LAQGĦA
TA’ KULL XAHAR
TAL-PRIM MINISTRU LAWRENCEGONZI MAL-MEDIA
Berġa ta’ Kastilja
Is-Sibt 7
ta’ Mejju, 2005
Prim Ministru
Bonġu
lil kulħadd.
Ħa
nagħmlu bħas-soltu, se nagħmel introduzzjoni jiena fuq xi punti li
xtaqt nagħmel, imbagħad kulħadd ikun fil-libertà li jagħmel
il-mistoqsijiet li jixtieq jagħmel.
L-ewwelnett,
waħda mill-affarijiet illi seħħew mill-aħħar darba li ltqajna, punt
importanti reċenti li seħħet fil-weekend
li għadda, kienet l-aħbar illi Malta ngħaqdet mal-mekkaniżmu li hu magħruf bħala l-ERM
II. Għadu ftit kmieni, però l-ewwel reazzjonijiet illi jiena nista’
niġbed, jidher li t-tranżizzjoni ġiet aċċettata mis-swieq
finanzjarji tagħna. Il-kummenti, anki fuq livelli internazzjonali, li
qegħdin joħorġu fil-konfront ta’ Malta huma pożittivi.
Malta
issa qiegħda tiġi pegged
mal-ħames pajjiżi l-oħrajn illi wkoll huma membri minn dan il-mekkaniżmu,
u li kieku ma ħadniex dan il-pass, naturalment l-implikazzjoni kienet
tkun illi aħna konna niġu pegged
mal-pajjiżi illi ddeċidew illi ma jingħaqdux mal-ERM II, jew ma ġewx
aċċettati biex jidħlu fl-ERM II, għaliex għandhom ċertu
diffikultajiet u ċerti problemi. Jiġifieri dan, fih innifsu, huwa
sinjal pożittiv ħafna għal kulħadd. Huwa pożittiv anki għall-investitur
barrani u pożittiv għal pajjiżna.
Naturalment
huwa wkoll dikjarazzjoni ċara, min-naħa tal-Gvern Malti, illi huwa
jibqa’ miexi bil-programm illi għandu biex jilħaq l-aspetti kollha
li hemm bżonn ħalli meta jasal il-mument, nieħdu d-deċiżjoni ħalli
ndaħħlu l-munita Ewropea f’pajjiżna. Huwa wkoll ċertifikat ieħor
ta’ approvazzjoni għar-riżultati akkwistati s’issa mill-Gvern
fil-qasam finanzjarju, monetarju u ekonomiku, għaliex nirrepeti u
nenfasizza dak li għedna fl-imgħoddi, illi mingħajr ma Malta tiġi analizzata u allura tgħaddi minn ċertu analiżi minnnaħa tal-Kummissjoni Ewropea ta’ l-ECOFIN u
tal-Ministri tal-Finanzi u tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Ewropew.
Saret
dik l-analiżi, u dik l-analiżi kieku ma kienetx pożittiva, ma kinux
jaċċettaw lil pajjiżna. Aċċettaw lil pajjiżna għaliex dik l-analiżi
wriet illi aħna qegħdin fid-direzzjoni t-tajba u mexjin biex
nindirizzaw l-isfidi tagħna u allura dan għandu jinkoraġġina. Dan ma
jfissirx li m’għandniex sfidi quddiemna, l-isfidi nafu x’inhuma,
però dawn huma sfidi li qed jiġu indirizzati.
It-tieni
punt illi xtaqt insemmi huwa illi issa deħlin f’fażi, jiena
nikkalkula ta’ xahrejn ta’ ħidma
intensiva fuq livell politiku, però anki fuq livell tekniku. Ħidma li
għandha x’taqsam mal-perspettivi finanzjarji ta’ l-Unjoni Ewropea,
jiġifieri l-budget ta’ l-Unjoni
Ewropea
għas-snin 2007 sal-2013. L-intenzjoni tal-Presidenza preżenti jiġifieri
ta’ Jean-Claude Junker, il-Prim Ministru tal-Lussemburgu, illi qiegħed
jippresjedi il-Kunsill Ewropew u qiegħed jippresjedi l-ECOFIN ukoll.
