistax (15)-il Konvenzjoni Internazzjonali.
Wara li, fis-sena ta’ qabel, il-Kabinett kien
approva numru ta’ progetti infrastrutturali kbar, fosthom dawk
tal-Kottonera, l-izvilupp ta’ Manoel Island u Tignè,
l-Isptar il-gdid f’Tal-Qroqq u l-progett tac-Cirkewwa, fis-sena li
ghaddiet il-Kabinett approva numru ta’ progetti kbar ohra bhal ma’
huma l-Valletta Cruise Passenger Terminal, Bieb il-Belt u
c-Centru Nazzjonali ta’ l-Arti u l-Izvilupp tal-White Rocks Holiday
Complex. Gie approvat ukoll is-Sewerage Masterplan ghal Malta
u Ghawdex.
Il-Kabinett kompla jaghti d-direzzjoni ta’ policy
fl-oqsma kollha tat-tmexxija tal-pajjiz u f’dan ir-rigward mexa fuq
dak li kien gie mwieghed fil-Programm Elettorali. Barra l-approvazzjoni
ta’ ligijiet u progetti, minn Settembru 2000 ’l hawn, il-Kabinett
iddecieda wkoll fuq it-twaqqif ta’ diversi strutturi importanti
ghall-amministrazzjoni ahjar tal-pajjiz. Fil-qasam ta’ l-Edukazzjoni
ta’ min isemmi t-twaqqif tal-Fondazzjoni ghal Servizzi Edukattivi,
tal-Fondazzjoni ghall-Iskejjel ta’ Ghada, tal-Professional and
Vocational Qualifications Award Council, ta’ l-Istitut ghal Appogg
Edukattiv ta’ Tfal u Genituri, u tal-Kunsill ghall-Kurrikulu
Nazzjonali li twaqqaf bhala parti mill-Pjan Strategiku dwar
l-Implimentazzjoni ta’ din ir-riforma, li wkoll gie approvat
mill-Kabinett. F’oqsma ohra l-Kabinett approva fost l-ohrajn
it-twaqqif tal-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali,
l-Awtorità ghas-Sahha u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xoghol,
il-Kummissjoni Nazzjonali ghall-Familja, u l-Fondazzjoni tal-Konkatidral
ta’ San Gwann.
Il-Kabinett ikkonsidra u ha decizjonijiet fuq numru
ta’ suggetti bhalma huma l-Programm ta’ Privatizzazzjoni ghall-2001,
il-process ta’ Rijorganizzazzjoni fl-Amministrazzjoni tal-Qrati,
ir-Riforma fil-Qasam ta’ l-Isptarijiet, it-tkomplija tal-process
tal-liberalizzazzjoni fis-settur tat-Telekomunikazzjoni u assistenza
lill-istudenti li jattendu Skejjel Privati. Il-Kabinett approva wkoll
il-pubblikazzjoni ta’ seba’ White Papers:dwar Emendi
fil-Kodici Kriminali; The Vision and Strategy for the Attainment of
e-Government; Entrepreneurship Policy; Qorti tal-Familja; Ligi
ghall-iSport ghal Malta; A Cultural Policy for Malta; u Ligi
gdida dwar il-Pulizija. Il-hrug ta’ Consultation Paper fuq
zvilupp ta’ Strategija Integrata ghall-Immaniggjar ta’ Skart Soliduu ta’ Request for Proposals for a Strategic Partnership for the
e-Government Initiative gew ukoll awtorizzati.
L-Estimi ta’ dhul u nfiq tal-Korporazzjonijiet u
Awtoritajiet li jirrikjedu l-approvazzjoni tal-Parlament gew diskussi u
approvati minn qabel mill-Kabinett, li approva wkoll numru ta’ hatriet
importanti fil-gudikatura u f’Korpi Parastatali.
Decizjonijiet ohra importanti konnessi ma’
l-applikazzjoni ta’ Malta ttiehdu wkoll mill-Kumitat tal-Kabinett ghal
Shubija fl-UE li, fit-tnax-il xahar li ghaddew, iltaqa’ disa’ (9)
darbiet u approva erbatax (14)-il Negotiating Position Paper ma’
dawk li kien approva s-sena ta’ qabel.
Matul is-sena twaqqfu wkoll tliet Kumitati
tal-Kabinett godda taht it-tmexxija tal-Prim Ministru. Dawn huma
l-Kumitat tal-Kabinett dwar Affarijiet Ekonomici, il-Kumitat
tal-Kabinett dwar id-Dimensjoni Socjali u l-Kumitat tal-Kabinett dwar
il-Bidla fis-Servizz Pubbliku,li s’issa ltaqghu rispettivament
tliet darbiet, darba u erba’ darbiet fl-2001.
L-Ufficcju tal-Kabinett jaqa’ taht
ir-responsabbiltà diretta tal-Prim Ministru u ghandu l-iskopijiet
ewlenin li jhejji l-Agenda tal-laqghat tal-Kabinett u tal-Kumitati
tal-Kabinett, li jqassam il-memoranda mressqa mill-Ministri biex
jigu diskussi fil-Kabinett, li jzomm il-Minuti tal-laqghat u li jwassal
id-decizjonijiet li jittiehdu u jara li dawn jitwettqu kif suppost u
fil-hin.
Barra minn hekk l-ufficcju tal-kabinett huwa wkoll
responsabbli ghat-thaddim tal-ligi li tipprovdi ghall-ghoti ta’ unuri
u dekorazzjonijiet mill-istat. Responsabbiltà ohra li nghatat
lill-ufficcju tal-kabinett fl-2000 kienet dik ghat-tmexxija ta’
l-awditjar intern pubbliku permezz tad-dipartiment li twaqqaf apposta
s-sena l-ohra u ta’ l-internal audit and investigations board
li jissorvelja l-operat ta’ din il-funzjoni.
Segretarjat ghan-Negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea
Dan is-Segretarjat, li gie mwaqqaf kmieni matul
l-2000, ghandu r-rwol illi jassisti lic-Chairman tal-Grupp
Ewlieni tan-Negozjati. Is-Segretarjat jiehu hsieb kull aspett
tan-negozjati u l-azzjonijiet relatati ma’ dan il-process. Fost
ohrajn, is-Segretarjat jipprovdi direzzjoni fit-thejjija tad-dokumenti
kollha necessarji u fil-preparazzjoni tad-delegazzjonijiet li jmorru
Brussel u bliet ohrajn fl-Unjoni biex l-awtoritajiet Maltin jitkellmu b’koerenza
u konsistenza fid-diskussjonijiet li jaghmlu parti minn dawn
in-negozjati.
Aspett importanti minn dan ix-xoghol huwa
l-ko-ordinazzjoni li jrid isir mis-Segretarjat bejn id-Direttorat
tal-Unjoni Ewropea fi hdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin,
l-Ambaxxata ta’ Malta f’Brussel u l-Ministeri l-ohra.
Matul l-ahhar sena, ic-Chairman tal-Grupp
Ewlieni tan-Negozjati ghamel diversi zjarat barra l-pajjiz f’hidma
konnessa man-negozjati ta’ Malta ghas-shubija fl-Unjoni Ewropea. Dawn
iz-zjarat kienu:
• zjara fi Brussel ghal laqgha mad-Direttur
Generali ghat-Tkabbir, Eneko Landaburu u ufficjali ohra tat-Team
ta’ Malta fid-Direttorat Generali ghat-Tkabbir fil-Kummissjoni
Ewropea (12 Settembru 2000);
• zjara f’Vilnius ghal laqgha tan-Negozjaturi
tal-pajjizi kandidati (13-14 Settembru 2000);
• zjara f’Ateni ghal laqghat bilaterali ma’
ufficjali responsabbli ghat-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea (27-29
Settembru 2000);
• zjara fl-Awstrija u l-Ungerija ghal laqghat
bilaterali ma’ ufficjali responsabbli ghat-tkabbir ta’ l-Unjoni
Ewropea (29-30 Novembru 2000);
• zjara f’Londra ghal laqghat bilaterali ma’
ufficjali responsabbli ghat-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea (12-14 Frar
2001);
• zjara fi Brussel biex jindirizza lill-Kumitat
ghall-Affarijiet Barranin tal-Parlament Ewropew u ghal laqghat ma’
ufficjali tat-Team ta’ Malta fid-Direttorat Generali
ghat-Tkabbir fil-Kummissjoni Ewropea (24 April 2001);
• zjara fl-Awstrija flimkien mal-Ministru ta’
l-Affarijiet Barranin ghal laqghat bilaterali ma’ ufficjali
responsabbli ghat-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea (12-13 Lulju 2001).
Impenji ohra tac-Chairman tal-Grupp Ewlieni
tan-Negozjati barra l-pajjiz kienu:
• Konferenza ghas-shubija ma’ Malta fuq livell
ta’ Deputati f’Brussel (24 Ottubru 2000);
• Konferenza ghas-shubija ma’ Malta fuq livell
ta’ Deputati f’Brussel (16 Novembru 2000);
• Konferenza ghas-shubija ma’ Malta fuq livell
Ministerjali f’Brussel (21 Novembru 2000);
• Akkumpanja lill-Ministru ta’ l-Affarijiet
Barranin ghal zjara f’Londra ghal laqgha mas-Segretarju ta’
l-Istat ghall-Affarijiet Barranin tar-Renju Unit (5-6 Marzu 2001);
• Akkumpanja lill-Prim Ministru ghal zjara f’Berlin
ghal laqgha mal-Kancillier Gerhard Schroeder (6-8 Marzu 2001);
• Konferenza ghas-shubija ma’ Malta fuq livell
ta’ Deputati f’Brussel (28-29 Marzu 2001);
• Akkumpanja lill-Prim Ministru ghal zjara f’Parigi
ghal laqgha mal-President Jacques Chirac u l-Prim Ministru ta’
Franza Lionel Jospin (3-4 April);
• Akkumpanja lill-Ministru tal-Affarijiet
Barranin ghal zjara f’Nykoping ghal laqgha informali bejn
il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-pajjizi membri tal-Unjoni
Ewropea u tal-pajjizi kandidati (5-6 Mejju);
• Konferenza ghas-shubija ma’ Malta fuq livell
ta’ Deputati fi Brussel (1 Gunju 2001);
• Konferenza ghas-shubija ma’ Malta fuq livell
Ministerjali fil-Lussemburgu (12 Gunju 2001);
• Akkumpanja lill-Prim Ministru ghall-laqgha
tal-Kapijiet tal-Gvern tal-Kunsill Ewropew f’Gothenburg (15-16 Gunju
2001).
