Noħolqu l-aħjar kundizzjonijiet fejn jitkattru l-impjiegi
"Dan il-Gvern holoq u zviluppa kundizzjonijiet ekonomici u socjali
biex il-Maltin isibu u jzommu x-xoghol li jixirqilhom skond il-hiliet
taghhom" tenna l-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika
Socjali, Lawrence Gonzi, waqt konferenza ta’ l-ahbarijiet li ffukat
fuq il-hidma tal-Gvern fil-qasam ta’ l-impjiegi. Huwa qal: "li l-Gvern
Nazzjonalista ghandu track record fil-qasam tal-impjiegi u dan jista
jigi kkonfermat mill-istatistika. Fuq kollox il-Gvern
qed jipprovdi l-aqwa
edukazzjoni u t-tahrig addattat, qed jigbed
investiment gdid, u jistimola l-holqien ta’ ekonomija aktar b'sahhitha.
Il-holqien tax-xoghol mhix il-hidma ta’ xi ministeru partikolari izda
hija l-missjoni tal-Gvern kollu" Il-konferenza ta' l-ahbarijiet
kienet indirizzata wkoll mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Louis Galea
mill-Ministru tal-Finanzi, John Dalli, mill-Ministru tat-Turizmu Michael
Refalo, mill-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici Josef Bonnici, u s-Segretarju
Parlamentari Edwin Vassallo.
Inhejju lill-Uliedna ghall-Futur
Kull Malti u Maltija jixtiequ li wliedhom jgawdu
kwalita' tal-hajja ahjar minn dik tal-lum. Ghalhekk kulhadd jifhem
tajjeb il-htiega li t-tfal ikunu mharrga tajjeb biex isibu dak l-impjieg
li jkun addattat ghalihom. L-edukazzjoni hija fattur krucjali biex
jintlahaq dan l-iskop.
Il-lum it-tfal Maltin ghandhom sistema edukattiva li
thejjihom ghall-isfidi tad-dinja tax-xoghol tal-futur. F’dawn l-ahhar
erba snin intefqu aktar minn Lm300 miljun fl-edukazzjoni. Din is-sena l-investiment
fl-edukazzjoni laħħqet Lm90 miljun. Skejjel ezistenti kienu
modernizzati u mghammra ahjar. Inghatat prijorita' lit-taghlim tat-teknologija
tal-kompjuter lit-tfal sa minn eta’ zghira. Fl-iskejjel primarji hemm
komputer ghal kull 7 t-tfal. Saret revizjoni shiha u dettaljata
tal-Kurrikulu Nazzjonali li fost affarijiet oħra jagħmel emfasi fuq
ir-rilevanza ta' l-edukazzjoni għad-dinja tax-xogħol u l-kunċett tal-'Learning
by Doing'. Twaqqaf mill-gdid il-Kullegg ghall-Arti, Xjenza u Teknologija
(MCAST) li jinkorpora fih sitt Istituti li joffru kwazi mitt kors
f'livelli differenti. Din is sena il-kulleġġ se jilqa fiħ ma' l-1,200
student ġdid biex b'hekk il-popolazzjoni fil-kulleġġ tkun ta' madwar
2,500. Illum l-Universita' qed tkompli taghti sehem f'livelli differenti
fil-preparazzjoni ta’ wliedna ghad-dinja tax-xoghol. Fl-Universita
hemm madwar 6,500 student full-time u madwar 1,700 student f'korsijiet
part-time.
Intejjbu il-prospetti ghall-futur permezz tat-tahrig
Il-Korporazzjoni ghax-Xoghol u Tahrig (ETC) giet
riorganizzata u saret aktar efficjenti. L-ETC il-lum qed tipprovdi
programmi ta' thejjija ghall-impjieg kif ukoll qeghda tharreg numru ta’persuni
f’hiliet godda u specifici skond il-htegijiet ta' l-innovazzjonijiet
teknologici fuq il-lant tax-xoghol. Matul is-sentejn li ghaddew il-Gvern
alloka madwar Lm2 miljuniizjedbiex l-ETC tizviluppa
skemi u programmi li bihom tharreg in-nies u ssib x-xoghol ghal dawk li
jridu jahdmu. F’dawn l-ahhar erba snin l-ETC sabet ix-xoghol
lill-aktar minn 9500- il persuna u tat
tahrig ‘l fuq minn 15,000 individwu bejn l-1998 u l-2002.