L-intenzjoni
hija li jsir sforz biex nippruvaw naraw jekk jintlaħaqx qbil bejn il-25
pajjiż kollu dwar il-pakkett finanzjarju, jiġifieri dwar dan il-budget sa qabel ma tispiċċa din il-presidenza. U allura x-xhur ta’
Mejju u Ġunju se jkunu xhur importanti li fi sforz li kull pajjiż ikun
qed jagħmel biex naraw nistgħux jintlaħaq ftehim fuq livell Ewropew u
fuq dawn il-perspettivi finanzjarji, fuq dan il-budget.
Malta se tgħolli l-ħidma, l-attività diplomatika tagħha.
Jiena
se nkun qiegħed nattendi l-laqgħa li jmiss ta’ l-ECOFIN il-ġimgħa
d-dieħla, fejn qed nistenna li din l-issue
titla’ fl-agenda
tal-Ministri kollha tal-finanzi li se jkunu qegħdin jiltaqgħu.
Naturalment mhix faċli, jiġifieri ma rridux nimlew rasna illi dan
il-ftehim faċli biex jintlaħaq. Għall-kuntrarju, huwa diffiċli biex
jintlaħaq, però biex jintlaħaq il-ftehim irid ikun hemm l-isforz ta’
kulħadd u Malta se tkun qed tagħti l-kontribut tagħha biex aħna
naslu.
It-tielet
punt li xtaqt insemmi huwa illi fil-ġranet illi għaddew f’din il-ġimgħa,
kelli l-ewwel laqgħa ta’ djalogu maċ-ċittadini, mar-rappreżentanza
tas-soċjetà ċivili f’pajjiżna hawnhekk ġewwa Kastilja. Jiena ridt
ngħid illi kienet esperjenza pożittiva. Hija okkażjoni fejn il-Gvern,
b’mod differenti, issa qiegħed jersaq aktar viċin il-poplu tagħna u
jisma’ l-ilmenti, is-suġġerimenti, ir-rakkomandazzjonijiet illi hemm.
Li jistgħu jsiru. Jiena naħseb illi kien eżerċizzju pożittiv. Ma
kienx eżerċizzju u ma kienx intenzjonat illi jkun eżerċizzju
kosmetiku. Jiġifieri ħadna nota u qegħdin nieħdu nota tal-punti li
qedgħin jissemmew, bl-iskop illi fejn jinstemgħu affarijiet illi nistgħu
nindirizzaw, allura dawn nindirizzaw l-affarijiet u anki nindirizzaw
lill-individwi li jkunu ressqu jew qajmu l-punt partikolari waqt dik
il-laqgħa.
Naturalment
ikun hemm punti oħrajn jew suġġerimenti oħra li ma tkunx tista’
tindirizza għaliex ir-riżorsi tal-pajjiż ikunu limitati jew għaliex
il-pjan tagħna huwa li nindirizzaw l-affarijiet forsi fi stadju aktar
’l quddiem. Però kieku kelli niġbed konklużjoni ngħid li kienet
esperjenza pożittiva li ma tridx taraha, wieħed ma jridx jaraha waħedha
- din irridu narawha fil-kuntest ta’ eżerċizzju aktar wiesa’, li
l-Gvern issa qiegħed iniedi, ta’ konsultazzjoni u involviment tas-soċjetà
ċivili, fil-proċess tad-deċizjonijiet li nieħdu. U dan allura wieħed
irid jarah ukoll fil-kuntest li aħna ħabbarna fil-ġranet illi għaddew,
illi fil-ġranet illi ġejjin aħna se nkunu qed inwaqqfu dan li qed
insejħulu l-Forum Ewropa illi se jissostitwixxi dak il-grupp li konna
nsejħu qabel l-isħubija ta’ Malta l-MEUSAC, jiġifieri forum
illi jiġbed ġo fih is-soċjetà ċivili, biex ikun hemm konsultazzjoni
dwar l-iżviluppi kollha li jkun qegħdin iseħħu fir-relazzjoni tagħna
ma’ l-Unjoni Ewropea bħala membri ta’ l-Unjoni Ewropea. Naturalment
il-funzjoni hija radikalment differenti minn dik li kellha l-MEUSAC.