Is-Segretarjat organizza gimgha ta’ attivitajiet f’Malta,
fejn konsulenti u esperti mill-istati membri maghzula mit-TAIEX (Technical
Assistance Information Exchange Office), li hija agenzija
tal-Kummissjoni Ewropea, mexxew sessjonijiet ta’ tahrig ghal ufficjali
Maltin. Din l-attività saret fl-20-24 Novembru 2000.
Matul dan iz-zmien saru zewg sessjonijiet ta’
konsultazzjonijiet f’Malta ma’ delegazzjonijiet mill-Kummissjoni
Ewropea. Dawn iz-zjarat, li saru f’Jannar u f’Lulju, kienu jinkludu
tahditiet ma’ l-ufficjali koncernati f’uhud mill-Ministeri u
Dipartimenti tal-Gvern, kif ukoll mal-Grupp tan-Negozjati, immexxija
mic-Chairman, is-Sur Richard Cachia Caruana.
F’Lulju wkoll saret sessjoni tal-Kunsill ta’
Assocjazzjoni bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, bil-partecipazzjoni ta’
l-istati membri.
Is-Segretarjat kien ukoll involut fl-organizzazzjoni
ta’ diversi zjarat f’Malta minn ufficjali ta’ pajjizi membri
tal-Unjoni Ewropea, ta’ pajjizi kandidati ghas-shubija kif ukoll
mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Dawn kienu:
• Indulis
Berzins, Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin tal-Latvja (2 Novembru
2000);
• Janos Martonyi, Ministru ta’ l-Affarijiet
Barranin tal-Ungerija (8-10 Novembru 2000);
• Anna Lindh, Ministru ta’ l-Affarijiet
Barranin ta’ l-Isvezja (16 Novembru 2000);
• Pavel Telicka, Kap tan-Negozjati tar-Repubblika
Ceka (17 Novembru 2000);
• Arhi Palosuo, Kap tat-Team ta’ Malta
fid-Direttorat Generali ghat-Tkabbir fil-Kummissjoni Ewropea (23-24
Novembru 2000);
• Christoph Zoepel, Segretarju ta’ l-Istat
ghall-Affarijiet Ewropej tal-Germanja (14-15 Dicembru 2000);
• Eneko Landaburu, Direttur Generali ghat-Tkabbir
fil-Kummissjoni Ewropea (18-19 Jannar 2001);
• Gunther Verheugen, Kummissarju ghat-Tkabbir
fil-Kummissjoni Ewropea (8-9 Frar 2001);
• Dick Benschop, Segretarju ta’ l-Istat
ghall-Affarijiet Ewropej ta’ l-Olanda (20-21 Frar);
• Lydie Polfer, Ministru ta’ l-Affarijiet
Barranin tal-Lussemburgu (21-22 Frar 2001);
• Margot Wallstrom, Kumissarju ghall-Ambjent
fil-Kummissjoni Ewropea (26-27 April 2001);
• Annemie Neyts, Segretarju ta’ l-Istat
ghall-Affarijiet Ewropej tal-Belgju (6 Gunju).
Matul il-perjodu ta’ dan ir-rapport, Malta
pprezentat il-pozizzjonijiet taghha fuq tnax-il kapitlu li kien ghad
fadal, kif se jsegwi:
• Kapitlu 1 – cirkulazzjoni hielsa tal-Prodotti
• Kapitlu 2 – cirkulazzjoni hielsa tal-Persuni
• Kapitlu 3 – cirkulazzjoni hielsa tas-Servizzi
• Kapitlu 7 – Agrikoltura
• Kapitlu 10 – Tassazzjoni
• Kapitlu 14 – Energija
• Kapitlu 21 – Politika Regjonali
• Kapitlu 22 – Ambjent
• Kapitlu 24 – Gustizzja u Affarijiet Interni
• Kapitlu 25 - Dwana
• Kapitlu 28 – Kontroll Finanzjarju
• Kapitlu 29 – Provizjonijiet Finanzjarji u
tal-Budget
In-negozjati nfethu fuq dawn il-kapitli kollha, hlief
dak fuq l-agrikoltura. In-negozjati fuq dan il-kapitlu ma’ l-istati
kandidati kollha se jsiru matul 2002.
B’kollow issa gew maghluqa n-negozjati fi sbatax-il
kapitlu.
Is-Segretarjat ghan-Negozjati organizza 10 laqghat
teknici fuq uhud mill-kapitli. Dawn il-laqghat, li jitmexxew mic-Chairman
tal-Grupp tan-Negozjati, ghandhom l-iskop illi tinghata harsa lejn x’sar
u x’ghandu jsir skond id-dati indikati fil-pozizzjonijiet ta’ Malta.
Ghal dawn il-laqghat jigu mistiedna wkoll l-hekk imsejha "Special
Interest Members"/Membri b’Interess Specjali, li jinkludu
l-korpi kostitwiti u ghaqdiet ohra interessati.
Is-Segretarjat jiehu hsieb ilesti rapporti regolari
dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-ligijiet ta’ l-Unjoni
Ewropea, kif ukoll ir-riformi u mizuri amministrattivi li qeghdin isiru
bhala parti minn dan il-process.
Direttorat Generali fl-Ufficcju tal-Prim Ministru
Il-funzjonijiet ewlenin tad-Direttorat Generali huma-
- li jassisti lis-Segretarju Permanenti fl-Ufficcju tal-Prim Ministru
fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tieghu bhala Kap tac-Civil u
fit-twettiq ta’ decizjonijiet tal-Kabinett li ghalihom ikun
direttament responsabbli l-Prim Ministru
- li jghin lis-Segretarju Permanenti biex jikkoordina
x-xoghol tal-ministeri u d-dipartimenti tal-Gvern u, fejn ikun mehtieg,
jistabbilixxi policies mhux biss ghad-dipartimenti li jaqghu taht
l-Ufficcju tal-Prim Ministru, imma wkoll ghas-Servizz Pubbliku kollu
- li jizgura li d-dipartimenti jew taqsimiet li
jaqghu taht l-Ufficcju tal-Prim Ministru jwettqu l-policies
tal-Gvern kif imfissra fil-Programm Elettorali.
Xoghol relatat mal-portfolio ministerjali
Parti integrali tax-xoghol tad-Direttorat Generali
fl-Ufficcju tal-Prim Ministru tikkonsisti f’sorveljanza ta’ l-operat
kollu ta’ dawk id-dipartimenti li jaqghu taht ir-responsabbiltà
tal-Prim Ministru u li jirrapportaw direttament lid-Direttur Generali.
Din il-funzjoni titlob koordinazzjoni regolari bejn id-Direttorat
Generali u d-dipartimenti koncernati biex jigi zgurat li x-xoghol
imwettaq minn dawn id-dipartimenti jirrifletti l-policies
stabbiliti. Matul dan il-perjodu sar aktar enfasi fuq titjib
fil-kwalità tas-servizzi moghtija mid-dipartimenti. Ittiehdu wkoll
mizuri biex jizdiedu l-produttività u l-efficjenza billi gew mibdula
strutturi fid-dipartimenti u inzamm kontroll regolari fuq l-uzu ta’ l-overtime.
Funzjoni ohra ta’ dan l-Ufficcju hija li tezamina korrispondenza
mibghuta lill-Prim Ministru minn entitajiet mhux governattivi u membri
ohra tal-pubbliku dwar kwistjonijiet relatati ma’ l-ghoti ta’
servizzi pubblici.
Thejjija ghal negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea
Matul dawn l-ahhar tnax-il xahar, id-Direttorat
Generali kompla jwettaq xoghol konness mal-gbir ta’ informazzjoni dwar
diversi oqsma fis-settur pubbliku bi thejjija ghan-negozjati ghal
shubija fl-Unjoni Ewropea. Dan inkluda koordinazzjoni
tas-sottomissjonijiet tad-dipartimenti li jaqghu taht l-Ufficcju
tal-Prim Ministru.
Bhala ministeru responsabbli ghall-politika
regjonali, l-Ufficcju tal-Prim Ministru aktar kmieni s-sena li ghaddiet
kien ikkummissjona zewg studji biex tkun tista’ tigi deciza
l-pozizzjoni li kellha tiehu Malta fin-negozjati dwar dan is-settur. Fuq
bazi ta’ dawn l-istudji, gie stabbilit x’forma ta’ strutturi
amministrattivi kellhom jitwaqqfu f’Malta biex ikun jista’ jitwettaq
ix-xoghol ta’ thejjija f’dan ir-rigward u b’hekk is-settur
pubbliku Malti jkun jista’ jibbenefika minn fondi u konsulenza
mill-Unjoni Ewropea qabel u mas-shubija.
Wara li f’Settembru 2000 il-Kabinett approva
l-istrutturi proposti, fix-xhur ta’ wara saru t-thejjijiet necessarji
biex jitwaqqaf Direttorat ghall-Politika Regjonali li jikkoordina
t-tfassil, ippjanar u monitoring ta’ kwalunkwe xoghol relatat
mal-qasam tal-politika regjonali.
Id-Direttorat kien ukoll involut fl-ezercizzju ta’ screening
u diskussjonijiet dwar il-Kapitlu 20 li jittratta Kultura u Settur
Awdjovisiv u fit-tfassil ta’ negotiation papers dwar il-Kapitlu
21 - Politika Regjonali. Il-Kapitlu 20 gie maghluq provvizorjament waqt
li d-dokument dwar il-pozizzjoni ta’ Malta rigward il-Kapitlu 21
intbaghtet lill-Kummissjoni Ewropea f’Dicembru u t-tahditiet dwar dan
il-qasam mistenni li jinfethu qabel l-ahhar ta’ dan is-sena.
Rapporti Annwali tad-Dipartimenti tal-Gvern
Matul l-ewwel xhur ta’ din is-sena, id-Direttorat
Generali ha hsieb ix-xoghol kollu konness mal-gbir u editjar
tar-rapporti dwar l-operat amministrattiv imwettaq mid-dipartimenti
tal-Gvern fis-sena 2000. Ir-rapporti gew ippubblikati f’Awissu.
