LAQGĦA TA’ KULL XAHAR
TAL-PRIM MINISTRU LAWRENCEGONZI MAL-MEDIA
Berġa
ta’ Kastilja
Is-Sibt 9 ta’ Ottubru 2004
Prim Ministru
Bonġu lill-kulħadd.Grazzi talli ġejtu dalgħodu għall-apuntament regolari tagħna
ta’ darba kull xahar. Naħseb illi mill-aħħar laqgħa li kellna,
kellna erba’ ġimgħat ta’ attivitajiet waħda
fuq oħra, ta’ inizjattivi differenti, din il-ġimgħa partikolari,
fl-aħħar ġimgħa kienet ġimgħa li nista’ niddeskriviha bħala
intensiva fuq il-livell ta’ relazzjonijiet ta’ pajjiżna mad-dinja
internazzjonali.
Bdiet din il-ġimgħa
effettivament fil-weekend li għadda
bil-viżita tal-President Rumen, li fiha ddiskutejna r-relazzjonijiet ta’
bejn iż-żewġ pajjiżi fuq livell bilaterali, però anki ddiskutejna
l-applikazzjoni tar-Rumanija għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Ġiet
segwita immedjatament dik il-viżita, bi żjara li jiena għamilt
fil-Libja li nista’ niddeskrivija wkoll bħala viżita intensiva ħafna,
laqgħa pjuttost twila, anzi aktar minn waħda però laqgħa uffiċjali,
l-oħrajn kienu fuq livell ta’ diskussjonijiet matul il-ġurnata, imma
laqgħa intensiva tiegħi mal-Prim Ministru Libjan u laqgħat oħra
bilaterali, bejn il-Ministru ta’ l-Intern Tonio Borg u l-eqwivalenti
tiegħu, u l-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin u l-eqwivalenti tiegħu
fil-Libja. Is-suġġetti ovvjament kienu dawk li jiena ddikjarajt
fil-pubbliku.
L-ewwelnett il-kwistjoni
tal-klandestini, l-immigrazzjoni illegali. Id-diskussjoni bejnietna dwar
kif nistgħu nikkooperaw iżjed għall-kontroll ta’ klandestini li
jitilqu mix-xtut Libjani, u kif nistgħu ngħinu lill-xulxin biex
nikkooperaw ħafna iżjed fuq il-livelli kollha ta’ sigurtà, livelli
uffiċjali fil-qasam tas-sigurtà. Kif ukoll diskussjonijiet illi huma għaddejin
mal-Gvern Taljan u ma’ l-Unjoni Ewropea fuq inizjattivi ta’ x’wieħed
jista’ jagħmel la darba imbagħad il-klandestini jinqabdu.
Irrid ngħid illi naħseb
illi hemm qbil bejn iż-żewġ naħat li din hija problema serja li
tinvolvi aspetti umanitarji sostanzjali, u li wieħed ma jistax
fis-soluzzjonijiet li jfittex jinsa li hemm individwi u persuni li għaddejin
minn
sitwazzjoni traġika. Però mill-banda l-oħra, wieħed ma jistax lanqas
ma jirrikonoxxi d-diffikultajiet illi ż-żewġ pajjiżi għandhom.
Malta
fil-każ tagħha s’issa l-kalkolu huwa li din qed tiswilna l-fuq
minn
miljun lira fis-sena bħala spiża biex inkopru l-aspetti kollha tagħha
din il-kwistjoni.Il-Libja
wkoll, irrid nirrikonoxxi dak li spjegali l-Prim-Ministru, għandha
problemi sostanzjali anki għaliex għandha fruntiera enormi, li hija l-fruntiera
li għandha x’taqsam mal-kosta li hija kosta twila ħafna, waħda
mill-itwal li għandna fil-pajjiżi, però għandha wkoll fruntiera ħafna
akbar u allura wieħed irid jirrikonoxxi d-diffikultajiet tagħhom.
Il-konklużjoni wieħed
jista’ jgħid, illi wasalna għaliha
minn
dak l-aspett kienet illi huwa neċessarju, anzi assolutament kruċjali,
li nkomplu nikooperaw bejnietna, li nkomplu niddiskutu fuq livell
tekniku l-aspetti prattiċi ta’ kontrolli iżjed, partikolarment
kontrolli ta’ xtut, illi nikkoordinaw ukoll ma’ l-inizjattivi li qed
jittieħdu mill-Unjoni Ewropea, ukoll mill-Gvern Taljan għaliex kollha
kemm aħna għandna tista’ tgħid l-istess interess. Jiena naħseb
nista’ niddeskrievi dik il-parti ta’ diskussjoni bħala waħda pożittiva
forwardlooking,
bl-intenzjoni bejnietna biex insibu soluzzjoni bejnietna, bejn
il-partijiet kollha, biex insibu s-soluzzjonijiet li hemm bżonn.Kienet diskussjoni importanti wkoll għaliex bis-saħħa tagħha
allura jiena stajt nidħol aktar fid-dettall fid-diskussjoni li kelli
aktar tard matul l-istess ġurnata, l-għada anzi, mal-President elett,
il-President li se jsir tal-Kummissjoni li huwa Barroso. Issa ngħid żewġ
kelmiet ukoll fuqha dik.
Mal-Gvern Libjan,
mal-Prim Ministru Libjan iddiskutejna wkoll fit-tul il-kwistjoni tal-visas
u kif nistgħu niffaċilitaw il-ħruġ tal-visas għan-negozjanti, l-investituri
Maltin illi huma interessati illi jesploraw possibiltajiet ġewwa l-Libja.U meta ngħid investituri Maltin anki dawk illi jkunu minn Malta,
jew qed jippreparaw li jaħdmu minn ġewwa l-Libja u allura biex jsegwu
l-proċeduri ta’ l-ħruġ tal-visas
b’mod illi nagħmluhom mill-aktar sempliċi, mill-aktar magħġġlin għaliex
l-investituri li huma interessati li jiftħu negozju, siegħa minn Malta
għall-Libja kif ukoll mill-Libja għal-Malta, naturalment waħda mill-aktar
affarijiet importanti hija l-faċilità li wieħed iġib visa,
partikolarment il-punt li x’jaqsam mal-ħruġ ta’ dawk li ngħidulhom
multiple visas.
Iddiskutejna fid-dettall
u hemm proposti ta’ bidliet fil-proċedura u ma nixtieqx nidħol fid-dettall,
u qbilna wkoll illi l-proposti li ddiskutejna jiġu esplorabbli
fil-livell tekniku bejn iż-żewġ pajjiżi. Minn naħa tagħna naħseb
illi għamilna pass importanti biex niffaċilitaw il-ħruġ tal-visa
min-naħa Maltija u l-ftuħ tal-konsulat il-ġdid ma kienx okkażjoni
biss ta’ ftuħ ta’
konsulat, jiġifieri ma kienitx dak l-exercise,
imma effettivament hija struttura ġdida illi tuża t-teknoloġija wkoll
biex mill-Libja stess lejn Malta tagħti l-informazzjoni malajr kemm
jista’ jkun fuq l-Internet u nkunu nistgħu nirrispondu malajr, nagħtu
clearance malajr fejn ikun
hemm ħruġ tal-Visa biex dik il-visa toħroġ bl-aktar mod effiċjenti.
Naħseb li anki hemmhekk għamilna
progress għalkemm irrid nistenna ftit, nittama li ma ndumux, ir-riżultat
ta’ l-eżami tekniku għall-proposti li aħna poġġejna fuq il-mejda
biex aħna niffaċilitaw il-proċess tal-ħruġ
tal-visa Libjana għal dik Maltija.
Il-laqgħa ma Al-Qadhafi
kienet laqgħa mhux biss kordjali imma laqgħa tajba ħafna, li fiha
huwa awgura suċċess lill-poplu Malti u għas-sħubija tagħna fl-Unjoni
Ewropea Iddiskutejna l-istess suġġetti, però mhux fid-dettall kif
iddiskutejt mal-Prim Ministru Libjan, jiġifieri erġajna tkellimna fuq
il-visa, erġajna tkellimna fuq il-klandestini. Awgurajna lil xulxin li
jkun hemm suċċess, l-iżviluppi illi għaddejin bħalissa
fil-Mediterran u l-iżviluppi pożittivi li hemm li wieħed jista’
jkompli jsaħħaħ għaliex stabbilità,paċi u żvilupp ekonomiku fir-reġjun jgawdi minnu kulħadd. Tgawdi
l-Libja, jgawdu l-pajjiżi l-oħrajn u ngawdu aħna bħala pajjiż ukoll,
tgawdi l-bqija tad-dinja, u allura dak huwa awgurju pożittiv min-naħa
ta’ kulħadd biex inkomplu naraw żviluppi f’dan is-sens.
L-indikazzjonijiet huma kollha pożittivi. Jien naħseb bħalissa
ġewwa l-Libja, għax ħassejt jien din l-atmosfera ta’ hekk ta’
interess internazzjonali bil-potenzjal kollu li l-Libja toffri fi ftuħ
il-ġdid illi qiegħed jirriżulta, u dan huwa sinjal pożittiv u huwa
sinjal pożittiv ħafna għalina l-Maltin, u rridu nkomplu aħna stess
nikkontribwixxu biex naraw dan il-progress jibqa’ għaddej.
Kienu dawn is-suġġetti
illi imbagħad eventwalment aktar tard fl-istess ġurnata ddiskutejt
mal-President Barroso, f’sagħtejn diskussjoni li firxet fuq diversi
suġġetti, jiġifieri l-aġenda bejnietna kienet miftuħa
sostanzjalment, però ridt ngħid li l-President Barroso bla dubju ta’
xejn, l-ewwelnett jirrikonoxxi l-kontribut li Malta qiegħda tagħti u
tista’ tkompli tagħti fil-livell ta’ l-Unjoni Ewropea biex ir-reġjun
tal-Mediterran jiżviluppa, biex nilħqu livelli ġodda ta’ stabbilità
ta’ żvilupp ekonomiku, żvilupp soċjali, li pajjiżna jista’ jkun
post ideali fejn ikun hawn l-interface
mal-kulturi l-oħrajn kollha li aħna jdawruna u li pajjiżna jista’
allura jagħti dan il-kontribut pożittiv u konkret.U l-President Barroso dan jirrikonoxxieħ bħalma jirrikonoxxi
wkoll illi fl-Unjoni Ewropea hemm pajjiżi kbar u hemm pajjiżi żgħar,
naturalment kulħadd għandu d-dimensjonijiet differenti tiegħu.