Dak iż-żmien
aħna konna nitkellmu fuq l-Acquis
Communautaire u kif dik nistgħu ndaħħluha f’pajjiżna u kif
allura, x’għandha tkun il-pożizzjoni waqt in-negozjati tagħna għas-sħubija.
Mentri l-Forum Ewropa issa l-iskop tiegħu se jkun illi niddiskutu
mas-soċjetà ċivili, proposti li jkunu in
the pipeline, jiġifieri għadhom qegħdin jinħmew fl-Unjoni
Ewropea u hekk il-Gvern ikun qed iwessa’ l-proċess ta’
konsultazzjoni qabel ma jieħu l-pożizzjonijiet finali waqt il-laqgħat
ta’ l-Unjoni Ewropea, dwar id-deċizjonijiet ta’ proposti illi jkunu
qegħdin iseħħu.
Xtaqt
ngħid kelmtejn ukoll dwar il-qagħda finanzjarja tal-Gvern. Ftit ġranet
ilu fid-29 ta’ April l-NSO ippubblikat l-aħħar ċifri li jkopru l-perjodu
ta’ żmien minn Jannar sa Marzu ta’ din is-sena.Kif kont spjegajt fl-aħħar laqgħa,
aħna qegħdin mixjin skond dak illi huwa budgeted, jiġifieri skond il-pjan illi konna fassalna għal din is-sena.
Veru għadna fl-ewwel perjodu tas-sena u allura rridu nogħqodu attenti
u nsegwu kollox, kull ma qed jiġri.Però l-indikazzjonijiet huma anki hawn pożittivi, jiġifieri
qegħdin on track f’dak li għandu
x’jaqsam ma’ spiża tal-Gvern kif ukoll ma’ dak li għandu
x’jaqsam ma’ dħul tal-Gvern. Imma niġbed l-attenzjoni għal punti
partikolari għax kultant ma nenfasizzawhomx biżżejjed.
Waħda
mill-affarijiet illi l-Gvern qiegħed jikkonċentra fuqha hija li l-Gvern
inaqqas l-ispiża tiegħu. Naturalment aħna l-politika tagħna f’dak
li għandu x’jaqsam ma’ kif nindirizzaw id-deficit
huwali l-Gvern ikun effiċjenti
f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ġbir ta’ revenues
dovuti lilu, ta’ taxxi dovuti lilu jiġifieri naqtgħu l-abbuż u dak
li għandu jitħallas jitħallas. Però hija parti integrali mill-istrateġija
tagħna illi aħna nnaqqsu mill-ispiża tal-Gvern.
U niġbed
l-attenzjoni għal dak li ġie ppubblikat, u dak li ntqal fil-press
release li ħarġet, nirrepeti fid-29 ta’ April u cioè, li l-pagi
tal-Gvern, il-personal emoluments, meta mqabbla l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena,
ma’ l-ewwel tliet xhur tas-sena illi għaddiet, naqsu Lm1,400,000, jiġifieri
tnaqqis ta’ 2.9% mqabbel bejn is-sena 2005 u s-sena 2004. F’dak li għandu
x’jaqsam ukoll ma’ l-operational
and maintenance expenses li jinkludu allura spejjez amministrattivi,
hemm ukoll tnaqqis, huwa tnaqqis sostanzjali, tnaqqis ta’, ħa ngħid
iċ-ċifra però din iċ-ċifra trid tonqos, issa nispjega kif, meta
tqabbel l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena ma’ l-ewwel tliet xhur
tas-sena illi għaddiet, hemm tnaqqis ta’ Lm6,200,000. Jiġifieri
tnaqqis ta’ 39%. Però parti minn dan it-tnaqqis huwa dovut għaliex spiża tal-mediċini
ġiet trasportata minn dan l-item
u qiegħda xi mkien ieħor.