Xandir
Wara d-dhul fis-sehh tal-provvedimenti godda fil-Ligi
dwar ix-Xandir, l-Ufficcju tal-Prim Ministru li ghandu r-responsabbiltà
ministerjali mil-lat regolatorju fil-qasam tax-Xandir, ikkoordina
x-xoghol mehtieg sabiex jidhlu fis-sehh regolamenti u kodici godda
fil-qasam tax-xandir. Din il-legislazzjoni sekondarja tkompli ssahhah
ir-rwol importanti li ghandha l-Awtorità tax-Xandir u b’hekk ikun
zgurat li dan il-qasam ikun regolarizzat skond il-principji
tal-Konvenzjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa kif ukoll id-Direttiva ta’
l-Unjoni Ewropea f’dan il-qasam.
Matul din l-ahhar sena kien approvat Ftehim Kollettiv
gdid ghall-impjegati ta’ l-Awtorità tax-Xandir li jkopri l-perjodu
2000-2002 u li kien hemm qbil dwaru bejn l-Awtorità u l-Union Haddiema
Maghqudin.
Bordijiet u Kumitati
Id-Direttorat Generali fi hdan l-Ufficcju tal-Prim
Ministru ta s-sehem tieghu fit-tigdid ta’ numru konsiderevoli ta’
bordijiet, kumitati, kummissjonijiet u awtoritajiet kif ukoll
fit-twaqqif ta’ entitajiet godda li jaqghu kemm taht diversi Ministeri
kif ukoll taht id-dikasteru tal-Prim Ministru.
F’dan ir-rigward, permezz ta’ l-Att Nru XV ta’
l-2001, twaqqaf il-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali. Dan
il-Kunsill inhatar mill-Prim Ministru u ghandu jservi ta’ forum
ghall-konsultazzjoni u djalogu bejn l-imsiehba socjali.
Twaqqfet ukoll il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’
San Gwann bil-ghan li tamministra dan il-bini ta’ kult divin u
storiku, biex tippreserva u tirrestawra dan il-bini u l-muzew
tal-Konkatidral u sabiex tigbor u tiggenera fondi ghal dawn
l-iskopijiet.
F’din l-ahhar sena, tkompla x-xoghol sabiex
informazzjoni dettaljata dwar l-entitajiet imwaqqfa mill-Gvern tkun
migbura f’sistema kompjuterizzata. Din is-sistema qed tkun zviluppata
u kkoordinata bejn dan id-Direttorat Generali u l-MITTS waqt li
d-diversi ministeri intalbu jibaghtu l-informazzjoni mehtiega ghal dan
il-ghan.
Quality Service Charters
Wara li f’Mejju ta’ l-1999 tnedew l-ewwel Quality
Service Charters fid-dipartimenti tal-Gvern, l-inizjattiva baqghet
tikber u tissahhah tant li llum hemm 32 servizz jew dipartiment
tal-Gvern li huwa mmexxi minn standards iddikjarati bil-miktub
permezz ta’ dawn ic-charters.
Bejn l-1 ta’ Settembru 2000 u l-31 ta’ Awissu
2001 gew imnedija 9 minn dawn ic-charters, izda sadanittant
ghaddej xoghol mic-Charter Support Unit fuq l-izvilupp ta’
19-il charter iehor.
Dan ix-xoghol jinvolvi numru ta’ laqghat ma’
l-impjegati u tahrig ghal dawn l-istess impjegati, kif ukoll titjib
fis-servizzi offruti u fl-ambjent tad-dipartimenti. Barra minn hekk isir
titjib fit-teknologija tad-dipartimenti biex jersqu iktar lejn
il-principju ta’ gvern elettroniku, u jsiru ezercizzji ta’
komunikazzjoni mal-pubbliku tad-dipartimenti biex it-titjib li jsir ikun
ibbazat dejjem fuq dak li jixtiequ l-klijenti mid-dipartiment fejn
jinqdew. Imbaghad jitfasslu u jithaddmu mekkanizmi li jikkontrollaw u
jaccertaw li l-livelli mwieghda fic-charter qeghdin jintlahqu,
filwaqt li jitfasslu u jithaddmu wkoll sistemi li jiffacilitaw il-mod li
bih jitwasslu feedback u lmenti minghand il-klijenti u jizguraw
li dak kollu li jkollhom xi jghidu l-klijenti lid-dipartiment mhux biss
jigi mismugh, izda tittiehed azzjoni konkreta fuqu. Ix-xoghol ikompli
bit-tfassil, kitba, dizinjar u stampar tal-fuljetti tac-charters
u aggornar regolari ta’ l-informazzjoni moghtija permezz tal-website
tat-Taqsima, li tinkludi wkoll il-kontenut ta’ kull charter
ippubblikat, minbarra taghrif iehor. Dan is-sit jilqa’ wkoll kummenti
minghand il-pubbliku permezz ta’ e-mails.
Ic-charter tad-Dipartiment tas-Sigurtà Socjali
giet imnedija fl-20 ta’ Novembru 2000
Xoghol iehor imwettaq minn din it-Taqsima jirrigwarda
dawk ic-charters li digà gew imnedija. Naturalment il-qofol ta’
l-inizjattiva jinsab fil-fatt li l-weghdiet li jsiru mal-klijenti jkunu
fil-fatt qeghdin jinzammu. Parti essenzjali ghalhekk mill-funzjoni tac-Charter
Support Unit hija li tassigura li dawn il-weghdiet u standards ikunu
milhuqa mid-dipartimenti kollha li nedew charter. Izda
fis-sentejn li ghaddew mit-tnedija ta’ l-ewwel charter sar
ukoll tibdil u anki titjib fis-servizzi ta’ whud minn dawn
id-dipartimenti. Xoghol fuq ir-revizjoni ta’ dawn ic-charters,
ghalhekk, kompla anki matul din is-sena.
Funzjoni ohra tac-Charter Support Unit hija li
tippromwovi l-inizjattiva kemm fost id-dipartimenti nfushom kif ukoll
mal-pubbliku in generali.
Mod wiehed kif sar dan matul din is-sena kien permezz
ta’ artikli u pubblikazzjonijiet ohra, kif ukoll permezz ta’
partecipazzjoni fi programmi fuq mezzi tax-xandir. Barra minn dan, izda,
sar anki ezercizzju fejn ingabret l-opinjoni tal-pubbliku permezz ta’
telefonati lil madwar 300 persuna maghzula minn kull regjun ta’ Malta
u Ghawdex b’sistema ta’ sampling xjentifiku. Dan is-survey
ghen biex wiehed jista’ jaghraf ahjar kemm qieghed jasal il-messagg
ghand il-pubbliku Malti u fejn ghandha tittiehed iktar azzjoni biex
il-pubbliku jkun jaf aktar id-drittijiet li ttih din l-inizjattiva.
Ghal dak li ghandu x’jaqsam mas-settur pubbliku,
l-attivitajiet biex titwassal iktar informazzjoni rigward l-inizjattiva
tal-Quality Service Charters kienet tinkludi ghadd ta’ laqghat
u presentations, anki ma’ entitajiet li m’humiex strettament
dipartimenti tal-gvern. Fost dawn ukoll insibu attività li ttellghet
minn università barranija li organizzat zjara hawn Malta ta’ ghadd ta’
impjegati fis-Servizz Pubbliku ta’ pajjizi differenti u li qeghdin
ikomplu l-istudji taghhom l-Ingilterra.
Saret ukoll konferenza ghall-Ufficjali Gholja
tas-Servizz Pubbliku f’gheluq is-sentejn ta’ l-inizjattiva. F’din
il-konferenza gew diskussi temi li jolqtu kemm lil dawk li diga’
zviluppaw ic-Charter taghhom, kif ukoll dawk li kienu ghadhom qed
jahdmu biex dan isehh. Matul il-konferenza gew varati zewg
pubblikazzjonijiet. Ktieb minnhom kien ikopri l-attivitajiet tas-sena
2000 f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ Quality ServiceCharters
u kien jinkludi wkoll artikli dwar it-tema ta’ kwalità fil-qasam
tas-servizzi. L-iehor huwa ktejjeb li jispjega f’dettall izda b’mod
car x’inhi l-inizjattiva tal-Quality Service Charters u kif
wiehed ghandu jaghmel biex jizviluppa charter, b’mod
sistematiku. Huwa mahsub li l-pubblikazzjonijiet, partikolarment dan ta’
l-ahhar, mhux biss jghinu biex jizdied l-gharfien ta’ l-inizjattiva,
izda wkoll biex ikun iktar facli ghal dak li jkun li jizviluppa charter.
Dawn il-pubblikazzjonijiet li jitqassmu lil kull min hu interessat
fl-inizjattiva, anki jekk ma jkunux strettament dipartimenti
governattivi, gew prodotti kompletament in-house.
Il-Konferenza li saret f’Gunju 2001 fl-okkazjoni
tat-tieni anniversarju tac-charters
Fil-gimgha ghas-Servizz Pubbliku gie organizzat seminar
ghal ufficjali gholja fis-Servizz Pubbliku bit-tema "The Best
Possible Service to the Public – the Options" fejn sessjoni f’dan
is-seminar kienet dedikata ghall-Quality Service Charters
u saret tahdita dwar dan is-suggett mill-kap tac-Charter Support Unit.
Il-pjanijiet ghas-sena li gejja ghalhekk jimxu fuq
dawn il-linji. Filwaqt li t-Taqsima trid tibqa’ zzomm komunikazzjoni
shiha mal-membri tal-pubbliku u entitajiet governattivi, irid jibqa’
jizdied in-numru ta’ charters zviluppati filwaqt li jinzammu
shah il-weghdiet u r-rabtiet ta’ dawk imnedija sa llum. Barra minn
hekk, l-isforz biex l-idea ta’ seamless government tinxtered
irid ikompli jizdied biex kemm jista’ jkun jitnaqqsu dejjem xkiel biex
jinghata servizz dejjem ahjar lill-pubbliku u tidhol mentalità ta’
kwalità fil-livell milhuq.
Difiza
Matul din is-sena, is-Sezzjoni tad-Difiza kellha
sehem importanti biex tikkoordina x-xoghol ta’ tliet dipartimenti
tal-Gvern rigward il-partecipazzjoni ta’ Malta f’dak li ghandu x’jaqsam
mal-politika barranija ta’ l-Unjoni Ewropea fuq crisis management.
Din il-politika tinkludi progett li hu mahsub biex l-Unjoni Ewropea
jkollha forza indipendenti li jkunu kapaci jwettqu hidma ta’ zamma
tal-paci. Il-progett ha spinta kbira matul il-Presidenza Franciza,
specjalment minn Ottubru 2000 ’il quddiem.