Però jirrikonoxxi li pajjiżna għalkemm l-iżgħar pajjiż minn fost
il-25 membru ta’ l-Unjoni Ewropea, pajjiżna wkoll għandu jiggwadanja,
għandu jirbaħ, għandu jibbenefika mis-sħubija tagħna fl-Unjoni
Ewropea, u allura l-Unjoni Ewropea għandha sservi bħala strument
importanti bħalma serviet għal pajjiżi oħrajn magħtul l-istorja
twila ta’ l-Unjoni Ewropea, strument importanti biex il-poplu tagħna
jagħmel qabża fil-kwalità tal-ħajja, biex nilħqu standards li huma standards
aktar għoljin fil-livelli tal-ħajja li aħna ngħixu, biex ikollna l-opportunitajiet
ta’ l-investiment, u biex nirċievu l-għajnuna mill-Unjoni Ewropea
minn diversi fondi li tpoġġi l-Unjoni Ewropea għad-dispozizzjoni
tal-pajjiżi differenti ħalli pajjiżna
jkun jista’ jimxi ’l quddiem.
Dwar l-immigrazzjoni
illegali, tkellimna wkoll u kien mill-aktar ċar il-President Barroso li
huwa konxju ħafna ta’ din il-problema tant hu hekk li hu stess
enfasizzali li din kienet ir-raġuni għaliex ried illi jinnomina
Kummissarju speċifikament li huwa l-Kummissarju Buttiglione, biex dan
is-suġġett jiġi indirizzat u jiġi indirizzat b’mod konkret u
b’mod koordinat.Huwa ċar
daqs il-kristall fl-opinjoni tiegħi, li l-President Barroso, f-isem
il-Kummissjoni l-ġdida li se jkun qed imexxi hu, f’din il-issue
se jkun qed ipoġġiha fost l-issues
l-oħrajn li huma ta’ importanza kbira.
Kif għedtilkom,
iddiskutejna diversi suġġetti oħrajn imma ma naħsibx li għandi għalfejn
noqgħod nidħol fid-dettalji kollha, diskussjoni twila ħafna.Però tkellimna wkoll dwar il-Kummissarju Joe Borg u esprimejna,
it-tnejn li aħna, is-sodisfazzjon illi anki l-ġurnata ta’ qabel kien
għadu kemm għadda mis-session
fejn jirrispondi anki għall-mistoqsijiet li jkunu għamlulu għar-rigward
ta’ kif jara l-funzjoni tiegħu bħala kummissarju fil-qasam
importanti illi għafdalu l-President Barroso, u bla dubju ta’ xejn
dik marret tajjeb ħafna.
Hemm potenzjal enormi,
hemmhekk naraw, it-tnejn li aħna, kemm jiena kif ukoll il-President
Barroso, rwol għal kummissarju Malti f’qasam li huwa relatat ma’
pajjiżna, l-qasam tal-baħar mill-aspetti kollha tiegħu huwa
minn
natura tiegħu marbut ma’ pajjizna. Bla dubju ta’ xejn hemmhekk
il-kummissarju Joe Borg jagħti l-kontribut tiegħu u se jagħti l-kontribut
tiegħu inkluż ukoll għax qed jagħti importanza kbira, il-President
Barroso qal li l-inkarigu li ta’ lil-Joe Borg biex hu imexxi task
force biex jara li l-politika Ewropea fil-qasam Marittimu tiġi
riveduta. Irrid ngħid li aktar tard il-bieraħ fil-fatt, jiena kelli
laqgħa ma Joe Borg separatament biex naġġornaw lill-xulxin dwar l-iżviluppi
minn
naħa
tiegħu u l-iżviluppi min-naħa tagħna u jidhirli li hemmhekk miexjin
u miexjin tajjeb.
Kellna żviluppi oħrajn
importanti ħafna matul dawn il-ġranet u naturalment huma żviluppi li
huma r-riżultat ta’ xhur twal intensi immens ta’ ħidma
minn
diversi Ministri, fosthom nista’ nsemmi l-Privatizzazzjoni, il-konklużjoni
tal-ftehim dwar il-Freeport,
illi huwa ftehim li ġie konkluż għas-sodisfazzjon tal-partijiet
kollha inkluż tal-Unions.
Nirringrazzja l-Unions illi
kienu lesti li jikkoperaw biex inkunu nistgħu naslu għal dan il-ftehim
li jien ma nistax niddeskrivieħ ħlief bħala importantissimu għaliex
jagħti garanzija illi l-Freeport
biex fil-kuntest tal-kompettitività qawwija li teżisti bħalissa fir-reġjun
fil-Mediterran, biex il-Freeport
ikun jista’ jikkompeti u jirbaħ din il-kompetizzjoni, u allura
jkompli jiżviluppa u jikber bħala kontribitur ewlieni għall-ekonomija
ta’ pajjiżna.Jiena
konvint illi l-ftehim intlaħaq u huwa ftehim li jtina din l-għodda
kollha.Issa sta għal ħaddiema
tagħna, sta għalina illi naraw li dan il-ftehim ikompli fil-Freeport
u l-investiment li se jsir u dan huwa punt ieħor pożittiv u nerġa
nirrepeti proċess ta’ konklużjoni ta’ xhur jekk mhux snin twalta’ negozjati illi finalment wasslu għall- mument ta’
sodisfazzjon.
Rajna wkoll il-konklużjoni
fil-weekend li għadda,
il-ftehim dwar it-trasport pubbliku. Il-formula
l-ġdida li aħna implimentajna hija formula
illi tikkonferma li tħallsu s-sussidji li huma miftehmin li jitħallsu
f’fażijiet differenti, fi stadji differenti, però biss u jekk l-Awtorità
dwar it-Trasport Pubbliku tkun qiegħda tiċċertifika illi l-miżuri li
huma miftehmin li jidħlu fis-seħħ ikunu effettivament daħlu fis-seħħ,
u hemm fażijiet differenti ta’ inizjattivi. Waħda minnhom
effettivament ġiet diġà implimentata u kien pożittivament għaliex
personalment konna qed naħsbu li se jidħlu żewġ rotot ġodda u
sinjal pożittiv, u dan irrid nirrikonoxxi għax fejn nikkritika,
nikkritika però imbagħad fejn irrid nirrikonoxxi, nirrikonoxxi wkoll.
Sinjal pożittiv li r-rappreżentanti tas-sidien tal-karozzi tal-linja
huma stess issuġġerew illi mhux biss jidħlu żewġ rotot ġodda, imma
ssuġġerew rotot oħrajn ġodda li ġew imħabbra, u jidher li hemm
il-possibiltà wkoll fost dawk, anki rotot iżjed
minn
hekk.
Dan ifisser servizz aħjar
għal konsumaturi u l-pubbliku huwa eżattament dan li jrid. Jiena
nirrikonoxxi illi l-ispejjeż biex tmexxi karozza tal-linja, tul is-snin
jinbidlu u jiżdiedu u aħna rridu naraw li dan is-servizz jingħata.Infakkar illi oriġinarjament fil-budget
ta’ din is-sena, kien maħsub li jkun hemm żieda fit-tariffi propju
biex it-trattament tajjeb għal żieda fis-sussidju, imma għat-titjib
ukoll għas-servizz pubbliku kollu. Jidhirli li jiena, il-Gvern dehrlu
li ma kellux jawtorizza ż-żieda fit-tariffi qabel ma nkunu rajna
b’idejna u qiegħdin inħossu, immissu t-titjib fil-kwalità
tas-servizz, u allura qbilna li nassorbu aħna bħala Gvern is-sussidju
li kien diġà miftiehem li jitħallas, però lill dan is-sussidju ma
naqbdux inħallsuħ hekk blank
cheque, mingħajr ma rajna t-tibdil implimentat, imma li naraw li jiġi
implimentat u nħallsu dak li aħna naħsbu li għandna nħallsu.Naħseb li hemmhekk għandna issa bidu ta’ triq ġdida għalina
illi jiena ngħid, għad fadlilna x’nimxu però nieħu
pjaċir li nirreġistra illi hemm l-buona
volonta, hemm l-intenzjoni.
Nenfasizza li dan huwa
ftehim temporanju mhux għad-diskussjonijiet tas-sustanza ta’ bidla
fil-kwalità tas-servizz pubbliku għal-perjodu ta’ żmien li jibda
mill-2005 sa 2009.Dawk id-diskussjonijiet
għad iridu jseħħu, imma
hekk irreġistrajna illi dak li għandu x’jaqsam mal-2004 u s-sussidju
li se jitħallsu għal 2004, se jitħallsu biss jekk u meta jkun hemm iċċertifikat
li jkunu daħlu l-bidliet li kellhom jidħlu.
Dwar il-Mater Dei,
kelmtejn ukoll fil-qosor dwar il-Mater Dei. Kien hemm rapporti li jiena
għamilt lill-Kabinett nhar it-Tnejn li għadda u l-pożizzjoni
tal-Gvern ġiet ikkonfermata, jiġifieri illi aħna qegħdin ninsistu
fuq pożizzjoni ma’ l-iSKANSKA illi tkun pożizzjoni li fiha aħna
nkunu rreġistrajna u kkonfermajna illi l-ispejjeż illi aħna nkunu se
nitħallsu għal-isptar Mater Dei, effettivament qed isiru b’mod ġustifikat,
b’mod illi jkun accountable u
b’mod li ma nkunux qed inħallsu għall-ineffiċjenzi u l-iżbalji ta’
ħaddieħor illi għandu jerfa’ ir-reponsabbiltà hu dak l-iżbalji jħallas
hu tagħhom.
L-eżerċizzju li aħna
għamilna u li issa ilu għaddej għal tul ta’ snin mhux ħazin,
identifika fejn aħna jidhrilna illi verament kien hemm bidliet fid-disinn
ta’ l-isptar illi aħna stess bħala Gvern awtorizzajna u jekk f’dak
il-każ la darba nkunu nafu li ż-żieda fl-ispiża hija ġustifikata, għaliex
ġejja minn bidliet li l-Gvern stess ried li jsiru biex itejjeb
il-kwalità ta’ l-isptar, allura dak wieħed irid jirrikonoxxieħ però
nistabilixxu dawn.Imma
affarijiet oħra illi fiż-żmien meta aħna ħadna d-deċiżjoni li nidħlu
għal-kuntratt, jiġifieri fis-sena mhux il-bidu nett imma għal-perjodu
1990-2000 meta ffirmajna l-aħħar kuntratt. Meta dakinhar ħadna ċertu
deċiżjonijiet ibbażati fuq eżerċizzju li kienu għamlu l-iSKANSKA,
li kien eżerċizzju li damu jaħdmu fuqu sentejn u li bis-saħħa tiegħu
tawna target value, jekk illum
jien qiegħed jirriżultani illi dak it-target
marru żmerċ fuqu jiena irrid nara r-responsabbiltà fejn qegħda u
jerfgħu r-responsabbiltà għal dawk l-iżbalji.