L-ispiża tal-mediċini hija ta’ Lm3,400,000. Jiġifieri jekk minn
Lm6,200,000 tnaqqas Lm3,400,000, joħroġ ir-riżultat li mqabbel like with like l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena ma tliet xhur
tas-sena illi għaddiet, it-tnaqqis huwa ta’ bejn wieħed
u ieħor ta’
Lm2,800,000. Imma dan huwa riżultat ta’ eżerċizzju tal-Gvern illi
qed jindirizza waħda mill-aspetti l-aktar importanti ta’ kif
tikkontrolla l-ispejjeż li inti għandek.
Element
ieħor illi ridt insemmi u cioè l-outlays
illi għamel il-Gvern lill-korporazzjonijiet tiegħu, lill-kumpaniji
tiegħu. Dak li jissejjaħ il-contribution
to Government entities. Ankihawnhekk
kellna tnaqqis fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena meta mqabbel ma l-ewwel
tliet xhur tas-sena illi għaddiet ta’ Lm1,100,000 mill-ammonti illi
normalment aħna konna ngħaddu,
u dan jirriżulta hemm spjegazzjoni fil-press
release. Qed ngħid dan għaliex dawn huma dikjarazzjonijiet,
informazzjoni li tiġi ppubblikata regolarment mill-NSO u nistieden lil
kulħadd li jagħmel l-analiżi sew ta’ l-affarijiet, ħalli min jgħid
illi l-Gvern mhux qed jattakka l-ispiża tiegħu, jkollu t-tweġiba
mhux tal-Gvern imma ta’ l-NSO stess.
Id-differenza, jiġifieri d-deficit, id-differenza bejn dħul u ħruġ ta’ din id-sena meta
mqabbla mas-sena illi għaddiet, hija ogħla minn dik li kellna s-sena
illi għaddiet, però skond kif budgeted
jiġifieri m’aħniex ogħla għaliex ġara xi ħaġa mhux ikkalkolata
imma kienet ikkalkolata u hemm raġunijiet, spjegajthom fl-aħħar laqgħa
illi kellna, u cioè li din is-sena bdejna bi ħlas extra
għal dak li għandu x’jaqsam ma’ benifiċċji, jiġifieri din is-sena
bdejna Jannar b’ħames ġimgħat u mhux b’erba’ ġimgħat. Dik id-differenza
weħedha fissret illi din is-sena aħna kellna noħorġu Lm8,000,000 u
xi ħaġa oħra fuqhom iżjed milli ħriġna s-sena li għaddiet, budgeted
u s-sena li għaddiet ukoll kellna dħul ta’ Lm5,000,000 mill-privatizzazzjoni
tal-Lotteriji, li naturalment din is-sena ma kellniex dak id-dħul, u
hemm elementi oħrajn li m’għandniex għalfejn nirrepeti. Kont
tajtkom spjegazzjoni dwar id-differenza illi teżisti.
Il-gap tad-deficit
beda jonqos, jiġifieri f’Jannar id-differenza ta’ dħul u ħruġ
kienet ta’ kważi Lm19,000,000. Fi Frar, dik id-differenza bejn dħul
u ħruġ niżlet għal Lm15,000,000 u ftit fuqhom li baqgħet qisu l-livell
li qiegħed joħroġ ukoll għax-xahar ta’ Marzu. L-indikazzjonijiet
huma illi dħul mill-VAT huwa anki aħjar minn dak illi pproġettajna,
li jindika illi l-element ta’
konsum għax hija taxxa tal-konsum matul dawn l-ewwel tliet xhur
tas-sena, baqa’ għaddej b’ritmu, anki ħarira aħjar minn dak li aħna
konna qegħdin nipproġettaw.