Il-pajjizi applikanti kollha, inkluza Malta, gew
mistiedna biex jiehdu sehem f’din l-inizjattiva. F’rakkomandazzjoni
lill-Gvern, il-Forzi Armati ta’ Malta jghidu li kien hemm numru ta’
vantaggi ghal Malta li kieku kellha tippartecipa fir-Rapid ‘Reaction
Force proposta mill-Unjoni Ewropea. Wara l-approvazzjoni tal-Kabinett,
il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Malti Dr Joe Borg, f’isem
il-Prim Ministru, mexxa delegazzjoni Maltija ghal-laqgha tal-Ministri
tad-Difiza Ewropej, fejn kemm il-pajjizi membri kif ukoll dawk
applikanti, wieghdu l-partecipazzjoni tal-Forzi Armati taghhom
fl-inizjattiva ta’ crisis management ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-wieghda ta’ Malta kienet tikkonisisti f’light infantry platoon
ta’ 30 suldat flimkien ma’ Headquarters element zghir ta’
erba’ persuni. Il-kontingent Malti se jithaddem flimkien mal-Forzi
Taljani u se jiehu sehem biss f’missjonijiet umanitarji u ta’
salvatagg.
Matul l-2001, Malta giet mistiedna, flimkien
mal-pajjizi applikanti l-ohra, ghal diversi laqghat fi Brussels kemm
teknici, kif ukoll ministerjali, biex ikompli jigi kkjarifikat is-sehem
ta’ Malta fil-forza Ewropea. Il-Prim Ministru wkoll attenda wahda minn
dawn il-laqghat li saret ghal Ministri tad-Difiza Ewropej fil-15 ta’
Mejju 2001.
Minbarra dan, saru numru ta’ kuntatti ma’
l-awtoritajiet militari Taljani biex jigi zgurat li l-Armata Maltija
tkun ippreparata sew ghal missjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea. Dawn
id-diskussjonijiet ghandhom ikomplu jintensifikaw fix-xhur li gejjin.
Matul dan il-perjodu, hargu sejhiet
ghall-applikazzjonijiet biex jigu ngaggati numru ta’ suldati u
ufficjali kadetti fil-Forzi Armati ta’ Malta. Ir-rispons ghal dawn
is-sejhiet kien wiehed tajjeb hafna u jixhed l-attrazzjoni li ghad
ghandha f’Malta l-karriera militari. Huwa ppjanat li permezz ta’ dan
ir-reklutagg l-Armata tissahhah b’madwar 100 suldat gdid u ghaxar
ufficjali kadetti.
Fl-istess zmien ukoll gew ipprocessati u approvati
ftit inqas minn erba’ mitt promozzjoni fil-Forzi Armati ta’ Malta,
kemm fir-ranks ta’ ufficjali, kif ukoll fir-ranks l-ohra.
Dawn se jkomplu jtejbu l-organizzazzjoni interna ta’ l-Armata u jservu
ta’ incentiv biex is-suldat jibqa’ jizviluppa aktar il-kapacitajiet
tieghu.
Dipartiment ghas-Servizzi Korporattivi
Finanzi u Amministrazzjoni
Matul din is-sena, it-Taqsima tal-Finanzi u
Amministrazzjoni ghamlet mas-7,600 transazzjoni bis-sistema
kompjuterizzata tad-Departmental Accounting System. It-taqsima
ghamlet impenn biex PurchaseOrders johorgu mhux aktar
tard minn gurnata minn meta tasal ir-Requisition Order u biex
il-kontijiet jithallsu mhux aktar tard minn xahar minn meta jaslu.
Bhal kull sena, it-Taqsima hadet hsieb
il-preparazzjoni ta’ l-Estimi generali ghas-sena 2001 kif ukoll il-Business
Plans ghas-snin 2002-2004.
Fil-qasam ta’ l-Informatika, minbarra t-tigdid
tal-kuntratti li l-Ufficcju tal-Prim Ministru ghandu mal-MITTS,
it-Taqsima gabret l-informazzjoni mid-dipartimenti kollha fid-dikasteru
tal-Prim Ministru, dwar l-investiment mehtieg fis-snin 2002-2004. Din
l-informazzjoni nghatat lis-Central Information Management Unit
biex tkun evalwata flimkien ma’ informazzjoni simili mill-Ministeri
kollha tal-Gvern.
Rizorsi Umani
In-numru ta’ haddiema impjegati fl-Ufficcju
tal-Prim Ministru tela’ ghal 312-il persuna, zieda ta’ 36 minn
l-ahhar sena. Dan kien dovut principalment ghat-twaqqif tar-Regional
Policy Directorate u ghat-tishih ta’ l-Internal Audit
Directorate, is-Central Information Management Unit u l-Quality
Service Charters Unit.
Aktar kmieni din is-sena, it-taqsima tar-Rizorsi
Umani lestiet ghall-ewwel darba StaffList tal-haddiema
kollha, kemm industrijali kif ukoll mhux industrijali, li jahdmu
fid-dipartimenti li jaqghu taht il-Prim Ministru. Din l-iStaff List
ghandha sservi ta’ ghodda essenzjali ghall-immaniggjar ahjar
tar-rizorsi umani f’dan il-Ministeru.
F’Gunju ta’ din is-sena t-Taqsima hejjiet
programm ta’ tahrig ghall-iskrivani godda f’dan il-Ministeru. Dan
it-tahrig, li ha fuq jumejn, attendew ghalih sbatax-il impjegat li gew
indirizzati minn hmistax-il kap ta’ dipartiment jew rapprezentant
tieghu.
Servizzi ta’ l-Ufficcju
Minbarra l-manutenzjoni ta’ kuljum bhalma hu tibjid
u tikhil ta’ ufficini u z-zamma ta’ soft areas f’kundizzjoni
tajba, sar ukoll it-tibdil u tiswija ta’ diversi travi ta’ l-injam
li kienu f’qaghda perikoluza f’xi kmamar tas-Segretarjat tal-Prim
Ministru.
Matul is-sena t-Taqsima dahlet f’diversi Maintenance
Agreements ghas-servicing tal-lifts, generators
u air conditioners fl-Ufficcju tal-Prim Ministru.
Progett ta’ Rijabilitazzjoni ta’ Kastilja
Tlesta x-xoghol ta’ rijabilitazzjoni ta’
l-ufficini kollha fil-pjan terren u tkompla x-xoghol ta’ restawr
tal-kuruturi.
Gie installat generator ta’ l-elettriku gdid
kbir bizzejjed biex jaqdi l-htigiet essenzjali gewwa l-bini ta’
Kastilja f’kaz ta’ qtugh tad-dawl.
Dan il-progett jinkludi wkoll bini ta’ toilets
ghal persuni bi bzonnijiet specjali fis-sulari kollha kif ukoll tarag ta’
emergenza u service lift mill-kantina sa fuq il-bejt.
Registry
L-introduzzjoni ta’ sistema gdida kompjuterizzata
s-sena l-ohra gabet maghha l-bzonn ta’ upgrading tal-kompjuters
fir-Registry. Dan l-upgrading sar b’zieda fil-memorja
RAM ghal 128 Megabytes, tkabbir tal-Hard Disk u titjib fl-operating
system minn Windows 95 ghal Windows 98.
Dipartiment ta’ l-Informazzjoni
Linja Informazzjoni tal-Gvern (Freephone 153)
Matul is-sena li ghaddiet, dan is-servizz rega’
kien wiehed mill-aktar mezzi popolari li permezz tieghu l-pubbliku seta’
jikseb informazzjoni dak il-hin stess, dwar servizzi li joffru
l-Ministeri, dipartimenti tal-Gvern u agenziji taghhom. Il-medja ta’
telefonati li dahlu fuq din il-linja kien ta’ madwar 650 kuljum. B’mod
generali, in-natura ta’ informazzjoni mitluba kienet wahda vasta
hafna; saru wkoll talbiet ta’ natura aktar specifika li varjaw
stagjonalment bhal informazzjoni dwar is-settur edukattiv fix-xhur ta’
Settembru u Ottubru, u taghrif dwar bajjiet u xtut fix-xhur tas-Sajf.
Kien hemm imbaghad membri tal-pubbliku li ghamlu uzu minn dan is-servizz
b’mod regolari bhal ma hu fil-kaz ta’ rizultati ta’ lotteriji
organizzati mill-Gvern inkluza dik tal-VAT, rati tal-kambju, spizeriji
li jifthu fil-hdud u l-festi u tbassir tat-temp. Dan hu fatt pozittiv
ghax juri li l-pubbliku qieghed jifhem aktar l-iskop li ghalih twaqqaf
dan is-servizz, jigifieri li permezz tieghu wiehed jista’ jakkwista
mhux biss numri tat-telefon ta’ Ministeri u dipartimenti, imma aktar
minn hekk, taghrif attwali dwar is-servizzi li dawn joffru.
Biex tinzamm il-kwalità ta’ servizz skond
il-kriterji tal-Quality Service Charter li gie adottat fl-1999,
l-istaff li jopera l-Linja 153, kompla jinghata tahrig ta’
customer care biex il-pubbliku jkompli jinqeda b’heffa,
efficjenza u kortesija.
Matul l-istess perijodu, inhass il-bzonn li tigi
aggornata radikalment l-informazzjoni migbura fid-database li
minnu jinghata dan is-servizz. F’dan is-sens, l-entitajiet kollha
koncernati gew mitluba jibaghtu t-taghrif aggornat dwarhom li mbaghad
gie mdahhal fid-database imsemmija. Dan kien ezercizzju li ha
hafna zmien, pero’ kien necessarju li jsir ghax inkella kien jigri li
l-informazzjoni li tinghata lill-pubbliku ma tkunx attwali u korretta. F’dan
ir-rigward, id-Dipartiment qieghed jezamina kif jista’ johloq
mekkanizmu effettiv u permanenti bejnu u bejn id-diversi entitajiet,
biex l-aggornament ta’ informazzjoni ikun wiehed kontinwu u dejjiemi.