Hekk kif il-htegijiet tas-suq ta' l-impjiegi qed
jevolvu, l-ETC ghandha programmi specifici ghal dawk il-persuni li
jixtiequ jiksbu hiliet ohra (re-skilling) kif wkoll gew imnedija
programmi ta’ tahrig ghal dawk li jesperjenzaw diffikultajiet biex
isibu jew izommu l-impjieg taghhom. Is-servizzi u korsijiet tal-ETC u l-MCAST
huma relatati direttament ghal-bzonnnijiet reali fid-dinja tax-xoghol.
Ghaldaqstant, is-success ta’ dan il-Gvern fil-qasam ta’ l-impjiegi
jista jitkejjel mill-fatt li fi zminijiet ekonomici difficli zdiedu l-impjiegi
b’ 5000 u tnaqqas il-qghad. Dan wkoll fil-kuntest ta’ riformi kbar
li saru fit-Tarzna u f’numru ta’ azjendi privati.
L-Industrija tat-Turizmu u Divertiment
“Il-Maltin jafu li l-industrija tat-turizmu u tad-divertiment
se tkompli tkun sors ewlieni ta’ impjieg sostenibbli. Dan is-settur jehtieg
impjegati kkwalifikati u ta’ livell gholi. Ħafna zghazagh ifittxu
karriera f’dan il-qasam li fl-ahhar erba’ snin lahaq quccati godda
sew fl-ghadd ta’ turisti li zaruna u ta’ l-iljieli li damu fostna,
kif ukoll fl-ghadd ta’ haddiema jahdmu fil-lukandi u ristoranti.
Bhal f’setturi ohra fit-turizmu qed jinghata tahrig
specjalizzat u għalhekk il-Gvern waqqaf l-Istitut ghall-Istudji Turistici
(ITS), fejn iz-zghazagh Maltin isibu tahrig sa livell ta’ diploma. Il-hidma
f’dan l-Istitut kompliet tissahhah biex l-industrija u l-istudenti
jibbenefikaw aktar minn dan it-tahrig.
Il-politika tal-Gvern fit-turizmu tiffoka principalment fuq impenn
kontinwu ghal titjib tal-prodott u l-istabbilimenti tas-settur, li
jwassal ghal aktar opportunitajiet ta’ xoghol ghal nies imharrga
fis-snajja tat-turizmu.
L-Awtorità Maltija ghat-Turizmu tahdem biex tattira
turisti lejn il-gzejjer taghna u qed tizgura li jinghata dejjem servizz
ta’ kwalita’. Il-qagħda dhajfa ta’ l-ekonomija mondjali u t-tragedja
tal-11 ta’ Settembru kellhom impatt negattiv internazzjonali qawwi fuq
is-settur tat-turizmu u divertiment li ma setax ma jolqotniex ukoll. Is-settur
ihaddan rizorsi umani u finanzjarji b’sahhithom li ghenuh jeghleb id-diffikultajiet
li sa llum għadhom jahkmu uhud mill-kompetituri taghna.
Indikazzjoni cara ta’ dan hu l-ippjanar, it-twettiq
u l-investiment kbir f’ghadd ta’ progetti godda fil-qasam tat-turizmu.
Inkattru l-Kummerc Malti
F’dawn l-ahhar erba snin, kumpanniji kbar u zghar
sabu ambjent ahjar biex jinvestu, jikbruu u b’hekk jkomplu joholqu x-xoghol.