L-indikazzjoni għal dak li għandu x’jaqsam mal-qagħad
ukoll - iċ-ċifri jew l-istatistika qiegħda tiġi ppubblikata. L-indikazzjonijiet
huma illi l-qagħad f’pajjiżna laħaq livell ta’ plateau li beda nieżel u żamm it-trend tiegħu - s’issa qed juri li qed iżomm trend ta’ tnaqqis. L-aħħar informazzjoni li għandi għax-xahar
ta’ Mejju, turi illi t-total ta’ dawk li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol
Part 1 se jinżel għall-ewwel
darba f’perjodu twil ta’ snin taħt il-livell ta’ 7,000, li huwa
indikatur pożittiv. Naturalment indikatur pożittiv ma jfissirx,
nirrepeti u nenfasizza - kull
darba, illi aħna kuntenti kif sejrin l-affarijiet, ifisser però li l-ekonomija
qiegħda miexja u tiġġenera l-postijiet ta’ xogħol - però għad
fadal ħafna iżjed x’jista’ jsir.
Kelmtejn ukoll dwar l-esportazzjoni. Kien hemm din
il-ġimgħa pubblikazzjoni, pressrelease minn naħa tal-NSO li
qiegħda turi li x-xejriet għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-esportazzjoni
mill-industrija tagħna huma wkoll pożittivi. L-ordnijiet f’dan is-settur
għal Frar illi għadda juru indikazzjoni ta’ żieda ta’ 35% meta
mqabbla Frar ma Frar. Issa anki hawn bi prudenza għaliex dawn huma cyclical issues, jiġifieri jista’ jkun illi meta tqabbel xahar
ma’ xahar illi t-tqabbil m’għandux ikun hekk, għandu jkun aktar
mifrux fuq perjodu itwal ta’ żmien 6 xhur u 8 xhur. Però hu x’inhu,
hija indikazzjoni oħra pożittiva illi wieħed għandu jieħu nota tagħha.
L-aħħar
żewġ kummenti tiegħi. Dwar l-atti vandali illi kellna f’dawn il-ġranet
illi għaddew. Jiena rrid nieħu l-okkażjoni llum biex nerġa’
nikkundanna bl-aktar mod qawwi lil min hu responsabbli għal dawn l-atti
vandali illi qed jattakkaw il-wirt storiku ta’ pajjiżna u qed
jattakkaw ħidma ffukata tal-Gvern ta’ restawr ta’ siti storiċi
f’pajjiżna.Ċentrali
f’mument fejn pajjiżna issa jibda l-perjodu ta’ żmien ta’ żjarat,
jiġifieri żieda qawwija ta’ turisti li jżuru lil pajjiżna u xi ħadd,
donnu b’mod intenzjonat, irid jattakka l-politika tal-Gvern biex lil
pajjiżna nagħtuh id-dehra li jixraqlu, id-dehra illi tkun l-ewwelnett
pożittiva, kif għandha tkun għalina l-Maltin stess, però anki għal
dawk li jżuruna. U rrid niddikjara bil-qawwa kollha illi qed nagħmlu
dak kollu li hu possibbli biex insibu min hu responsabbli u nressquh għal
ġustizzja kif għandna nagħmlu.