Facilitajiet lill-Media
Ir-rizultati miksuba permezz tar-rijorganizzazzjoni
mibdija fil-bidu tas-sena 2000 ghal dak li jirrigwarda s-servizzi
moghtija lill-media, komplew jissahhu matul il-perijodu li jkopri
dan ir-rapport. Il-heffa li biha jinhargu Stqarrijiet lill-Istampa (li
matul is-sena li ghaddiet ammontaw ghal 1,920), permezz ta’ l-e-mail,
kompliet tizdied; id-domanda ghal dan il-mod gdid ta’ servizz zdiedet
tant li aktar min-nofs ta’ l-Organizzazzjonijiet tal-Media,
ippreferew li jircievu l-Istqarrijiet permezz ta’ l-e-mail
biss, minghajr il-htiega li jircievuhom ukoll bil-fax. Bl-istess
mod, ritratti li jittiehdu mill-fotografi tad-Dipartiment m’ghadhomx
jintbaghtu lill-media f’forma stampata, imma jintbaghtu biss
elettronikament. Dan qed jaghmilha possibbli li l-media jkollhom
f’idejhom ritratti ta’ attivitajiet li jkunu saru ftit tal-hin
qabel, anke meta l-attività tkun saret pjuttost tard filghaxija. Jidher
li l-media qeghdin jaghmlu uzu tajjeb minn dan is-servizz ghax
hafna mir-ritratti li jibaghtilhom id-Dipartiment qed ikunu ppubblikati
fil-gazzetti tal-jum ta’ wara u fil-kaz ta’ websites lokali,
anke dakinhar stess.
Biex ikompli jithaffef il-process ta’ hrug ta’
Stqarrijiet, id-Dipartiment ha hsieb li jhejji work manuals dwar set
ta’ proceduri li jittiehdu kemm mill-istaff tad-Dipartiment u
kemm mill-Communications Coordinators fil-Ministeri. Dawn il-manuals
ghenu mhux ftit biex ikun hemm aktar uniformità u anke biex titjieb
sostanzjalment il-komunikazzjoni effettiva bejn id-Dipartiment u
l-klijenti tieghu.
Matul il-perijodu li dwaru qed isir dan ir-rapport,
id-Dipartiment wiegeb 156 darba bil-miktub, skond il-Ligi ta’
l-Istampa, ghal kritika jew kummenti ohra li saru fir-rigward ta’
l-amministrazzjoni, fil-gazzetti u mezzi tax-xandir.
Id-Dipartiment ipprocessa u hareg 340 Press Card
lil rapprezentanti tal-media lokali. Id-Dipartiment ghamel ukoll
l-arrangamenti necessarji u offra l-facilitajiet lill-media f’okkazjonijiet
partikolari bhal ma kienu l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali,
il-prezentazzjoni tal-Budget, ic-celebrazzjonijiet tal-Jiem
Nazzjonali u zjajjar ufficjali minn personalitajiet distinti fosthom
il-Prim Ministri ta’ l-Irlanda, l-Estonia, it-Tunezija, il-Grecja u
s-Slovakia kif ukoll tal-President tar-Repubblika tal-Poplu tac-Cina.
Id-Dipartiment offra wkoll facilitajiet lil rapprezentanti tal-media lokali
biex setghu jakkumpanjaw lill-Prim Ministru fi zjajjar ufficjali li hu
ghamel fi New York, Hannover, Nizza, Berlin, Parigi, Brussell u
Gothenburg.
Website gdida ghad-Dipartiment
Id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni issa ghandu l-website
fuq www.doi.gov.mt. Matul is-sena li
ghaddiet, bil-ghajnuna tas-Central Information Management Unit
(CIMU) u l-Malta Information Technology and Training Services
(MITTS), tfassal pjan ta’ hidma biex isiru l-preparazzjonijiet
mehtiega u tigi zviluppata website gdida. Wara li gew
identifikati l-pagni li kienu se jintuzaw ghal din is-site, minn
dawk li kienu jiffurmaw parti mill-website ufficjali tal-Gvern (Magnet),
id-data ta’ dawn il-pagni giet ivverifikata, aggornata u
adattata skond kif mehtieg. Permezz tas-CIMU, tfasslu Homepage u sitemap
fuq kriterji uniformi stabbiliti mis-CIMU stess. Gew introdotti wkoll
pagni godda bhal ma hi lista shiha u aggornata tal-bordijiet
tad-diretturi tal-korpi kollha li dettalji dwarhom xxandru fil-Gazzetta
tal-Gvern, kif ukoll gabra ta’ ritratti mehuda mill-fotografi
tad-Dipartiment.
L-istaff li kien se jopera din il-Website,
li huwa kompost mill-istess nies li joperaw il-Freephone 153,
inghataw tahrig teoretiku u prattiku instensiv li kien segwit minn
perijodu iehor ta’ familjarizzazzjoni u prattika hands-on.
Il-Website il-gdida tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni
Il-Website, li giet inawgurata fit-23 ta’
Gunju, baqghet tigi aggornata regolarment. Il-Press Releases
flimkien ma’ Press Photos mahruga mid-Dipartiment, kif ukoll
l-editorjali tal-gazzetti accessibbli elettronikament ghad-Dipartiment,
jigu ppubblikati f’kull gurnata tax-xoghol, filwaqt li t-Tenders
tal-Gvern, opportunitajiet ta’ impieg mas-settur pubbliku u scholarships
offruti mill-Gvern, jigu ppubblikati fl-istess jum u hin li tigi
ppubblikata l-Gazzetta tal-Gvern. Kull tibdil iehor li jsehh
fl-informazzjoni ppublikata, jigi aggornat bla dewmien.
Il-Padiljun ta’ Malta fil-Fiera Internazzjonali
It-tema tal-Padiljun ghal din is-sena kienet
"L-Unjoni Ewropea u Int". B’koordinazzjoni mad-Direttorat
Generali fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, il-Ministeru ta’ l-Affarijiet
Barranin, l-EU Core Negotiating Group, id-Direttorat ta’ l-EU u
l-MITTS, id-Dipartiment ha hsieb li jorganizza, itella’ u jmexxi ghal
matul il-jiem tal-Fiera, il-Padiljun ta’ Malta. Permezz ta’ filmati
u messaggi awdjo-vizivi, il-pubbliku inghata taghrif dwar diversi
aspetti ta’ l-Unjoni Ewropea fosthom opportunitajiet ghall-istudenti u
zghazagh, access ghas-swieq internazzjonli, appogg lin-negozji z-zghar,
il-qasam tal-biedja u sajd, is-sigurtà fuq il-post tax-xoghol, u
l-ambjent.
Il-pubbliku li zar il-Padiljun, apparti li assista
ghal divertiment imtella’ minn talent lokali, seta’ jippartecipa f’kompetizzjoni
billi jirrispondi numru ta’ mistoqsijiet permezz ta’ kwestjonarju.
Fil-gheluq ta’ kull gurnata matul il-jiem kollha tal-Fiera, l-ewwel
kwestjonarju li ttella’ u li fih kien hemm mill-anqas erba’
twegibiet tajbin, intitola lir-rebbieh ghal passagg b’xejn moghti
mill-Air Malta, ghal xi wahda mill-ibliet tal-pajjizi membri ta’
l-Unjoni Ewropea. Minn madwar 20,000 li zaru l-Padiljun, 15,436 persuna,
jigifieri medja ta’ elf ruh kuljum, hadu sehem f’din is-serje ta’
kompetizzjonijiet. B’kollox, 15-il persuna rebhu passaggi bl-ajru.
Dehra tal-faccata tal-Padiljun
ta’ Malta
Il-Prim Ministru jzur il-Padiljun
ta’ Malta
Wiehed mir-rebbieha
tal-kompetizzjoni
Il-partecipazzjoni tal-pubbliku
fil-Padiljun
Kien ukoll inkoragganti l-fatt li l-medja ta’ mistoqsijiet imwiegba
tajba kienet ta’ 12 minn 15 il-mistoqsija, jigifieri 80%.
Fotografija digitali
Kien ilu jinhass il-bzonn li t-taqsima
tal-fotografija fi hdan id-Dipartiment taggorna lilha nnifisha
maz-zminijiet tal-lum permezz tat-teknologija moderna. Wara diversi
konsultazzjonijiet u anke wara li gew allokati l-fondi mill-vot
tad-Dipartiment, gie deciz li jsir investiment sostanzjali fix-xiri ta’
camera fotografika digitali professjonali flimkien ma’ hardware
u software (inkluzi facilitajiet ta’ photoshop)
adatti u kumplimentari ghal ma’ din it-teknologija. B’hekk, ghalkemm
inxtrat biss camera wahda, gie introdott il-kuncett digitali fuq
bazi permanenti.
Ghalkemm il-fotografi impjegati fid-Dipartiment
inizjalment inghataw it-tahrig baziku, kienu l-interess u l-entuzjazmu
taghhom ghal din it-teknologija, li fi zmien qasir ipprattikaw, draw u
bdew juzaw din is-sistema fix-xoghol taghhom. Huwa mertu taghhom li wara
biss ftit gimghat, kienu kapaci jigbdu b’success hafna mir-ritratti
bis-sistema digitali, taz-zjara f’Malta tal-Qdusija Tieghu il-Papa.
Il-popolarità ta’ dawn ir-ritratti dehret sew mill-fatt li diversi
gazzetti u websites lokali ppubblikaw hafna minnhom, u anke
mid-domanda qawwija li kien hemm mill-pubbliku permezz ta’ ammonti
kbar ta’ ordnijiet ghal reprints ta’ dawn ir-ritratti.
Wiehed mill-aerial shots migbuda mill-fotografi tad-DOI, waqt
l-attività
ewlenija li saret fuq il-Fosos tal-Furjana fl-okkazjoni taz-zjara
tal-Qdusjia Tieghu l-Papa
L-introduzzjoni ta’ din is-sistema ghamlitha
possibbli li d-Dipartiment jittrazmetti lill-media, ritratti ta’
attivitajiet li jkunu ghadhom kif saru, fi kwantità akbar u fi zmien
verament qasir. Matul is-sena li ghaddiet, id-Dipartiment ipprovda
servizz ta’ fotografija lid-diversi ministeri u dipartimenti ghal
1,940 darba.
Iz-zjara f’Malta tal-Qdusija Tieghu l-Papa
Id-Dipartiment ippartecipa attivament
fl-organizzazzjoni ta’ din iz-zjara storika f’pajjizna u ghal
gimghat shah hadem mill-qrib ma’ l-Ufficcju ghar-relazzjonijiet
pubblici tal-Kurja, anke permezz ta’ rapprezentanza fil-Kumitat
Organizzattiv imwaqqaf mill-awtoritajiet ekklezjastici. Biex ikun jista’
joffri facilitajiet ahjar lill-media lokali u barranija,
id-Dipartiment ha hsieb li jwaqqaf u jopera ghal hamest ijiem ufficcju
ta’ akkreditazzjoni fic-centru Stampa tal-Kurja. Id-Dipartiment stampa
Press Cards specifikament ghall-okkazjoni u akkredita madwar 250
gurnalist lokali kif ukoll 150 gurnalist li gew minn diversi pajjizi
barranin biex isegwu z-zjara.