Tajjeb, jiena ma rrid
nisraq lill ħadd, li rrid li l-affarijiet jkunu ġusti, però rrid
spjegazzjonijiet u fejn l-ispjegazzjonijiet ma jingħatawx u ma jiġux aċċettati
minn
naħa
tal-Gvern, m’aħniex disposti li nħallsu. Il-pożizzjoni hija li
fil-livell tal-Kabinett id-deċiżjoni kienet illi aħna, jekk ma jintlaħaqx
dan il-ftehim, neżerċitaw il-poteri kollha li aħna għandna.Il-ftehim li għandna ma’ l-iSKANSKA li jinkludi kollox,
jinkludi li aħna nistgħu nitterminaw il-kuntratt u nieħdu over
il-management aħna. Nistgħu niftħu kawża u nżommu l-iSKANSKAresponsabbli. Hemm il-possibiltà taħt l-agreement
illi nirreferu l-każ lill-arbitraġġ, u dawn huma possibiltajiet
kollha illi aħna qegħdin miftuħin għalina u lesti li nidħlu għalihom
kollha kemm huma. Però d-deċiżjoni kienet illi naraw xi żviluppi
jista’ jkollna f’dawn il-ġranet, għaliex aħna għandna l-informazzjoni
li qed ikun hemm diskussjonijiet fil-livell ma’ sub-contractors illi m’għandhomx
x’jaqsmu mal-Gvern. Il-Gvern ma ftehimx ma’ sub contractors, il-Gvern ftiehem ma’ l-iSKANSKA.
Però hemm
diskussjonijiet għaddejin bejn l-iSKANSKA u s-sub-contractors
u affari tagħhom jaraw jekk jistgħux isiru soluzzjonijiet.Huma jaraw jekk ikunx hemm xi żviluppi u jekk m’hemmx jiena bi
ħsiebni nsejjaħ hawn
Malta
laqgħa ma’ l-ogħla uffiċjali ta’ l-iSKANSKA biex tittieħed id-deċiżjoni
finali dwar x’se jiġri.
Nirreġistra wkoll, l-aħħar
punt u imbagħad nieqaf hawn għall-mistoqsijiet. Jiena dejjem għidt,
illi bil-għaqal u bid-dedikazzjoni tal-ħaddiema li jaħdma billi
jtellaw il-produttivitàtagħhom,
it-Tarzna tista’ tasal f’mument fejn hi stess tkun tista’ tiftaħar,
mhux il-Gvern imma hi, tiftaħar u l-ħaddiema tagħhom jiftaħru illi għandom
post tax-xogħol li mhux qedjitlef
il-flus, li mhux qed jiddependi fuq is-sussidju tat-taxxi mill-poplu
Malti. Imma li jkun post tax-xogħol li jkun qed jopera, qed jaqla l-flus
u jimxi ’l quddiem. Għadna mexjin, tinsewx illi għar-ristrutturazzjoni
tat-Tarzna kien hemm pjan ta’ seba’ snin, jonqos 4 snin u nofs, 5
snin.
Irrid ngħid illi t-targets
stabbiliti qegħdin jintlaħqu u dan huwa sinjal pożittiv u l-fatt illi
ntrebħu kuntratti oħrajn importantissimi f’dawn l-aħħar ġranet,
juri illi t-Tarzna qiegħda tkun kompettitiva u qiegħda tiġbed lejha
sidien ta’ vapuri, sidien ta’ crusie-liners,
sidien ta’ oil-rigs illi qed
jirrikonoxxu illi fit-Tarzna ta’
Malta
jsir xogħol, u qed isir xogħol tajjeb u jsir xogħol fil-ħin. U
allura dik tfisser li qed nilħqu livelli ta’ kompetittività. Nerġa’
nirrepeti, biex ma noqogħdux ngħaġġlu, illi ma jfissirx illi wasalna,
imma jfisser illi dak li ppjanajna effettivament qiegħed bil-mod il-mod
jittratta u qed naslu biex nakkwistaw dawn ir-riżultati li aħna għadna
nakkwistaw.
Kelma żgħira żgħira.
Il-Gvern huwa preokkupat immens bil-prezzijiet taż-żejt. Mhux il-Gvern
Malti biss irid ngħid imma l-Gvernijiet kollha fid-dinja. Iċ-ċifra ta’
l-$53 għal kull barmil żejt tmisset ukoll u donnu r-ritmu jindika li
se tkompli tikber. Din hija ta’preokkupazzjoni
kbira ħafna u pajjiżna jrid jirrikonoxxi illi ma jistgħax jibqa’
jassorbi l-Gvern il-ħin kollu l-impatt ta’ din iż-żieda qawwija
fil-prezz taż-żejt, u allura se nkomplu naraw issa l-iżviluppi illi
qed iseħħu. S’issa
assorbejna l-maġġor parti ta’ dak l-impatt. Kull ma kien hemm, kien
hemm iċ-ċaqliqa stabbilit. Din mhux xi ħaġa fissa imma stabbilejna
illi għal dak li għandu x’jaqsam mal-prezz tad-diesel
u tal-petrol, il-prezz jaġġusta
ruħu skond is-suq u jimxi fil-proċedura normali.Però hi sitwazzjoni preokkupanti ħafna u filwaqt li jiena
dejjem sostnejt li għandna sinjali pożittivi ta’ l-ekonomija tagħna
li qed tirkupra bil-mod il-mod li qegħdin nimxu u nġibu r-riżultati għar-ristrutturazzjoni
li aħna għaddejjin biha, però l-iżviluppi f’dak li għandu
x’jaqsam mal-prezz taż-żejt jistgħu effettivament jikkrejaw
problemi sostanzjalment li rridu nkunu konxji tagħhom.
Se nieqaf hawn u
nistedinkom għall-mistoqsijiet. Issa jekk jogħġobkom bħas-soltu,
mistoqsija waħda għal kull ġurnalist, imma nippruvaw nagħmlu aktar
minnround wieħed, u jien nipprova
ma ntawwalx.
Karl Stagno Navarra – Maltarightnow.com
Nista’ nagħmillek
tlieta f’daqqa? Appropositu tal-laqgħat tiegħek li kellek fi Tripli,
kien hemm xi forma ta’ negozjati mal-Gvern Libjan bl-iskop li l-Gvern
Malti jkun jista’ jirripatrija lill-immigranti, kif qed jagħmel l-Italja?
Prim Ministru
Iva, tkellimna wkoll
fuqha din il-kwistjoni, u naturalment il-Gvern Libjan għandu l-preokupazzjonijiet
tiegħu fis-sens illi ma jaċċettax illi wieħed jaqbad u jibgħat
effettivament lil kulħadd lura l-Libja, ħlief naturalment ta’
nazzjonalità Libjana.Però
hemm diskussjonijiet u rrid ngħid li ilhom li bdew biex ma nagħtikomx
informazzjoni ħażina.
Id-diskussjonijiet mal-Gvern
Libjan dwar ftehim bejn iż-żewġ pajjiżi għar-rinpatriju għar-rigward
tal-klandestini li jkun jirriżulta li telqu mill-ibħra jew mill-kosta Libjana, dawk id-diskussjonijiet ilhom għaddejjin,
u hemm abbozz ta’ ftehim illi qed jiġi kkunsidrat miż-żewġ naħat
biex naraw jekk nistgħux nimplimentawh.Għadna ma kkonkludejniex fuqu però għalhekk meta għidt
diskussjonijiet fuq livelli tekniċi jiġifieri jridu jitkomplew, dan li
kont qed infisser illi għad hemm aspetti partikolari illi għad iridu
jiġu diskussi bejn iż-żewġ naħat. Però għad s’issa m’hemmx
ftehim li bih hemm qbil bejn iż-żewġ naħat li awtomatikament aħna
nirripatrijaw lil xi ħadd illi jkun qed jirriżultana litelaq mill-kosta Libjana, għalkemm
it-target tagħna huwa li naslu kważi s’hemm, irrid ngħid illi t-target
huwa li naslu għall-istess ftehim kif intlaħaq mal-Gvern Taljan.
Glenn Beddingfield – One News
Dwar it-target value
li għamillek SKANSKA, x’inhu dan it-target
value? U inti bħala Gvern kemm ħa tkun lest illi tħallas
finalment fuq dan il-proġett?U
t-tieni mistoqsija dwar il-każ tat-tifel tiegħek jekk għandekx
kuxjenza safja bl-istqarrija, bl-ispjegazzjoni li ngħatat il-bieraħ
mid-DOI.Jiġifieri komdu
biha, kuntent?
Prim Ministru
It-target value li kienu tawna l-iSKANSA, kien ta’ 87 miljun lira, li
ma jinkludix, biex inkunu ċari, għax hawnhekk dejjem ikun hemm misunderstandings,
jiġifieri dan ma jfissirx illi l-isptar jiswa 87 miljun lira. L-isptar
jiswa ħafna iżjed
minn
hekk għaliex inti fl-isptar m’għandekx
biss il-bini.Iċ-ċifra ma
tinkludix l-ispejjeż għal makkinarju, għall-equipment,
ma tinkludix l-ispejjeż għal sistema ta’ I.T., ma tinkludix lanqas
il-fees li ġew stabbiliti għal
dak li għandu x’jaqsam mal-managementfees ta’ l-iSKANSKA stess
biex hi tkun tista’ topera u timmaniġġja l-proġett kollu kemm hu.Ma tinkludix diversi affarijiet oħrajn.
Jiġifieri meta nitkellmu fuq din iċ-ċifra ta’ 87 miljun lira, iċ-ċifra
tirrapreżenta il-kostruzzjoni flimkien mal-finishes
li kienu qegħdin jiġu pproġettati dak iż-żmien.Naturalment inkluż il-landscaping, il-car parking,
inkluż it-toroq illi fih dan il-proġett.
X’ġara.Dak it-target value tawhulna l-iSKANSKA stess.Nerġa’ nirrepeti, wara li għamlu eżerċizzju li dam għaddej
kważi sena u nofs, sentejn u li għalih ħallasna ammont sostanzjali ta’
flus u li fuqu ħadna deċiżjonijiet.In fatti rriżulta illi fil-kalkoli u fil- projected target value fuq diversi items ta’ l-iSKANSKA, il-prezz finali ta’ dawn l-items
se jaqbeż sostanzjalment dak li kienu pproġettaw dak iż-żmien.