L-aħħar
kumment li xtaqt nagħmel huwa dwar il-fatt li l-bieraħ wara nofsinhar
il-Kummissarju Elettorali ppreżentali rapport, li m’huwiex unanimu,
tal-Kummissjoni Elettorali, dwar ċaqliq fid-distretti. Dan ġie
ppubblikat il-bieraħ, se jitressaq quddiem il-Parlament, jiġifieri
jitqiegħed quddiem il-mejda tal-Parlament il-ġimgħa d-dieħla, biex
eventwalment jiġi diskuss. Irrid ngħid illi jiena ftit sorpriz
bil-kontenut ta’ dan ir-rapport illi daħħal, jidher kriterju illi
mhux imsemmi fil-Kostituzzjoni tagħna, u cioè fil-kalkolazzjoni ta’
kif jitqassmu d-distretti, ttieħdu in kunsiderazzjoni r-riżultati ta’
l-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
Din
hija stramberija mill-aktar, jiena ngħid mill-aktar kbira.Il-Kostituzzjoni mkien ma ssemmi dan il-kriterju bħala kriterju
ta’ kif jibqgħu jitqassmu d-distretti u naturalment wieħed irid
janalizza sew xi tfisser din u eventwalment inressqu kollox għad-diskussjoni
quddiem il-Parlament, biex il-Parlament jiddeċiedi x’għandu jsir
dwar dawn ir-rapporti.
Se nieqaf hawnhekk, u nistieden lill-ġurnalisti,
min irid, jagħmel xi mistoqsija.
Fr Noel Grima
– The Malta
Independent on Sunday
Prim
Ministru, il-bieraħ id-Deputy
Prime Minister ħabbar illi l-Gvern huwa intenzjonat illi jagħmel
amenda fil-Kostituzzjoni dwar l-abort. Issa il-mistoqsijiet tiegħi huma
dawn, l-ewwelnett jekk dan hux qed isir għax hemm xi żviluppi li forsi
aħna ma nafux jew xi aggravament tas-sitwazzjoni jew xi ħaġa, xi kriżi
illi żiedet?
It-tieni,
jekk il-Gvern ikkonsultax qabel ma ħabbar, jew hux se jikkonsulta ma’
l-Oppożizzjoni, anki biex ineħħi l-ipoteżi jew is-suspett illi hemm
element ta’ politika fiha, ta’ politika partiġġjana fiha? It-tielet,
jekk il-Gvern huwiex jikkonsidra li jagħmel referendum
fuq dan is-suġġett u għal kuntrarju, jekk jaħsibx il-Gvern illi dan
se jaggrava t-tensjonijiet reliġjuzi fil-pajjiż? Nagħmilha ċara li
ovvjament kontra l-abort.
Prim Ministru
Iva,
l-ewwelnett irrid ngħid illi din l-inizjattiva bdiet mill-grupp ProLife
illi ħarġu bi proposta, illi kkomunikawha lill-pubbliku, però
kkomunikawha lill-Partiti Politiċi, ikkomunikawha lill-Gvern u
kkomunikawha lill-Oppożizzjoni wkoll. Il-Gvern ikkunsidra - min
segwa d-diskors tal-viċi Prim Ministru tal-bieraħ seta’ jinnota illi
l-viċi Prim Ministru qal illi hemm kuntatti u konsultazzjoni fis-sens
ma’ l-Oppożizzjoni, nixtiequ illi jkollna r-reazzjoni ta’ l-Oppożizzjoni.
Anzi ma nixtiequx illi din tkun inizjattiva tal-Gvern, u din għamilha
ċara l-Viċi Prim Ministru u nixtiequ li tkun ir-riżultat, l-inizjattiva
illi tkun ir-riżultat ta’ movement nazzjonali. Jiġifieri aħna
nixtiequ illi din nagħmluha jekk verament fil-pajjiż ikun hawn
is-sentiment illi ħaġa bħal din għandha ssir.
Il-Gvern
għandu politika li hija favur il-ħajja, assolutament favur il-ħajja.
Bħalissa fid-dinja kollha hemm diskussjonijiet għaddejjin li għandhom
x’jaqsmu direttament u indirettament, mhux biss ma’ l-abort, imma
anki ma’ kif wieħed jittratta l-bidu tal-ħajja, u allura dan id-dibattitu
f’pajjiżna importanti li jsir, u importanti illi pajjiżna bħala
poplu, jieħu l-pożizzjoni illi taqbel mal-valuri illi huwa jemmen. Jiġifieri
mhix dovuta għal xi kriżi, le, ir-risposta dan huwa statement
u nagħmlu bħala poplu u bħala pajjiż.