Id-Dipartiment hadem ukoll fi hdan il-kumitat
organizzattiv imwaqqaf mill-Gvern u f’dan is-sens, ikkoordina ma’
l-Ufficcju tal-Prim Ministru, l-Armata, il-Pulizija u l-Malta
International Airport, u ghamel l-arrangamenti mehtiega ghall-media
waqt il-wasla u t-tluq tal-Papa fl-ajruport, kif ukoll waqt iz-zjara
tieghu fil-Palazz Presidenzjali; ghal dawn l-attivitajiet,
id-Dipartiment ippjana u organizza l-Press Pools kif ukoll ghamel
l-arrangamenti necessarji ghall-PBS biex setghu jsiru xandiriet diretti
minn fuq il-post.
Fl-attivitajiet kollha li saru waqt din iz-zjara,
attendew kemm ufficjali tad-Dipartiment li akkumpanjaw u ggwidaw
lill-gurnalisti, kif ukoll fotografi tad-Dipartiment li kif intqal aktar
‘il quddiem, gibdu ritratti ta’ kull okkazjoni inkluzi wkoll dawk
l-okkazjonijiet li ma kinux miftuha ghal bqija tal-media. Waqt
l-attività principali li saret fuq il-fosos tal-Furjana, ttiehdu wkoll aerial
shots permezz ta’ helicopter provdut mill-Forzi Armati.
Hafna mir-ritratti mehuda kienu mibghuta lill-media elettronikament
ftit hin wara kull attività u gew ukoll ippubblikati fuq il-website
tad-Dipartiment.
Pubblikazzjonijiet
Bejn il-perijodu Settembru 2000 u Awissu 2001,
id-Dipartiment ippubblika 148 harga tal-Gazzetta tal-Gvern li jammontaw
ghal total ta’ 10,431 pagna. Gew ippubblikati wkoll zewg edizzjonijiet
ta’ Pajjizna, wahda fi Frar li kienet tittratta dwar il-Kunsilli
Lokali u l-ohra f’Lulju intitolata "L-Unjoni Ewropea u Int";
din l-edizzjoni, apparti li giet impustata lill-abbonati bhal ma jsir f’kull
harga, tqasmmet wkoll lil dawk kollha li zaru l-Padiljun ta’ Malta
fil-Fiera Internazzjonali.
Id-Dipartiment, bil-kollaborazzjoni ta’ l-Agenzija
Sedqa, ippubblika 60,000 fuljett ta’ 8 pagni intitolat
"L-Alkohol: xejn u qatt?" b’set ta’ mistoqsijiet u
twegibiet bil-Malti u bl-Ingliz dwar il-hsara li l-konsum bla kontroll
ta’ l-alkohol jista’ jaghmel lil bniedem skond ic-cirkostanzi
partikolari tieghu. Il-fuljetti tqassmu fl-Università, fl-iskejjel u
centri ffrekwentati miz-zghazagh, Kunsilli Lokali u postijiet ohra
pubblici. Il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ dan il-fuljett kienu
jaghmlu parti minn kampanja kontra l-abbuz mill-alkohol li ghaliha
d-Dipartiment ha hsieb jaghmel pubblicità dwarha anke permezz ta’
riklami li xxandru fuq l-istazzjonijiet lokali tat-televizjoni.
Lejn tmiem is-sena 2000, id-Dipartiment ghamel uzu
minn ritratti li ghandu fl-arkivji fotografici tieghu dwar postijiet
storici f’Malta, billi ppubblika Kalendarju ghas-sena 2001 bl-isem ta’
"Malta ta’ Dari". Il-Kalendarji tqassmu lill-Ministeri,
Dipartimenti tal-Gvern u agenziji taghhom u tpoggew ghal bejgh
lill-pubbliku ghal prezz nominali.
Fl-okkazjoni tal-Beatifikazzjoni ta’ Dun Gorg
Preca, id-Dipartiment utilizza filmat originali ta’ 16mm u twil madwar
20 minuta, li jinsab fl-arkivji awdjo-vizivi tieghu. Il-filmat, li juri
l-funeral ta’ Dun Gorg fl-1962 u li jaghti wkoll hjiel ta’ aspetti
differenti tal-hajja Maltija fis-snin sittin, kien ingibed mill-cameramen
tad-Dipartiment. Wara li gie konvertit ghal VHS, il-filmat tpogga
ghal bejgh lill-pubbliku. Din l-inizjattiva tidher li ntlaqghet tajjeb
ghax fi zmien qasir inbieghu ’l fuq minn 1,300 kopja.
Pubblikazzjonijiet tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni
Minn April li ghadda, id-Dipartiment firex
id-distribuzzjoni tal-pubblikazzjoni Malta Update ghal sitt
Missjonijiet Diplomatici Maltin barra minn pajjizna, biex b’hekk
in-numru ta’ Missjonijiet li jircievu din il-pubblikazzjoni tela’
ghal 20. Fl-istess hin, dan is-servizz gie estiz ghal 62 Konsulat Malti
f’artijiet barranin. Malta Update hija pubblikazzjoni ta’
kull tliet gimghat, mahruga u mibghuta mid-Dipartiment permezz ta’ l-e-mail
u tikkonsisti fi djarju ta’ ahbarijiet, flimkien ma’ taqsimiet dwar
ahbarijiet domestici, internazzjonali u ekonomici dwar Malta.
Elettronika
Matul is-sena, id-Dipartiment kompla investa f’xiri
u upgrading ta’ computers biex b’hekk jista’ jinghad
li prattikament, kull membru ta’ l-istaff ghandu l-apparat
adegwat ghax-xoghol tieghu. Fl-istess waqt, tkompla l-process ta’
tahrig fl-elettronika lil kull min kien jehtieglu skond il-kaz, b’mod
li issa ntlahqet il-mira ta’ 100% computer literacy ta’ l-istaff
kollu, minbarra l-messaggiera. Kull membru ta’ l-istaff
issa ghandu l-e-mail account tieghu. Dan ippermetta li tigi
intensifikata l-kultura ta’ l-uzu elettroniku li halliet rizultati
pozittivi tant li l-bicca l-kbira tal-komunikazzjoni interna u hafna
minn dik esterna, qed issir permezz ta’ l-e-mail.
Fl-istess waqt, gew introdotti sitt generic e-mail
accounts ghad-diversi sezzjonijiet tad-Dipartiment, fejn permezz
tal-website tad-Dipartiment, il-pubbliku jista’ jikkomunika
mas-sezzjoni koncernata u jitlob l-informazzjoni jew is-servizz li
jkollu bzonn. Ghalkemm l-akbar numru ta’ talbiet f’dan ir-rigward li
jlahhqu medja ta’ 3,000 fis-sena, jidhlu fuq info@gov.mt,
jidhlu wkoll talbiet fuq e-mail accounts ta’ sezzjonijiet ohra,
bhal ma huma dawk tal-fotografija u tal-bejgh ta’ pubblikazzjonijiet.
Issir enfasi ma’ kull min hu inkarigat minn kull generic address,
biex tintbaghat risposta fl-iqsar zmien possibbli.
Is-servizz ta’ l-Internett iddahhal f’kull
sezzjoni tad-Dipartiment.
Lejn process ta’ tigdid
Lejn tmiem is-sena 2000, il-Management Efficiency
Unit (MEU) gie mitlub jaghmel Strategic Review
tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni. Wara li r-rakkomandazzjonijiet li
hargu mir-rapport ta’ dan l-ezercizzju gew ezaminati, saru
l-konsultazzjonijiet mehtiega, u nghata bidu ghal process ta’ tigdid.
Dan ghandu jwassal biex id-Dipartiment jigi ristrutturat b’mod li jkun
jista’ jaqdi r-rwol tieghu kif jitolbu l-htigiet tal-prezent u
tal-futur.
Il-bidliet li se jkun hemm bzonn isiru, jridu jwasslu
biex b’mezzi moderni u effettivi, id-Dipartiment, filwaqt li jibqa’
jaqdi dawk l-funzjonijiet li ghadhom mehtiega, jiehu inizjattivi godda
li permezz taghhom jizviluppa lilu nnifsu f’centru pro-attiv ta’
informazzjoni.
Il-mira tad-Dipartiment hi li jwassal lill-pubbliku
taghrif aggornat, shih u attwali dwar policies, servizzi u
attivitajiet tal-Gvern kif ukoll dwar suggetti li huma ta’ interess
pubbliku u li jmexxi ‘l quddiem dehra xierqa tas-servizz pubbliku ta’
pajjizna.Huwa ttamat li dan il-Mission Statement li ghadu
kif gie mfassal mid-Dipartiment bhala wiehed mill-ewwel passi
fil-process ta’ tigdid, iservi ta’ gwida matul id-diversi fazijiet
ta’ bidla.
Stamperija tal-Gvern
L-attività principali ta’ l-Istamperija tal-Gvern
hija li tghin lid-Dipartimenti l-ohra fit-twettiq ta’ inizjattivi
godda tal-Gvern kif ukoll fix-xoghol normali taghhom ta’ kuljum f’dak
li jirrigwarda xoghol ta’ stampar. Hafna minn dan ix-xoghol ried
jitlesta fi zmien limitat u l-Istamperija dejjem wettqitu fil-hin
mitlub. Minbarra dan ix-xoghol, baqa’ jsir xoghol normali iehor,
bhall-istampar tal-Gazzetta tal-Gvern, Ligijiet, Supplimenti u
pubblikazzjonijiet ufficcjali ohra.
Laqghat tal-Management
Saru laqghat regolari ma’ membri ta’ l-istaff
fejn gew diskussi materji teknici b’mod partikolari kif tista’
tizdied il-produzzjoni.
Ittiehdu mizuri fil-pre-press biex jithaffef
ix-xoghol fil-Processing Section permezz ta’ introduzzjoni ta’
film li jista’ jigi stampat mill-laser printer.
Budget
Iz-zmien tal-Budget huwa zmien impenjattiv
hafna ghall-istamperija. Erba’ pubblikazzjonijiet (l-Economic
Survey, l-Estimi generali u d-Diskors tal-Ministru tal-Finanzi
bil-Malti u bl-Ingliz), iridu jigu stampati fi zmien 48 siegha. Fl-ahhar
gurnata, ix-xoghol jibqa’ sejjer lejl u nhar biex
il-pubblikazzjonijiet ikunu lesti fil-hin, l-ewwel ghal laqgha
tal-Ministru tal-Finanzi mal-gurnalisti u wara ghas-Seduta
tal-Parlament.