Il-Gvern ha hsieb li jwaqqaf strutturi godda li permezz taghhom zied u
tejjeb is-servizz lill-individwu li qieghed fin-negozju, kemm jekk
negozju kbir jew zghir, kif ukoll lis-self employed. Fi tlett snin
1999-2001 id-dhul medju tal-haddiema zdied bi Lm18 fil-giimgha, waqt li
fis-sentejn ta’ Gvern Laburista dan zdied biss b’ LM7. F’termini
reali, z-zieda kienet ta’ 13% mqabbla ma’ 3% ta’ Gvern Labrista.
Bejn l-1999 u l-2001, l-investiment fil-manifattura zdied b’ Lm150
miljun meta mqabbla ma Lm48 miljun ta’ Gvern Laburista.
L-Att il-gdid ghall-Promozzjoni tan-Negozju kien
inizjattiva ewlenija biex jinkuraggixxi u jhajjar lill-intraprizi Maltin
kollha. Dan l-att estenda il-beneficcji li qabel kienu miftuha biss ghal
dawk il-kumpanniji li jesportaw.
L-ghajnuna ghas-self employed u n-negozji z-zghar
inhasset l-aktar f’ezercizzji ta’ simplifikazzjoni ta’ burokrazija
li gew imwettqa minn diversi Ministeri. Proceduri godda fil-hrug
tal-licenzji tan-negozju wasslu biex f’dawn l-ahhar erba’ xhur
fit-Trade Licensing Unit biss, dahlu 867 applikazzjoni ghal-licenzji
tan-negozju, li minn dawn 457 huma talbiet ghal licenzji tan-negozji
godda.
L-investiment ta’ ‘l-fuq minn miljun lira fiz-zoni ndustrijali
tal-Handaq, l-Imriehel u Haz-Zebbug u l-quddiem b’investiment simili f’zoni
industrijali ohrajn, qed iwasslu biex jittejjbu l-kundizzjonijiet tax-xoghol
u titjieb l-efficjenza fis-servizz u l-manifattura ta’ dawk kollha li
jahdmu f’dawn iz-zoni industrijali.
Wara konsultazzjoni ma’ dawk li qeghdin jahdmu
fil-villagg ta’ l-artigjanat f’Ta’ Qali, il-Gvern applika
ghall-permess ta’ zvilupp ghal bini mill-gdid ta’ villagg ta’
artigjanat li ghandu jaghti spinta fil-qawmien mill-gdid fil-manifattura
u l-bejgh ta’ l-artigjanat Malti.
Ix-Xoghol f'Ekonomija Socjali aktar b'sahhitha
"Ekonomija nazzjonali soda u b'sahhitha toffri
opportunitajiet ta' impjiegi ghall-Maltin, kemm ghal issa kif ukoll
ghall-futur. Ghaldaqstant il-Gvern fassal mill-gdid il-ligijiet li
jirregolaw ix-xoghol u r-relazzjonijiet industrijali sabiex il-haddiema
Malti jkollu l-flessibilita’ u l-opportunita’ li jzomm ruhu aggornat
mal-htigijiet moderni tad-dinja tax-xoghol.
Dan il-Gvern, ser ikompli jaghti prijorita' ewlenija biex tkompli
tissahhah il-qaghda ekonomika ta’ Malta. "Hdimna u impenjajna
ruhna biex indawwru r-rotta li konna sibna erba snin ilu. Poggejna l-ekonomija
ta' Malta fuq sisien aktar b’sahhithom biex inbeghdu pajjizna
mit-theddid serju li konna qed naffaccjaw. Ghamilna dan, b'mod ghaqli u
realistiku billi sahhahna l-qafas tat-taghlim u t-tahrig, kattarna l-investiment,
ziedna l-fiducja fil-pajjiz u fina nfusna, hloqna aktar impiegi u
naqqasna l-qghad. " qal il-Vici Prim Ministru. "Fl-ahhar mill-ahhar,
ghalhekk dan il-Gvern qed jahdem u sahhah il-pajjiz, biex niggarantixxu
x-xoghol u kwalita’ ta’hajja gholja ghall-Maltin u l-Ghawdxin.