Nagħti eżempju, illi għal dak li għandu x’jaqsam mat-toroq, it-toroq
ta’ madwar l-isptar bil-car
parking space.Qed
insemmi dan għax dan hu eżempju li ħadd ma jista’ jgħidli imma għax
ġew it-tobba u talbuna standards għolja.It-toroq huma t-toroq, il-pjanti baqgħu l-istess, l-istess triq
ma nbidlet xejn u kollox baqa’ effettivament l-istess.Jekk dak iż-żmien kien ipproġettat illi fit-triq, u dan ix-xogħol
kollu kellu jiswa mal-1.9 miljun lira li nkluż fih kien hemm ukoll l-internal
roads ta’ dik iċ-ċifra ta’ 1.9 miljun lira, effettivament
il-valur ta’ l-internal roads fil-projected target value kien indikat bħala 270,000 lira.Sussegwentement irriżultalna li l-valur ta’ l-internal
roads kien se jitla’ għal 1.6 miljun.Issa jiena ħadd ma jista’ jikkonvinċini b’dan l-iżball ta’
dan it-tip.Ma jistax ikun
illi meta aħna ħadna d-deċiżjoni, illi mhux bil-kuntratt id-deċiżjoni,
jiġi xi ħadd u jgħidli il-valur tat-toroq se jkun b’kollox 1.9
miljun, fil-1.9 miljun hemm 270,000 valur ta’ l-internal roads u mbagħad niskopru li l-valur ta’ l-internal
roads se jiswa mhux 270,000 imma se jiswa 1.6 miljun.
Dak huwa eżempju wieħed imma ma jidhirlix illi f’dan l-istadju għandi
nidħol f’aktar dettal ta’ affarijiet illi qegħdin ikunu suġġett
tad-diskussjoni.
Glenn Beddingfield – One News
Rigward kemm il-Gvern lest li jħallas?
Prim Ministru
Dak inkunu nistgħu nagħtu indikazzjonijiet meta jkun hemm il-mument
opportun. Mhiniex beħsiebni nagħmel pjaċir lill-iSKANSKA billi nagħti
informazzjoni illi effettivament tivvantaġja lill-iSKANSKA.
U ħa nagħmilha ċara, ħa norbotha ma’ din il-mistoqsija għaliex
inti għamiltli żewġ mistoqsijiet illi huma marbutin ma’ xulxin, għax
jiena nsibha stramba, ħafna stramba mhux ftit, illi għaliex qed nieħu
pożizzjoni iebsa u rrid insolvi din il-problema, f’daqqa waħda,
f’temp ta’ ġimgħa, fl-istess mument, għax kulħadd għandu għajnejh
f’wiċċu u kulħadd għandu moħħ illi jirraġuna.Imma b’kumbinazzjoni, Alla jbierek, mela l-istorja ta’ Paul
Camilleri, li huwa kuġin tiegħi, perit magħruf, illum chairman
tal-Fondazzjoni ta’ l-FMS
, innominat erba’ snin ilu fis-sena 2000.Alla jbierek, wara erba’ snin xi ħadd jinduna illi Paul
Camilleri huwa l-kuġin tiegħi.Qatt
ma qamet din il-kwestjoni imma l-Oppożizzjoni ndunat li Paul Camilleri
huwa prim-kuġin tiegħi proprju fil-ġimgħa meta jiena qiegħed
ninnegozja, jiena ħassart jew waqqaft in-negozjati ma’ l-iSKANSKA,
bir-rispett kollu!
L-istess ħaġa fuq l-avukat Richard Camilleri li kulħadd jirrikonixxi huwa
wieħed mill-iktar avukati kapaċi u li jista’ jagħtina l-pariri li għandna
bżonn f’dan il-mument kruċjali u l-istess isir l-attakk fuq Richard
Camilleri.Li Alla jbierek
membri fl-Opożizzjoni stess iċemplulu u jgħidulu skużani ta.
Issa daħal it-tifel tiegħi ukoll, f’din l-istess ġimgħa.
Jiena nistaqsi, imma x’inhi l-aġenda u naħseb mhux jien biss nistaqsiha.Imma ħa nirrispondi fuq it-tifel tiegħi.Fl-2001, għall-informazzjoni ta’ kulħadd, kien għadu student
fir-raba’ sena tal-kors tal-liġi.Fis-sena 2002 iggradwa.Fis-sena
2003, kien qiegħed l-Ingilterra jistudja għall-Masters.Issa l-mod kif saret news, Alla jbierek in-news tas-Super
One, implikat li t-tifel tiegħi sa mis-sena 2001 kien qiegħed jirċievi
xi pagamenti talli qed jagħmel xi translations.Nerġa’ nirrepeti dak li qal it-tifel tiegħi, illi hu ggradwa
b’Masters, mertu tiegħu u
ta’ ħadd iżjed, mill-Ingilterra, f’suġġett illi għandu
x’jaqsam mal-Komunikazzjoni.
Imma dik ħalliha, mhux relevanti.Effettivament
fil-bidu ta’ din is-sena huwa ngħaqad ma’ grupp ta’ avukati oħrajn
illi, kienu ilhom jagħmlu xogħol mis-snin ta’ qabel ta’ translation,
bħal ma hemm lista twila ħafna ta’ avukati oħrajn illi ġejjin minn kampijiet differenti ta’
politika u familjari u kuġini u aħwa u ma nafx xiex ta’ ma nafx kemm
nies oħra.Imma t-tifel
tiegħi, Alla jbierek, f’dan il-mument, joħroġ jispikka.Ma ġara xejn.Dan
huwa s-salib illi rridu nġorru, milli jidher, aħna l-politiċi meta
nagħmlu l-politika hawn Malta.Ma nistax nifhem għaliex, imma donnu hekk irid isir f’dan
il-pajjiż.U ngħaqad ma’
dawk it-tliet avukati u rrid ngħidilkom xi ħaġa li forsi ma ntqalitx,
hu li din l-istess ditta ta’ avukati rebħet kuntratt ta’ translation
mill-UE.U nispera li ħadd
mhu se jiġi jgħid issa li rebħet il-kuntratt għaliex dan huwa t-tifel
tal-Prim Ministru ta’ Malta, għax allura vera nkunu qegħdin
nesaġeraw.
Jiena nagħmel dan l-appell.Ma
ġara xejn.Meta tidħol għall-politika taċċetta li trid tkun accountable u miegħek sfortunatament tidħol il-familja.Ma niddejjaqx.Imma
hemm limitu, illi jiena jidhirli m’għandux jinqabeż.Jiena naħseb li dawn l-affarijiet ma jagħmlux ġieħ lil ħadd,
ma jagħmlux ġieħ lil min jaqbad din it-tip ta’ strateġija u
b’kumbinazzjoni, nerġa’ nirrepeti, għax l-affarijiet ma jiġux
mix-xejn.L-agendas f’dan il-pajjiż, jien qed immisshom b’idejja, imma r-risposta
tiegħi ċara daqs il-kristall.Dawn
l-affarijiet mhux se jżommuni la lili u lanqas lill-Ministri oħrajn
f’dan il-Gvern illi nieħdu l-pożizzjonijiet li għandna nieħdu fl-interess
ta’ pajjiżna.Anke jekk
hawn min f’pajjiżna li ma jridniex nagħmlu hekk.
Victor Camilleri – Il-Mument
Meta f’April għażilt il-Kabinett tiegħek kien hemm ċertu xettiċiżmu li,
Prim Ministru u se żżomm il-kariga ta’ Ministru tal-Finanzi, issa
f’dawn is-sitt xhur x’impressjoni għandek, anke minħabba l-fatt
illi jidher li qed tidħol fid-dettal ta’ ċerti sitwazzjonijiet bħat-trasport
pubbliku, l-isptar Mater Dei eċċ.
Prim Ministru
Naħseb illi iktar ma jgħaddi żmien iktar nikkonferma li kienet deċiżjoni
tajba, tfisser illi l-Prim Ministru, għaliex huwa wkoll Ministru
tal-Finanzi, għandu wkoll f’idejh, għad-dispożizzjoni tiegħu, il-ħin
kollu, l-informazzjoni li hemm biex tgħin ħalli tiġi mfassla l-istrateġija,
l-prijoritajiet, biex nidħlu fid-dettal, biex ikollna l-istampa preċiża
f’idejna u jiena m’għandix dubju li kienet deċiżjoni għaqlija.
In fatti bħalissa għaddejjin b’mod, irrid ngħid intens, għall-preparazzjoni
tal-Budget għas-sena d-dieħla.Laqgħat għadhom għaddejjin, inkluż sal-bieraħ kelli laqgħa
preċiżament fuq hekk u nittama li fil-ġranet li ġejjin, il-ġimgħa
d-dieħla x’aktarx, se nkun qiegħed f’pożizzjoni li nsejjaħ wkoll
laqgħa oħra mal-Ministri biex bil-mod il-mod issa qegħdin naslu għall-proposti
konkreti tal-Budget tas-sena
d-dieħla, 2005, però f’kuntest ta’ politika, ta’ strateġija li
hija mifruxa fuq medda ta’ ħames snin. Qed inħarsu lejn pajjiżna
kif se jiżviluppa fil-ħames snin li ġejjin u allura se nibnu l-Budget
ta’ l-2005 b’dan il-ħsieb f’moħħna u se nkunu qegħdin
nipproponu miżuri illi se jkunu intenzjonati li jistimulaw u jixprunaw
l-ekonomija ta’ pajjiżna però anke diversi aspetti oħrajn.
Ir-risposta għall-mistoqsija hija illi sitt xhur wara li ħadt il-ġurament
tiegħi bħala Prim Ministru u nnominajt lili nnifsi bħala Ministru
tal-Finanzi, naħseb dik id-deċiżjoni kienet tajba u beħsiebni nibqa’
għaddej sakemm jasal il-mument illi jkun il-każ illi nieħu deċiżjoni
oħra.S’issa ma jihirx
illi dak huwa l-każ.
Antoinette Falzon – One News
Prim Ministru, fil-bidu tal-ġimgħa, jidhirli l-Ħadd, tkellimt dwar Mater
Dei, u semmejt oġġett partikolari li għidt li illi fuq il-karta
kien jiswa miljun lira u li issa jiġi jiswa ħafna iktar.Tista’ tagħtina informazzjoni għal xiex kont qed tirreferi?