Elezzjonijiet ghall-Kunsilli Lokali
Fl-10 ta’ Marzu 2001 saru l-Elezzjonijiet
ghall-Kunsilli Lokali f’21 lokalità. Ix-xoghol ta’ stampar mehtieg
ghal dawn l-elezzjonijiet irid isir fi zmien limitat u l-istamperija
wettqet ix-xoghol kollu mitlub mill-Ufficcju Elettorali fil-hin.
Minbarra xoghol generali jkun mehtieg li jigu
ppubblikati diversi hargiet straordinarji tal-Gazzetta tal-Gvern.
L-ahhar wahda, u forsi l-aktar impenjattiva, tigi ppubblikata lejliet
l-Elezzjoni. Din il-harga trid issir fi zmien qasir u tkun tinkludi
l-lista ta’ votanti li jkunu marru jigbru d-Dokument tal-Votazzjoni
mill-Ufficcju Elettorali flimkien ma’ dettalji ta’ dawk id-Dokumenti
li ma jkunux ingabru.
Stock Control System
Giet imfassla sistema tal-computer biex
tikkontrolla l-uzu tal-karta fl-istamperija. Is-sistema se tkun
tiffunzjona bhala parti mill-Management Information System ta’
l-Istamperija.
Network fix-Shop Floor
Gew upgraded il-computers ta’
l-Amministrazzjoni kif ukoll tlesta x-xoghol biex in-network jigi
estiz fix-Shop Floor. Ix-xoghol sar mill-MITTS u mistenni li
jghin lill-Inspectors fit-tmexxija tas-Sezzjonijiet taht
il-harsien taghhom.
Print-on-Demand
Matul il-perijodu ta’ dan ir-rapport bdiet
tiffunzjona "Print-on-Demand" ghad-Dipartimenti
tal-Gvern. Permezz ta’ din il-facilità, certu xoghol ta’ stampar b’kulur
wiehed ikun jista’ jsir fi zmien qasir. Meta n-numru ta’ kopji jkun
anqas minn elfejn, id-Dipartiment jista’ jistenna x-xoghol jitlesta.
Installar ta’ makkinarju ghall-arja kondizzjonata
fix-Shop Floor
Meta l-istamperija giet trasferita ghall-Marsa, l-Unions
li jirrapprezentaw il-haddiema talbu biex il-parti tax-Shop Floor
tigi fornuta b’arja kondizzjonata minhabba li kienet qed tigi
registrata temperatura gholja b’detriment ghas-sahha tal-haddiema. Din
is-shana kienet qieghda wkoll tohloq problemi fil-process ta’
l-istampar, u wara sejha ghall-offerti gew installati sitt units
kummercjali biex il-problema giet eliminata.
Dipartiment tat-Tiftix ghaz-Zejt
L-Ghan u r-Responsabbiltà tad-Dipartiment
L-ghan ewlieni tad-Dipartiment tat-Tiftix ghaz-zejt
hu li jghin lill-Gvern isib iz-zejt f’inhawi li jaqghu taht
il-gurisdizzjoni ta’ Malta u jizgura li l-beneficcji socjo-ekonomici
li jgibu maghhom dawn l-iskoperti jkunu l-ahjar ghall-pajjiz. Biex
jintlahaq dan il-ghan id-Dipartiment jamministra u jimplimenta
d-despozizzjonijiet ta’ l-Att dwar Il-Produzzjoni tal-Pitrolju (Kap
156), l-Att dwar Il-Blata Kontinentali (Kap 194), Ir-Regolamenti ta’
l-1969 dwar Il-Produzzjoni tal-Pitrolju u dawk it-termini kollha li
ghandhom x’jaqsmu mat-tiftix u l-produzzjoni taz-zejt kif inhuma
mfassla fil-kuntratti mal-kumpanniji taz-zejt li l-Gvern jaghti minn
zmien ghal zmien. Ghaldaqstant id-Dipartiment jipprovdi servizz tekniku
u amministrattiv dwar negozjati, analizi u zamma ta’ l-informazzjoni
xjentifika, analizi ta’ termini kuntrattwali, harsien ta’ obbligi
kuntrattwali, promozzjonijiet u sorveljanza fuq il-blata kontinentali ta’
Malta. Id-Dipartiment jaghti wkoll pariri dwar htigiet ghal xi bidla
fil-ligi taz-zejt biex jizgura li t-tiftix u l-produzzjoni taz-zejt f’Malta
jkunu dejjem kummercjalment attrajenti u kompetittivi fis-suq
internazzjonali u konformi mal-process ta’ shubija ta’ Malta
fl-Unjoni Ewropea.
Hidma fit-Tielet Sena tal-Legislatura
Fit-Tielet Sena ta’ din il-Legislatura, il-Gvern
kompla jaghti importanza kbira l-qasam tat-tiftix ghaz-zejt kif kien
imwieghed fil-Programm Elettorali. Ghal dan il-ghan giet imfassla
l-hidma impenjattiva hawn taht imsemmija:
(a) jigu aggornati r-Regolamenti ghat-tiftix
taz-zejt biex jaqdu ahjar il-htigiet tal-lum u biex ikunu konformi
mal-process ta’ shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea;
(b) jitkomplew diskussjonijiet u negozjati ma’
kumpanniji taz-zejt biex jinvestu fit-tiftix ghaz-zejt f’Malta;
(c) isir gbir ta’ informazzjoni geofizika u
geologika gdida f’ibhra Maltin biex issir kampanja gdida
ghall-ghotja ta’ licenzi;
(d) jigu mharsa d-drittijiet sovrani ta’ Malta
fuq il-blata kontinentali billi ssir ghassa ghal xi tiftix ghaz-zejt
mhux awtorizzat.
Kisbiet matul it-Tielet Sena
Id-Dipartiment irnexxielu jwettaq il-bicca l-kbira ta’
din il-hidma u kiseb il-parti l-kbira tar-rizultati mixtieqa. Dawn huma
mnizzla hawn taht fl-istess ordni:
(a) Regolamenti godda dwar it-tiftix ghaz-zejt f’Malta
gew ippreparati biex jaqdu ahjar il-htigiet tal-lum u kif ukoll ikunu
konformi mal-process ta’ shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Dawn
ir-Regolamenti godda ghandhom jigu fis-sehh sa l-ahhar ta’ l-2001.
(b) Intlahaq ftehim ma’ konsorzju mmexxi minn kumpannija taz-zejt
Awstraljana, Pancontinental Oil & Gas NL, biex isir tiftix
ghaz-zejt f’medded ta’ bahar maghrufa bhala "Area 5" u
Blokka 3 ta’ "Area 4" fil-Lbic ta’ Malta. Il-kuntratt,
li gie ffirmat f’Lulju, jipprovdi ghal stharrig sizmiku u xoghol
iehor geologiku u jista’ jigi maqlub fi Production Sharing
Contract biex jithaffer bir.
Hardman Resources NL ghamlet stharrig
sizmiku ta’ madwar 1000 kilometru f’Blokok 4 u 5 ta’ "Area
3" fil-Lvant ta’ Malta u l-kuntratt gie estiz biex il-kumpanija
tkun tista’ tkompli x-xoghol taghha. Ir-rizultat ta’ l-istharrig
kompla sahhah il-potenzjal taz-zona u ser jintuza biex jintaghzel post
fejn jista’ jithaffer bir.
Tkomplew diskussjonijiet ma’ kumpannija taz-zejt
biex jithaffer bir fil-bahar taht forma ta’ Production Sharing
Contract. Id-diskusjonijiet intemmu u l-ftehim mistenni jigi
ffirmat fil-gejjieni qrib.
Tkomplew diskussjonijiet ma’ kumpannija taz-zejt
dwar progett ta’ tqeghid ta’ pajp tal-gas li mistenni jghaddi fuq
il-blata kontinentali ta’ Malta. Id-diskussjonijiet komplew
jittrattaw id-drittijiet ta’ Malta kif inhuma provduti taht il-ligi
internazzjonali, kif ukoll xi beneficcji li Malta tista’ takkwista
minn dan il-progett. It-tahdidiet ghadhom sejrin.
(c) Sar stharrig sizmiku kbir fl-ibhra madwar Malta
biex tkun tista’ ssir kampanja gdida ghall-ghotja ta’ licenzi
godda. Ix-xoghol sar minn wiehed mill-akbar kuntratturi f’dan
il-qasam u ngabru madwar 8,000 kilometru ta’ linji bl-aktar
strumenti sofistikati li jinsabu fis-suq. Ir-rizultat ta’ dan
l-istharrig gie pprezentat lill-kumpanniji taz-zejt f’zewg seminars
internazzjonali. Sejha ghall-applikazzjonijiet ghal-licenzi mistennija
tohrog sa l-ahhar ta’ 2001.
(d) hidmiet ohra li twettqu kienu ta’ rutina,
fosthom, il-harsien tal-blata kontinentali ta’ Malta minn xoghol
mhux awtorizzat mill-Gvern Malti. Minkejja attentati, l-ebda
kumpannija ma thalliet taghmel xoghol bhal dan.
Direttorat ghall-Politika Regjonali
Id-Direttorat ghall-Politika Regjonali fl-Ufficcju
tal-Prim Ministru twaqqaf fl-ewwel nofs tas-sena 2001. Matul dawn
l-ahhar sitt xhur, il-funzjonijiet ewlenin tad-direttorat kienu
l-amministrazzjoni tal-pre-accession funds ta’ l-Unjoni Ewropea,
kif ukoll il-koordinament tax-xoghol fuq dak kollu li ghandu x’jaqsam
ma’ Kapitlu 21 tal-Acquis Communautaire.
Il-pre-accession funds ta’ l-Unjoni Ewropea
Id-Direttorat ghall-Politika Regjonali gie moghti
r-rwol ta’ National Aid Co-ordinator. Dan gie kkomunikat
lill-Kummissjoni Ewropea mill-Ambaxxata Maltija fi Brussel fit-8 ta’
Gunju 2001.