Prim Ministru
Le, nista’, imma ma jidhirlix illi għandi nagħti iktar dettalji milli
tajt diġa’.Tajtkom eżempju
ieħor illum.Id-darba l-oħra
tajt eżempju u llum qed nagħti eżempju ieħor meta tajtkom iċ-ċifri
ħalli min għandu jieħu l-messaġġ jieħdu.Ma naħsibx li għandi nagħti iktar dettalji.Hemm lista twila ta’ affarijiet.
Karl Schembri – Malta
Financial & Business Times
Tista’ tgħidilna l-erba’ sulari li ħa jiġu kummerċjalizzati
f’Brussell hux se titħallas taxxa fuqhom mill-Gvern Malti?
Prim Ministru
Iva, dan huwa punt illi tlabna l-pariri mingħand id-ditta ta’ l-awdituri
biex tivverifika sewwa l-liġijiet li jeżistu ġo Brussels ħalli naraw jekk il-Gvern li huwa sid il-post, jiġi biex
jikri spazju minn dak il-post lil terzi persuni, jekk f’dak il-każ
ikollux iħallas il-VAT fuq il-parti li qed tinkera, għaliex bħal ma
tafu, għax il-post inxtara mill-Gvern, il-Gvern ġie eżentat milli jħallas
it-taxxi taħt il-liġi Belġjana.Il-parir
li aħna għandna hija li l-Gvern m’huwiex obbligat li jħallas VAT
jekk jirrifondi fuq il-parti li jikri, jekk jiġi biex jikriha lil terzi
persuni, jiġifieri lil xi kumpaniji oħrajn.
Però
hemm diversi formoli kif wieħed jużaha, u aħna bħalissa qed naraw
il-formoli li nistgħu nużaw għax inti tista’, il-kirja issir
direttament mill-Gvern, jew il-Gvern jiddeċiedi jagħmilha bl-istess
mudell li ntuża fl-ambaxxata ta’ l-Ingilterra fejn intuża vehicle
finanzjarju differenti.Hemm
diversi metodi, li għadna ma ddeċidejniex bħalissa huma x’metodi ħa
nużaw biex inkunu nistgħu nagħmlu dan il-proċess, għax jista’
jkun li ma jkunx għaqli illi l-ambaxxata, u allura l-Gvern stess, jagħmel il-kirja
direttament hu.Jista’
jkun li jkun jaqblilna li aħna nużaw vehicle
differenti biex inkunu nistgħu nagħmluha din.
Herman Grech – The Times
Biex inkompli fuq id-domanda li għamillek Karl, fuq il-Libja.Saru ħafna laqgħat mal-Gvern Libjan, kemm inti, kemm il-Prim
Ministru ta’ qablek u kemm il-Ministru Tonio Borġ.Imma jidher li, fl-opinjoni tiegħi, it’s
going round in circles.L-abbozz
ta’ ftehim ilu lest għal żmien twil, jidher li l-Gvern Libjan donnu
ma tantx irid jiċċaqlaq fuqha.Ma
taħsibx illi forsi wasal iż-żmien illi l-Gvern Malti jieħu daqsxejn
pożizzjoni iebsa fuq din il-problema.Speċjalment meta nafu illi l-immigranti kważi kollha ġejjin
mil-Libja.Fuq il-biċċa
xogħol tal-Libja wkoll, nixtieq niċċekkja jekk għadniex bħala Gvern
Malti nixtru żejt mil-Libja u x’tip ta’ dejn għandu l-Gvern Libjan
mal-Gvern Malti bħalissa?
Prim Ministru
Wieħed irid jifhem illi meta pajjiżi differenti jpoġġu bilqegħda biex
jiddiskutu problema li hija komuni, kull pajjiż jaraha mid-dimensjoni
partikolari tiegħu u mill-interessi nazzjonali tiegħu.U jiena nirrikonoxxi lil-Libja
għandha l-problemi partikolari tagħha us-soluzzjonijiet li jridu jinstabu jridu jkunu aċċettabbli għall-Gvern
Malti però aċċettabbli anke għall-Gvern Libjan.Jiena ma naħsibx li it’s
going round in circles.Vera
d-diskussjonijiet dwar il-ftehim ta’ ripatrijazzjoni ilhom għaddejjin,
m’ilhomx għaddejjin is-snin biex inkun għidna kollox, però ilhom għaddejjin
numru ta’ xhur u jkun ideali li kieku nkunu nistgħu naslu għal xi
forma ta’ ftehim, s’issa għadna ma wasalniex.
Jien jidhirli li m’għandniex nitkellmu biss fuq ftehim ta’
ripatrijazzjoni, illi għalkemm dak jista’ jkun importanti ħafna,
imma hemm diversi miżuri oħrajn inkluż il-moniteraġġ u l-kontroll
ta’ dak li qed jiġri fl-ibħra, fil-kanal li jaqsam il-kosta Libjana minnMalta u hemm diversi inizjattivi li wieħed jista’ jitkellem fuqhom u naħseb
li hemmhekk effettivament irreġistrajna progress.
Jien m’għandix dubju wkoll li, minn hawn u ftit ieħor inkunu nistgħu
nirreġistraw progress anke fuq affarijiet oħrajn.Però let us take itstep
by step u nirrikonoxxu li aħna żewġ pajjiżi li qegħdin
niddiskutu u nippruvaw insibu soluzzjonijiet li huma l-aħjar għall-pajjiżna.
Dwar iż-żejt, il-Gvern jixtri ż-żejt on
the open market.Jiġifieri
mhux qed jixtrih direttament mill-Libja.
Dwar id-dejn, iva hemm ammonti ta’ flus li huma dovuti minnnaħa Libjana lejn in-naħa Maltija.Percentaġġ sostanzjali minn dak id-dejn ġie ssetiljat matul
din is-sena partikolari, inkluż ammonti li kienu dovuti lit-Tarzna.Però għad fadal u anke dan kien xi ħaġa li ddiskutejna.
Rigward iċ-ċifra.Nistgħu
nippruvaw inġibuha. Jien għandi fil-brief
li kelli, imma biex ma niżvijax mill-mistoqsija.
Owen Galea – It-Torċa
Din il-ġimgħa s-Segretarju Parlamentari tal-GWU semma waħda mill-proposti
li saret fl-MCESD rigward it-tnaqqis tat-3,000 impjegat minn maċ-ċivil.L-ewwelnett kif tikkummenta fuq din il-proposta? It-tieni
mistoqsija, semmiet ukoll il-problema tal-prezz taż-żejt.Mistennija żieda fl-elettriku fil-Budget
li ġej?
Prim Ministru
Jiena dwar id-diskussjonijiet fl-MCESD, aħna, jidhirli li l-partijiet
kollha qablu illi m’għandhomx jingħataw dettalji tad-diskussjonijiet
fl-MCESD.Jiddispjaċini li
issa beda dan l-eżerċizzju li wieħed jitkellem fil-pubbliku, però ma
ġara xejn.
Fuq ta’ l-1,000 imjegat, il-Gvern kif diġa’ tkellem fid-diskussjonijiet,
il-Gvern diġa’ qed jimplimenta proċess ta’ ftehim mas-settur
privat biex ħaddiema tal-Gvern li huma żejda f’ċertu setturi jgħaddu
għand is-settur privat bi skema illi effettivament il-Gvern ikun qed
ikopri biss parti mis-salarju tagħhom.Il-parti l-oħra joħroġha s-settur privat u hemm ftehim mal-Federazzjoni
ta’ l-Industriji fuqu dan.Id-diskussjoni
li hija għaddejja hija ta’ kif nistgħu nużaw dak it-tip ta’
mudell, però ntejbuh, biex ħaddiema illi jiġu identifikati bħala żejda
fl-areas li għandu l-Gvern
inkunu nistgħu nċaqalquhom u jmorru jaħdmu f’setturi oħrajn li
huma fis-settur privat u hekk inkunu qed nagħmlu użu aħjar ta’ riżorsi
umani tagħna.
Qegħdin ngħidu wkoll, il-Gvern effettivament qed jgħid, jekk in-numru
jkun ta’ elf, li jitnaqqsu elf ħaddiema fis-sena dak jinkludi wkoll
in-numru ta’ ħaddiema li jispiċċaw, f’terminoliġija ngħidulu natural
wasteage, li ma tantx hi kelma umana, li dak tfisser min joħroġ
bil-pensjoni.U qegħdin ngħidu
fil-ftehim, jekk nippjanaw sewwa biex fuq medda ta’ tliet snin min
jispiċċa bil-pensjoni, min jispiċċa għal xi raġuni mill-impjieg
mal-Gvern, ma jiġix sostitwit dak ikun ifisser illi l-Gvern ikun qiegħed
jiffranka ammonti sostanzjali ta’ flus.Issa dan statement li
ma tistax tieħdu hekk, għaliex hemm ċertu postijiet fejn inti bilfors
ikollok terġa’ timpjega lil xi ħadd minflok xi ħaddieħor.Però hemm numru ta’ postijiet fejn tista’ tgħaddi mingħajr
ma timpjega lil xi ħadd biex timla’ l-vojt. U għalhekk trid tara dan ix-xenarju kollu kemm hu.
U allura fuq din ta’ l-elf impjegat wieħed irid ippogiha fil-kuntest illi
hija saret.
Dwar il-Budget mhux beħsiebna nħabbru
l-Budget.Naħseb li aħjar tibqa’ bil-kurżita’ għal ftit ieħor. Meta jasal iż-żmien, meta jitħabbar
il-Budget, jekk il-Bambin irid,
kulħadd ikun jaf.
Fid-dinja ma tista’ teskludi assolutament xejn.
Saviour Balzan – Maltatoday
Dwar Mater Dei u affarijiet oħra,
xtaqt nistaqsik, il-kwestjoni dwar jekk il-Gvern qed jipprova jagħmel
ħiltu biex iħoll din il-kobba, insib li hija ċara li hemm attentat
biex isir xi ħaġa, ċertament.Rigward
ir-responsabbilta’, qisek int qed titfa’ r-responsabbilta’ kollha
f’idejn jew f’sieq SKANSKA u qisu l-management
day-to-day, sewwa tekniku u sewwa politiku, qisu ħadd minnnaħa tal-Gvern jew istituzzjoni huwa
responsabbli.Xtaqt l-ewwelnett,
ma naħsibx li t-tort kollu huwa ta’ l-iSKANSKA. Jiġifieri jiena naħseb
li rbaħt il-punti talli qbadt il-barri minn qrunu, imma qablek kien hemm Prim
Ministri u Ministri tal-Finanzi u Ministri tas-Saħħa, dawn kollha
kienu responsabbli, nies li kienu qegħdin fl-FMS, dawk kollha kienu
jafu x’qed jiġri.
It-tieni mistoqsija, dwar Dar Malta fi Brussell.Fil-każ ta’ Malta House,
Londra, kien hemm l-istess sitwazzjoni ta’ Brussell, fejn l-MTA u
l-Airmalta kellhom jitilqu minħabba
l-poll tax tal-Greater London
Council, minħabba li
l-ambaxxata kienet titqies bħala ażjenda kummerċjali.L-istess l-informazzjoni, għallinqas li għandna aħna, hija l-istess
fi Brussell.In-nies li tawk
il-parir, dawk il-ħafna nies li fosthom taw parir b’xejn, dawn jiġifieri
m’għamlux dawn il-kalkoli, jiena mhux qed ngħid li inti stajt, inti
ma naħsibx li kont taf, imma in-nies li ħadu deċiżjonijiet qablek.
U t-tielet punt.Dwar il-każ
tat-tifel tiegħek.Jien bla
dubju ta’ xejn, anke mill-aspett personali tiegħi m’għandi l-ebda
dubju dwar l-integrita’ u l-kapaċita’ tat-tifel tiegħek.Imma rigward il-kwestjoni fil-politika-etika, ma ħassejtx l-ewwelnett
li hemm bżonn li ndaħħlu l-kwestjoni li wieħed għandu jiddikjara l-interessi
tiegħu?Jien mhux qed ngħid
jew qed nipprova ninsinwa li kien hemm xi attentat minnek biex
tinfluwenza xi deċizjoni, imma wieħed f’ċirkostanzi normali
jiddikjara l-interessi tiegħu.U
forsi ma jkunx aħjar illi wieħed anke jiċċara l-kwestjoni?
U biex ma noqgħodx nieħu wisq ħin bħalma ħadt, il-kwestjoni tal-kuġini
wkoll fin-negozjati, jien ma naħsibx wkoll li wieħed jiddubita l-kapaċita’
ta’ l-avukati u periti, imma l-proċeduri biex jintagħżlu dawn in-nies
ma tistax tkun iktar wiesgħa, iktar trasparenti? Ma nistawx niftħu l-affarijiet
li jkunu forsi, naħseb mhux avukat jew perit wieħed hawn kapaċi, ma
nistawx forsi nkunu aktar trasparenti fil-mod kif nagħmlu l-affarijiet
u forsi wieħed ma jaqax fit-tentazzjoni li l-media
mbagħad taqbad mal-Prim Ministru u mal-Gvern?
Prim Ministru
Qabel ma nwieġeb għall-mistoqsijiet nixtieq nagħti ftit ċifri:
In April 2004 Libyan dues to Malta
Government Departments and Companies amounted to 2.8 million.Ammonti dovuti lid-Dipartimenti tal-Gvern u Kumpanniji.2.8 miljun liri Maltin. Total
amount owed to Malta Government & Companies, f’Diċembru ta’
qabel l-ammont kien 8.7 miljun, jiġifieri bejn Diċembru 2003 u April
2004 ħallsu 6 miljuni bażikament.Jidhirli li hemm ammonti oħra li huma dovuti però
lill-kumpanniji privati.Dan
li qed ngħid kien dovut lill-Gvern Malti.
Ħa niġi għall-mistoqsijiet li għamilli Saviour.L-ewwelnett dwar ir-responsabbilta’, is-sitwazzjoni hija
komplikata, jiġifieri ma tistax tpoġġi kollox f’garżella, f’pigeon
hole u tgħid dan hu li hemm ħażin jew li sar żbaljat.Hemm livelli differenti.Jiġifieri
hemm kwestjonijiet illi huma purament ta’ żball minnnaħa ta’ l-iSKANSKA meta iddisinjaw
proġett u għamlu projected final
cost.Ma jfissirx illi
x-xogħol ma sarx jew li x-xogħol sar ħażin.Ix-xogħol sar, qiegħed hemm, tista’ tmissu, u sar tajjeb.Però meta iffirmajna l-kuntratt lilna qalulna li se jiswa mitt
lira u llum skoprejna li sewa miljun, qed nivvinta issa biex ma
tikkwotawniex.U allura
l-argument ikun, imma jien li kieku għidtli dawn l-affarijiet fi żmien
meta ħadt id-deċiżjonijiet, kont forsi nieħu deċiżjoni differenti.U għaliex għamilt dan l-iżball għaliex inti meta poġġejt
bilqegħda u tajtni l-kalkulazzjonijiet li fuqu jiena bħala Gvern ħadt
id-deċiżjoni għamilt żball, mhux żball żgħir dan, żball kbir.
Mela għandek dik il-kategorija, imbagħad għandek kategorija ta’
affarijiet oħrajn illi mhux ġustifikati, fejn mar dan ix-xogħol, fejn
qiegħed dan ix-xogħol?Mhux
kwestjoni li issa indunajna, il-kwestjoni hi li dan kien proċess li
kien ilu għaddej, fejn l-FMS, il-funzjoni tagħha bħala Foundation
for Medical Services, kienet il-ħin kollu ongoing,
il-battaljafuqha din!
Jien iddeċidejt illi issa mhux deċiżjoni ta’ l-FMS, nidħol jiena bħala
Prim Ministru u ngħid, isma’ din trid tispiċċa u ngħid l-FMS ilha
tipprova ġġib l-ispjegazzjonijiet mingħand l-iSKANSKA, tirrisolvi din
il-kwestjoni.L-FMS stess,
ma nafx, bejn wieħed u ieħor, sentejn ilu, ma nafx id-data preċiża,
hi stess qabdet eżerċizzju biex isir dak li jgħidulu gap
analysis ħalli hi jkollha id-dokumentazzjoni biex tkun tista’
tiffaċċja lill-iSKANSKA u tgħid hawnhekk trid tagħtini spjegazzjoni.
U kien proċess għaddej.L-FMS
kienet qed tagħmlu dan ix-xogħol.Jien iddeċidejt li ngħid li jien se nidħol bħala Gvern u rrid
din il-kwestjoni niffriżaha u ngħid s’hawn nista’ nasal jien. U
jekk m’aħniex se naslu s’hawn u ma jkolliex l-ispjegazzjonijiet,
allura mbagħad nieħu d-deċiżjonijiet li għandi nieħu.
U kienet waħda mir-raġunijiet, għaliex kien neċċessarju, bilfors, illi
fin-negotiation team ma’ l-iSKANSKA
inpoġġu lir-rappreżentant ewlieni ta’ l-FMS.Għax ma kienetx tagħmel sens li fin-negotiating
team ma jkunx hemm rappreżentant ta’ l-FMS li kienu parti
ntegrali mill-proċess kollu mill-bidu sa l-aħħar.U kienu l-FMS stess li kienu qegħdin jgħidulna minn żmien għal żmien: din hemm bżonn
li tiġi ndirizzata u qegħdin nindirizzaw però m’aħniex nieħdu r-risposti
jew ħadna r-risposta imma m’hix sodisfaċenti.
U jiena rrid ngħid li anke fil-bidu, jidhirli tas-sena li għaddiet,
meta kien għad hemm il-Ministru tal-Finanzi, John Dalli, li kienu bdew
id-diskussjonijiet anke fuq livell politiku ma’ l-iSKANSKA illi ma
waslux.Dan qed ngħid, qed
immur lura għall-bidu tas-sena 2003.U l-proċess did not come
to a head.Jien deċiż
illi I take it to a head issa.I
have to draw a line. I want to draw a line.Issa rrid ngħid dan se jiswilna u mhux jiswilna biss, irrid commitment,
jekk naslu għall-ftuħ ta’ l-isptar b’data illi jekk ma tintlaħaqx
se jkun hemm il-penali.Jkun
hemm penali qed ninsisti u penali.Jiġifieri
jkun hemm ammont sostanzjali ta’ flus li jintilfu.
Jiġifieri tieħdux l-impressjoni għax ikun żball, jekk aħna ngħidu
qisna din l-issue qbadna
nittekiljawha, nastjenu u ma nittekiljawiex.
Min qed jgħid li l-FMS għamlu kollox sew u tajjeb? Jien qed ngħid li dan
huwa proċess li għadu għaddej u ħudu paċenzja ftit bina għax qegħdin
fl-istadju li wieħed irid jirrikonoxxi illi huwa delikat ħafna.U hemm forzi għaddejjin hemm barra li l-intenzjoni tagħhom hi
li jisfrattaw kull possibbilta’ ta’ ftehim.Allura noqgħod daqxejn pass lura milli nidħol f’iktar
dettalji, però jibqa’ l-fatt illi hemm kategoriji differenti hemm xogħol
illi sar u sar tajjeb però ġie kkalkulat ħażin.Hemm xogħol li ma sarx, hemm xogħol li sar iżda sar ħażin u
dawn l-aspetti kollha irridu nidħlu fihom.Meta jasal il-mument aħna nkunu nistgħu
nagħtu anke iktar dettalji.Jiena
nassigurakom li m’hemmx x’taħbi.
Kien hemm cost control però nerġa’
nirrepeti ħalli tifmhuni.Jien
li ssir triq li tiġi tiswa, kemm għidt, 1.3 miljun minflok Lm270,000
il-cost control jikkonfermalek
li ntefqu l-miljun u tliet mitt elf.Intefqu 1.3 miljun għaliha dik it-triq, vera, però lilna
qalulna li se tiswa Lm270,000.U
ħadna d-deċiżjoni dak iż-żmien għax qalulna li se tiswa Lm270,000.U nista’ nagħti lista ta’ affarijiet li saru hekk u l-Gvern
dak iż-żmien fl-1999 u s-sena 2000 iddeċieda li jimxi għax kellu projected
cost quddiemu u qal dan il-cost
nista’ nidħol għalih.U
nista’ nisservisjah fuq perjodu ta’ tliet snin.Fuq hekk ħadna d-deċiżjoni.U meta nieħu parir, ikun min ikun, jista’ jkun kuġin tiegħi
ukoll, u wara jirriżultali li tani parir ħażin, indur fuqu u ngħidlu
rridek tkun accountable.Mela jiena ħallastek għalxejn!