F’dan il-perjodu d-direttorat kien responsabbli li
jsegwi mill-qrib l-implimentazjoni tal- progetti taht ir-raba protokoll
finanzjarju u l-programmi nazzjonali tas-sena 2000 u 2001 u l-ippjanar
tal-programm 2002. Il-programm tas-sena 2000 jinkludi progetti
fl-oqsma ta’ l-ambjent, agrikultura, dwana u taxxa, statistika,
sigurta’ marittima, sorveljanza fis-suq u partecipazzjoni
fil-programmi Socrates, Leonardo u Youth for Europe. Il-progett
ta’ l-agrikultura ser jigi mplimentat permezz ta’ twinning.
Il-Memorandum Finanzjarju ghall-progetti taht
il-programm nazzjonali ghas-sena 2001gie ffirmat f’Lulju 2001
u issa il-preparamenti ghall-implimentazzjoni ta’ dawn il-progetti
jinsabu fi stadju avvanzat. Il-progetti jkopru dawn l-oqsma: sahha u
sigurta’ fuq il-post tax-xoghol, it-tishih ta’ l-Awtorita’ Maltija
dwar Standards, statistika, programm preparatorju specjali
ghall-fondi strutturali, dwana u taxxa (it-tieni fazi), kontroll ta’
fruntieri u asylum u partecipazzjoni fil-programmi edukattivi.
Tlieta minn dawn il-progetti ser jigu mplimentati bl-ghajnuna ta’ twinnings
ma’ pajjizi membri ta’ l-U.E.
Fil-qasam tal-politika regjonali giet maghzula
l-proposta tal-Gvern Spanjol ghal perjodu ta’ tnax-il xahar sabiex
tinghata ghajnuna teknika lid-direttorat u lill-ministeri l-ohra li
ghandhom x’jaqsmu mal-Kapitlu 21 ta’ l-Acquis Communautaire
biex dawn ikunu lesti li jimplimentaw il-fondi strutturali meta Malta
ssir membru ta’ l-U.E.
F’Lulju d-direttorat beda bil-preparamenti
ghall-programm 2002. Bhalissa qed tigi evalwata lista ta’ progetti li
jistghu jigu ffinanzjati mill-pre-accession funds. Id-direttorat
qed jassisti lill-ministeri fit-thejjija tad-dokumenti rilevanti.
Sessjonijiet ta’ tahrig gew imfassla ghal dawk
l-ufficjali responsabbli mill-progetti fi hdan il-ministeri differenti.
Tahrig fuq project management kif ukoll fuq proceduri ta’
kuntratti (skond ir-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropea), kien ko-ordinat
minn dan id-direttorat.
Id-direttorat huwa responsabbli wkoll
ghall-ko-ordinament ta’ l-attivitajiet tat-Technical Assistance
Information Exchange Office (TAIEX). Dan jinkludi l-ipprocessar ta’
applikazzjonijiet kif ukoll l-approvazzjoni ta’ fondi ghal dawn
l-attivitajiet, taht ir-raba protokoll finanzjarju bejn Malta u
l-Unjoni, MLT004/99.
Xoghol relatat ma’ Kapitlu 21 ta’ l-Acquis
Communautaire
Id-Direttorat ghall-Politika Regjonali huwa
responsabbli mill-Kapitlu 21 tal-Acquis Communautaire. Dan
il-qasam jinkludi preparazzjoni tan-Negotiating Position Paper kif
wkoll it-thejjija ta’ twegibiet ghall-pozizzjoni komuni ta’ l-Unjoni
Ewropea.
Id-direttorat ghandu wkoll il-kompitu li jsegwi
l-izvilupp fir-regoli u direttivi taht il-Kapitlu 21. Dan isir permezz
ta’ Progess Editor Database Software ipprovdut mill-Ufficcju
tat-TAIEX.
Fit-tielet gimgha ta’ Gunju, delegazzjoni
mid-Direttorat Generali tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli
mill-politika regjonali zaru Malta. Saru diversi laqghat fi hdan
l-Ufficcju tal-Prim Ministru kif ukoll mal-ministeri koncernati
(Servizzi Ekonomici, Finanzi, Politika Socjali, Agrikoltura, Ambjent u
Transport u Komunikazzjoni).
Rapport dwar it-tieni forum fuq il-politika ta’
koezjoni gie kkompilat mid-direttur ta’ dan id-direttorat wara li
delegazzjoni Maltija attendiet din il-laqgha fi Brussel.
Fir-rigward tal-Kumitat Interministerjali, regoli ta’
procedura u terms of reference ta’ kif mistenni jiffunzjona
l-Kumitat Interministerjali qed jigu mfassla mid-direttorat.
Qed isiru thejjijiet biex id-direttorat jimpjega
in-nies mehtiega. L-ufficini bdew jintuzaw mit-tieni gimgha ta’ Gunju
2001. Inxtara t-taghmir biex l-ufficcju jkun jista’ jiffunzjona.
Il-progett ta’ twinning li mistenni jibda f’Jannar
2002 ser jipprovdi tahrig ghall-ufficjali tad-direttorat.
Forzi Armati ta’ Malta
Ir-rwol principali tal-Forzi Armati ta’ Malta huwa
dak tad-difiza li jinkludi s-sigurtà esterna u l-integrità tal-Gzejjer
Maltin waqt zmien ta’ paci kif wkoll fi krizijiet. Jezisti rwol
sekondarju li jkopri l-assistenza militari lid-Dipartimenti tal-Gvern u
lill-Pulizija.
Biex jitwettqu dawn ir-rwolijiet b’efficjenza,
matul il-perjodu Settembru 2000 – Awissu 2001 il-Forzi Armati ta’
Malta mbarkaw fuq diversi programmi u inizjattivi. Dawn kienu mmirati
lejn it-twettiq tal-programm elettorali dwar il-Forzi Armati kif wkoll
il-partecipazzjoni tal-Forzi Armati fl-inizjattiva ta’ l-UE maghrufa
bhala r-Rapid Reaction Force.
Il-progress li nkiseb f’dan ir-rigward huwa muri
fil-paragrafi li gejjin.
Partecipazzjoni fir-Rapid Reaction Force ta’
l-UE
Fil-bidu tal-perjodu msemmi, gie deciz mill-Gvern li
Malta ghandha tippartecipa fir-Rapid Reaction Force ta’ l-UE.
Wara li s-suggett gie approvat mill-Kabinett, il-Ministru ta’
l-Affarijiet Barranin, bhala rapprezentant tal-Prim Ministru, mexxa
delegazzjoni ghal-laqgha tal-Ministri tad-Difiza tal-membri ta’ l-UE u
l-membri kandidati. Waqt din il-laqgha Malta weghdet li tipprovdi
Platoon ta’ tletin suldat u Headquarters zghir ta’ erbgha
minn nies ohra, biex jippartecipaw f’missjonijiet umanitarji flimkien
mal-Forzi Armati Taljani fi hdan ir-Rapid Reaction Force.
Wara din il-laqgha, delegazzjoni tal-FAM marret Ruma
fi Frar li ghadda fejn iltaqghet ma’ l-oghla awtoritajiet militari
Taljani. Din il-laqgha serviet biex jigi deciz kif kien se jigi ntegrat
il-platoon Malti fil-Forzi Taljani li se jifformaw parti mir-Rapid
Reaction Force.
Laqgha ohra tal-Ministri tad-Difiza ta’ l-UE li
kienet miftuha ghall-pajjizi kandidati, saret fil-21 ta’ Mejju 2001 u
li ghaliha attenda l-Prim Ministru.
Bhala rizultat ta’ din il-laqgha gie ffurmat
il-Kumitat Militari ta’ l-UE u Malta giet mistiedna biex tattendi
laqghat ta’ dan il-Kumitat. Fil-fatt, saru zewg laqghat separati f’Gunju
li ghadda fi Brussel li ghalihom attenda d-Deputat Kmandant li nhatar
bhala Interlokutur ghall-Kumitat Militari, u s-CFSP (Common Foreign
and Security Policy) Attache’ li nhatar bhala l-point-of-contact
fi Brussel.
L-Armata tibbenefika mill-allokazzjoni sostanzjali ta’
fondi mill-Gvern Amerikan taht is-"Security Assistance Programme."
F’Novembru 2000, l-Istati Uniti tal-Amerika allokat
ammont sostanzjali ta’ rizorsi ghal programm ta’ kooperazzjoni
ghall-prevenzjoni ta’ trasbord ta’ narkotici, armamenti ta’ qirda
tal-massa u materjal illegali iehor, kif ukoll kooperazzjoni f’dak li
huma operazzjonijiet ta’ tiftix u salvatagg, li minnha ser
jibbenifikaw ukoll il-Forzi Armati ta’ Malta. Il-Forzi Armati, b’rizultat
ta’ din l-ghajnuna mill-gvern Amerikan, qed jahdmu fuq pjan li jigi
zviluppat centru f’pajjizna ta’ tiftix u salvatagg ta’ livell
dinji.
Zjara ta’ Delegazzjoni mill-Armata ta’
Liberazzjoni tal-Poplu Ciniz.
Wara n-nomina ta’ Attachè Militari Ciniz ghal
Malta, il-Kmandant tal-FAM stieden Delegazzjoni Militari Ciniza biex
izzur Malta. Dan sar bl-approvazzjoni tal-Kumitat tal-Forzi Armati, u
z-zjara saret fil-bidu ta’ Ottubru 2000. Id-delegazzjoni Ciniza kienet
immexxija mid-Deputat Kap ta’ l-Armata ta’ Liberazzjoni tal-Poplu
Ciniz u kienet tinkludi sitt membri. Waqt iz-zjara l-membri
tad-Delegazzjoni ltaqghu ma’ l-ET Il-President ta’ Malta, il-Prim
Ministru, l-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, u kellhom laqghat
mal-Kmandant tal-FAM.
Waqt din iz-zjara, l-Kmandant tal-FAM kien mistieden
izur ic-Cina. Fil-bidu ta’ Gunju 2001, il-Kmandant tal-FAM zar ic-Cina
fejn kellu laqghat ma l-oghla awtoritajiet militari kif ukoll zar
diversi bazijiet. Waqt il-laqgha li kellu mal-Kmandant ta’ l-Armata ta’
Liberazzjoni tal-Poplu Ciniz, il-Kmadnant tal-FAM iffirma ftehim li bih
ic-Cina ser taghti ghotja ta’ kemm jiswew Lm150,000 f’apparat
militari.
Partecipazzjoni ta’ Ufficjali f’Ispezzjonijiet ta’
l-Organizzazzjoni ghas-Sigurtà u Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE)
Matul is-sena, kien hemm tliet darbiet fejn l-OSCE