Jiena biex sar dan l-eżerċizzju ħallasna 1.9 miljun lill-iSKANSKA
biex toħorġilna il-projected
final cost.Allura, iva,
l-accountability trid tkun hemm along
the line.Però lanqas
nieħdu l-impressjoni li għax ħadt il-ġurament jien f’daqqa waħda
issa għax mort jien u ttekiljajta, this
was an ongoing issue.U
b’Ministri differenti u bi Prim Ministri differenti.L-FMS infisha, il-ħin kollu għassa biex jippruvaw jiżblukkaw
din is-sitwazzjoni.U li għamilt
u li għidt hawnhekk se nagħmel linja. U mportanti li nagħmluha għall-ġid
ta’ pajjiżna.
Mela jekk teżaminaw id-deficits ta’
pajjiżna se ssibu f’dawn l-aħħar snin id-deficits
u dak li għandu x’jaqsam ma’ dħul rikkorrenti u ħruġ
rikkorrenti aħna m’għandniex deficit,
qegħdin in surplus.Id-deficit tagħna
ħafna drabi ġej mill-proġetti kapitali tagħna u jekk se nibqgħu ma
nindirizzawx dawn l-issues u
mhux Mater Dei għax jien ma nistax nifhhem għaliex niffukaw biss fuq Mater
Dei. Dan fuq il-proġetti kollha li aħna għandna.
U
l-Oppożizzjoni tikkritikani għaliex iċ-Ċirkewwa u għaliex l-Imġarr.
Vera, għax anke iċ-Ċirkewwa u l-Imġarr dħalt fiha.U anke ċ-Ċirkewwa u l-Imġarr dehrli li kelli nistabbilixxi u
ngħid le, fejn hi il-linja, fejn se nispiċċaw.Kif nistgħu nkunu ċerti illi aħna għandna pakett, għandna envelope, għandna pezza drapp.Din il-pezza drapp irridu nagħmlu libsa minnha però se
nfassluha fuq tliet snin.Imma
mhux imbagħad niġu s-sena d-dieħla u nsib li dak li oriġinarjament
kien ikkalkulat li se jiswa f’daqqa waħda splodieli.Din trid tispiċċa f’pajjiżna.U jekk nidħlu għall-proġett kapitali l-proġett isir, isir
sew, però jsir skond l-istimi li nkun ngħatajt.Mhux niġi żvijat u nieħu deċiżjonijiet jew il-Gvern ikun qiegħed jieħu deċiżjonijiet illi jkun żgwidat kompletament
minħabba li ma jkunx hemm l-affarijiet kif għandhom ikunu.
Saviour staqsini wkoll fuq Dar Malta u x’ġara per eżempju fl-ambaxxata
Ingliża, fejn kien hemm l-MTA, l-Airmalta
fejn dawn tkeċċew il-barra, li fl-opinjoni tiegħi, jiena ngħid
f’dawn l-affarijiet inti trid tagħmel kalkoli ta’ inti
x’jaqbillek? Għax per eżempju aħna nistgħu niġu f’pożizzjoni
li finanzjarjament ikun jaqblilna ħafna iżjed li nikru l-ispazju li għandna
żejjed lil ditti oħrajn.Jista’
jkun li naslu f’dik is-sitwazzjoni.Finanzjarjament kif nistgħu nimmassimizzaw fuq dan l-investiment
li aħna għandna? U jien
konvint li jekk naħdmu bil-għaqal ir-revenue
li niġġeneraw mill-ispazju li nistgħu nikru jista’ jkoprilna ammont
sostanzjali mill-ispiża rikorrenti biex immexxu l-ambaxxata. U tkun
ambaxxata fost l-iktar mill-ambaxxati l-oħra li għandna li ma
tiswilniex daqshekk flus biex iżżomm l-ispiża rikorrenti. Għax jiena
l-inkwiet tiegħi dejjem hu mhux id-disa’ miljuni biex xtrajniha, anke
dik tinkwetani, però ħriġthom darba – dak tiegħi, id-dar tiegħi.Ħriġt xi ħaġa u daħħalt oħra.Għandi dar, għandi blokk bini fiċ-ċentru ta’ Brussell, fl-iktar
parti mportanti b’valur li minn sena għal sena bilfors li jiżdied.Ħriġna disa’ miljun imma mhux tajjarnihom għax qisu l-impressjoni
li tlifna disa’ miljuni.
Ma jistax ikun li tasal għall-konklużjoni li ma jaqbillekx tikri, jekk
jaqbillekx tikri lill-MTA u qed nsemmi l-MTA għax infakkar li hemm proċess
għaddej ta’ ristrutturazzjoni fl-MTA, jekk jaqbillekx tikri lill-Airmalta,
jew inkella jaqbillekx tikri lil kumpannija Belġjana li m’għandna
x’naqsmu xejn magħha. X’se
noqogħdu nagħmlu aħna, nagħżlu l-aħjar offerta?Mhux hekk, nagħżlu l-aħjar offerta. Everything
has to make sense.U
kollox irid jagħmel sens anke fl-istrateġija ta’ l-MTA.Xi strateġija l-MTA se toħroġ biha għall-marketing
ta’ pajjiżna f’pajjiżi oħrajn? U jagħmel sens li l-MTA
jkollha l-preżenza tagħha f’ambaxxata li effettivament tiswilna X,
però li dak l-X jista’ jintuża forsi b’mod aħjar u nistgħu nieħdu
valur aħjar? U dawn huma l-equations kollha li wieħed irid jieħu.Allura jiena ngħid l-options huma miftuħin, il-verita’ hija li grazzi għad-9 miljuni,
għandna potenzjal ta’ investiment li jista’ jirrendi u jirrendi
biex jagħmel tajjeb għall-parti mill-ispiża rikkorrenti biex id-Dar Malta tkun tista’ topera.
Staqsejtni mbagħad, mhux fuq it-tifel effettivament, staqsejtni l-proċeduri
nistgħu nagħmluhom iktar trasparenti, iktar miftuħin? Iva, jien fejn
hu possibbli fejn dan għandu jsir, jien naqbel li għandu jsir, kultant
jiġrilek, imma, illi ċertu proċeduri, jien ma stajtx intawwal u ma
ridtx intawwal fuq l-iSKANSKA.U
kelli nieħu ċertu deċiżjonijiet, per eżempju, mela għandu Paul
Camilleri jkun parti mit-task
force? U r-risposta kienet iva, inevitabbli, bilfors għax irrid li
l-FMS tkun parteċipi ħalli wara ħadd ma jiġi jgħidli imma jien ma
kellix x’naqsam.Jiġifieri
l-FMS ridtha tkun parteċipi għax taf l-istorja kollha, parti mill-istorja
u l-uniku persuna li seta’ jirrapreżenta fil-kuntest, għax jaf l-istorja
kollha, kien il-perit Paul Camilleri – hu kien il-Viċi Chairman
tal-Board, bħalissa huwa acting-Chairman
tal-Board.Issa jekk hux l-uniku perit, naħseb li hemm periti oħra
imma jidhirli li jiena kelli nagħmel din il-persuna li għandha l-għola
responsabbilta’, jiġifieri li bħalissa preżentement huwa acting
Chairman ta’ l-FMS u rrid li l-FMS terfa’ r-responsabbilta’.Huwa l-uniku perit u qegħdin nikkonfermaw li huwa l-uniku perit
fuq il-board ta’ l-FMS.
Jinżamm responsabbli kulħadd.Jiena
m’għandix diffikulta’ li nżomm lil min hu responsabbli u min hu
responsabbli li jirrispondi għar-responsabbilta’ tiegħu.F’dan l-istadju imma nerġa’ nirrepeti, aħna qegħdin f’pożizzjoni
fejn qegħdin ninnegozjaw ma’ l-iSKANSKA biex nippruvaw naslu għal
sitwazzjoni li tkun l-aħjar sitwazzjoni għal pajjiżna.U allura l-focus tagħna
bħalissa għandu jkun biex insibu s-soluzzjoni li hija l-aħjar waħda
għal pajjiżna.U jiena naħseb
li hekk qed isir, però il-mistoqsija ta’ Saviour kienet stajt ħriġt
call for applications.
Saviour Balzan - Maltatoday
Din mhix kwestjoni ta’ flus.Din
kwestjoni, ma jidhirx li teżisti proċedura ċara u għalhekk qed
jinqalaw ħafna allegazzjonijiet dwar li jista’ jkun hemm abbuż, anke
fil-każ, jiena semmejt ukoll kwestjoni li jekk hux il-waqt li l-politiċi
jiddikjaraw l-interessi tagħhom.Jiddikjaraw
interessi li huma ġustifikati.Alla
ħares kull tifel ta’ kull Ministru jew kull kuġin ta’ kull
Ministru f’dan il-pajjiż…
Prim Ministru
Niddikjaraw l-interessi tagħna aħna.Għax
aħna nimlew il-formoli kemm bħala Deputati fil-Parlament u kemm bħala
Ministri.Niddikjaraw ix-shareholding
li aħna għandna, niddikjaraw x’diretturi stajna qegħdin jew
mhux qegħdin.Però f’dan
il-każ partikolari, għax il-mistoqsija għamilta fil-konfront
tal-kwestjoni li qamet fuq it-tifel tiegħi fuq din tat-translations,
sinċerament ma nafx x’jinteressa li niddikjara jiena jekk
il-mistoqsija qed issir lili, x’interess illi niddikjara jiena li t-tifel
tiegħi laħaq avukat u li bħala avukat qed jaħdem f’partnership
ma’ grupp ta’ avukati oħrajn u qed jagħmlu diversi affarijiet u
diversi xogħlijiet illi inzerta li wieħed minnhom, mix-xogħol li
kellhom jagħmlu kienu translations għall-Gvern. Nerġa’ ngħid, flimkien ma’ avukati
oħrajn.U ngħid ukoll li minn dawk iċ-ċifri li ssemmew
effettivament t-tifel tiegħi s’issa għadu ma ra xejn.Imma mhux dik hija l-kwestjoni.
Però jien dejjem dispost illi ntejbu l-proċess ta’ accountability, ta’ kif isir il-proċess u kif jintagħżlu n-nies,
effettivament il-proċess li ntuża biex jintagħżlu avukati għat-translations
fit-tweġiba li ta l-Viċi-Prim Ministru għall-PQs,
spjega illi meta beda dan il-proċess fl-2001 kienu saru interviews mill-Imħallef Victor Caruana Colombo u mill-Prokuratur Legali Cauchi.Kienu għamlu interviews, għażlu numru ta’ avukati, il-proċess ta’ translations
intom tafu ntefa’ lura għall-perjodu ta’ żmien u allura kien
hemm mument fejn Vanni Bruno kellu bilfors iżid in-nies biex ilaħħqu
mat-translations.L-avukati kollha li kienu ġew magħżulin mis-selection
board baqgħu jirċievu dak ix-xogħol u jaħdmuh.Vanni Bruno aċċetta wkoll avukati oħrajn biex ikunu jistgħu
jagħmlu dan ix-xogħol fi proċess ta’ selection
li kien qed jagħmel Vanni Bruno nnifsu u effettivament illum dawn
l-avukati, fil-każ tat-tifel tiegħi, l-avukati li hemm fil-kumpannija
li jiffurmaw parti minna, kienu ilhom jagħmlu translations
f’isimhom personali.
Però l-punt tiegħek huwa naturalment jekk nistgħux nagħmlu dan il-proċess
iktar accountable, iktar miftuħ
u jiena naħseb li iva, nistgħu naraw kif nagħmlu proċessi iktar accountable.Irrid ngħid ukoll li hemm regolamenti u jekk aħna ridna nagħżlu
konsulenti biex jagħtuna l-parir għax issa mexjin bil-privatizzazzjoni
tax-shares tal-Gvern li għandu
fil-Maltacom.Hemmhekk ħarġet corporate
interest tad-ditti kollha li kienu nteressati ssottomettew, saret l-analiżi
u għażilna l-iktar waħda partikolari biex tagħtina dan il-parir.Il-verita’, biex immur lura għall-iSKANSKA, l-għażla anke ta’
Paul Camilleri, li tħallas separatament b’rati li m’humiex parti
mill-onorarju li jirċievi bħala Board
Director, tħallas separatament għaliex id-deċiżjoni kienet li
dak kien xogħol over and above ix-xogħol
tiegħu fl-FMS.
Jiena stess meta rajt ir-rati ridt inkun ċert li r-rati huma rati tajbin u
kont naf ukoll illi mhux dan xi proċess li waqqafna, li issa se jibqa’
dan il-board għal sitt snin,
seba’ snin.Din kienet biċċa
xogħol li jien kont determinat li sa l-aħħar tas-sena naqtalha rasha
u deċiż li naqtalha rasha.Però
kont naf li dan kien inkarigu wieħed b’deadline
stabbilit li jiena naf il-massimu x’jista’ jiswieli.U kkalkulajna l-massimu u għidna tista’ ssir.Issa jiġu sitwazzjonijiet fejn ikollok tieħu dawn id-deċiżjonijiet.Jiena nerfa’ r-responsabbilta’ tad-deċiżjoni illi ħadt u
naħseb, konvint illi dik kienet l-aħjar deċiżjoni li stajt nieħu
fl-interess ta’ dawn in-negozjati.
Ir-riżultati qed narawhom, jiġifieri ma nistax nagħti iktar dettalji imma
definittivament in-negotiating
team għamel u qed jagħmel biċċa xogħol tajba ħafna.
Fr. Noel Grima – The
Malta
Independent on Sunday
Prim Ministru tikkonsidra tibdel l-isem ta’ l-iSptar il-ġdid, issemmih Pandora’s
Box?
Prim Ministru
Naħseb l-isem Mater Dei huwa isem
sabiħ ħafna.
Fr. Noel Grima – The
Malta
Independent on Sunday
F’din l-analiżi li qed issir issa, jiġifieri mhix analiżi sempliċiment
biex tiskopri min hu responsabbli però fl-aħħar mill-aħħar hija iva
hi.Fid-dawl taċ-ċifri li
ħerġin illum, lill-Gvern bil-cost
overall li hemm, li għandu illum.Li kieku dawn il-figuri ġew ippreżentati fl-1999 il-Gvern
x’kien jagħmel?
Dik hija l-ewwel mistoqsija. U forsi hija patetika imma minn hemm toħroġ ir-responsabbilta’
allura.Dak li qed jipprova
jiskopri l-Gvern.
Immur iktar lura.Fid-dawl ta’
dawn iċ-ċifri, id-deċiżjoni li ttieħdet fl-1996,1997 illi l-isptar
jiġi prattikament irduppjat, tagħmel sens u fid-dawl ta’ dawn iċ-ċifri,
d-deċiżjoni finalment ta’ l-1992 illi jinbena sptar ġdid as
against li jiġi rimodernizzat l-isptar eżistenti, tagħmel sens għall-ekonomija
ta’ Malta?
Prim Ministru
X’kien jagħmel il-Gvern li kieku l-istampa li kien qed tindika iżjed
mis-87 miljun lira dak iż-żmien kif għidt int stess, ipotetika, m’għandi
dubju ta’ xejn.Żgur
kienet tinfluwenza d-deċiżjoni tal-Gvern, m’għandix l-iċken dubju.Għax it-targets finanzjarjital-Gvern għas-snin li kellna quddiemna kienu targets
illi ġew imfassla u konna nafu x’nistgħu naffordjaw bħala pajjiż
f’dak li għandu x’jaqsam ma’ spiża kapitali u allura m’għandix
dubju li kienet tinfluwenza.Però
ma rridx noqgħod nitkellem fuq sitwazzjoni ipotetika.Il-verita’ hija l-Gvern għamel dak li jagħmel sens.Inkariga ditta li għandha reputazzjoni internazzjonali biex jagħmlu
eżerċizzju illi jgħid lill-Gvern kemm se jiswa dan il-proġett biex
jitlesta.
Dan l-istadju li kien daħal fih.At
that point in time hu kien il-kuntrattur biex jiddisinja u jgħid
isma’, qabel il-Gvern ma ħa d-deċiżjoni biex jiffirma l-kuntratt
eh!Dan qed nitkellem 1999,
jiġifieri d-deċiżjoni li jiffirma l-kuntratt to
go ahead fi sptar li effettivament, u hawn nirrispondi t-tieni u t-tielet
mistoqsija tiegħek, kien dak l-isptar.
Meta kien hemm il-Prim Ministru Alfred Sant fil-Gvern, iddeċieda l-Prim
Ministru Alfred Sant ħadha d-deċiżjoni issa, ma noqgħodx niftaħ
kwestjoni oħra issa, issa fejn ħaddieħor ieħor qed joqgħod jiftaħ
ħafna affarijiet at the end of
the day mhux se noqgħod naħli l-ħin.Mhux ħela ta’ ħin.Dak
hu l-isptar, bis-sular extra li
ġie deċiż fi żmien Alfred Sant, anzi Alfred Sant kien iddeċieda li
jibna żewġ sulari, Alla jbierek.Kienet
il-Planning Authority li
waqqfitlu, li ma ħarġitlux il-permess biex jinbena t-tieni sular.U ħa niftiehmu ta, sular taf x’aħna ngħidu, qed ngħidu footprint
kollha enormi ta’ l-isptar.Jiġifieri
din l-idea li oriġinarjament twieldet bħala sptar speċjaliżżat u
eventwalment fi żmien Alfred Sant ittieħdet li jiġi sptar ġenerali
hija għandha l-implikazzjonijiet tagħha.
Però dik hi.Ma noqogħdux naħlu
l-ħin bejnietna.U allura let’s
look forward.Issa d-deċiżjoni
illi nkomplu għaddejjin bil-proġett f’dak il-kuntest ittieħdet abbażi
ta’ studju dettaljat li sar ta’ disinji, ta’ costings,
li bis-saħħa tiegħu ħareġ dan il-famuż projected
target cost.U llum qed
jirriżulta li l-affarijiet ma sarux kif kellhom isiru.Din hija the bottom line.U allura ċerti affarijiet, nerġa’ nirrepeti ħalli nkun
ċar daqs il-kristall, mhix kwestjoni ta’ xi ħadd li qed jipprova jgħidilna
nbniet blokka u dik il-blokka ma teżistix.Il-blokka hemm qegħda però lilna kien qalilna li dik il-blokka
kienet se tiswa mitt lira u llum qed jirriżulta li se tiswa miljun.Qed nagħti eżempju ħalli niftehmu sewwa.Effettivament wieħed jista’ jagħmel l-argument imma hemm qegħda
din, il-poplu Malti se jgawdiha.Imma
hekk se naqbu naċċettaw dan l-argument meta aħna d-deċiżjoni oriġinali
li aħna nibnu l-isptar konna ħadniha abbażi ta’ kalkulazzjoni
dettaljata minn esperti, li deċiżjoni politika
ittieħdet abbażi tagħha.U
hemmhekk hemm l-accountability.
Issa ma tieqafx hemm l-istorja għax hemm aspetti oħrajn ta’ xogħlijiet
illi saru, ma kellhomx isiru u affarijiet oħra imma aħjar ma nidħlux
f’wisq dettalji għax naħseb tajt biżżejjedbiex intikhom l-indikazzjoni ta’ fejn wasalna sal-lum.Dawn huma l-issues li qed nargumentaw b’saħħa kbira ma’ l-iSKANSKA, issa
naraw l-iżviluppi li jkollna fil-ġranet li ġejjin.
Fr Noel Grima – The
Malta
Independent on Sunday
Fuq il-power station kien hemm cost
analysis id-doppju ta’…
Prim Ministru
Imma dak għandu jieqaf.Dak
m’għandux jibqa’ jsir. Assolutament, għax jiena nifhem u naċċetta
proġett li twieled, issa biex inkunu b’saqajna ma’ l-art fuq ċerti
affarijiet, irrid nikkonċepihom, proġett li twieled fl-1992, nitkellem
fuq l-isptar Mater Dei,
mill-1992 sal-lum għaddew 12 il-sena effettivament, fejn it-teknoloġija
nbidlet, fejn l-istandards li
wieħed jippretendi illum jippretendi standards
oħrajn.Jiena nistenna,
kollox sew u jekk jien nawtorizza, jekk jiena għandi bieb u għaxar
snin ilu dak il-bieb aċċetajtu kif inhu però llum l-istandards
ta’ safety jitolbu li dak
il-bieb ikun fire resistant,
il-bieb li ddisinjajt għaxar snin ilu kien jiswa ħamsin lira però
mhux fire resistant, però għax qed ninsisti fuq dak l-istandard
jiswa mitejn dak naċċettah.Dik
hija responsabbilta’ tiegħi, għażilt xi ħaġa aħjar, se nħallas
għal xi ħaġa aħjar, għax dak fair
enough lest li nikkonċepih.Imma
mhux fejn jien tlabt fire
resistant door, għidtli li se jiswa Lm50 u llum qed jiswini Lm300.Dak le, mhux aċċettabli għalhekk qed ngħidilkom, hemm