Naħseb illi d-dibattitu għandna nħalluh għaddej.Issa naraw daqxejn, jiġifieri l-iskop ta’ l-intervent
tal-bieraħ kien biex nagħmlu pubbliku xi ħaġa illi kienet għaddejja
bl-inizjattiva li bdiet minn naħa tal-ProLife
u naraw ir-reazzjonijiet xi jkunu. Imbagħad nimxu minn hemmhekk.
Charles Muscat – MediaLink
Communications
B’rabta
mal-kummenti tiegħek dwar l-atti vandali li seħħew dan l-aħħar,
fix-xhur li għaddew il-Gvern kien ħabbar li se joħroġ regolamenti ġodda
għal min iħammeġ eċċ eċċ.Fiex
wasal dan il-proċess?
Prim Ministru
Dak huwa parti importanti, ir-regolamenti ilhom li ġew imfassla, għaddejnihom
lill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, għaliex biex jiġu
implimentati għandhom bżonn il-koperazzjoni sħiħa tal-Kunsilli
Lokali.Qed jiġu
kkunsidrati flimkien ma’ l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.
Victor Vella – Union Press
Il-bieraħ
l-Uffiċċju tiegħek ta kummenti lill-ġurnali u rigward ir-risposta li
tajthom semmejtu lill-General
Worker’s Union biss rigward ir-Referendum, meta inti taf li hemm
kwestjoni bejn l-Unions fuq ir-Referendum.
Il-mistoqsija twassal lill-Uffiċċju tiegħek biex isemmi l-GWU biss u
ħalla barra lill-Unions oħrajn
u jekk tħossx li l-Gvern, bir-risposti li ta hux qiegħed jirrikatta
lill-Unions, u hux qed jagħti sinjal lill-poplu li l-Gvern donnu qed jibża
mir-Referendum.
Prim
Ministru
Il-Gvern
mhux qed jibża minn xejn nassigurak.Il-pożizzjoni hija din, aħna ppruvajna u ddedikajna siegħat
twal, xhur twal għal diskussjonijiet biex jintlaħaq qbil fuq patt soċjali.Kulħadd jaf, huwa pubbliku, illi l-Gvern lest li jaċċetta pożizzjoni
fejn jitnaqqsu jumejn mill-leave.Kulħadd
jaf ukoll din il-pożizzjoni kienet aċċettata mill-Unions,
ma ġietx aċċettata mill-GWU.Kulħadd jaf illi dik il-miżura kienet importanti għax hija miżura
biex tgħin tintrebaħ il-kompetittivita’ għal pajjiżna.Partikolarment fis-settur tal-manifattura u tat-turiżmu.F’pajjiżna hawn ħafna nies illi l-ħin kollu jinkoraġġixxu
lill-Gvern biex jiġbed u jirbaħ il-kompetittivita’, partikolarment f’dawn iż-żewġ
setturi – il-manifattura u t-turiżmu.Bla dubju ta’ xejn, dik il-miżura ta’ tnaqqis ta’ leave tgħin biex dawn iż-żewġ setturi tagħna jkunu kompetittivi.Minħabba li ma nlaħaqx il-ftehim, il-Gvern allura għadda biex
titbiddel il-liġi tal-festi pubbliċi.U r-riżultat ta’ dak issa huwa illi għal din is-sena jintilfu
erbat ijiem, għas-sena d-dieħla jintilfu jumejn u dan il-proċess
jibqa’ għaddej għaliex din hija bidla fil-liġi li tibqa’ hemm.
Il-fatt illi ma ntlaħaqx il-ftehim tfisser illi l-Gvern kellu jerfa’ r-responsabbilta’
tad-deċizjoni u jeħodha u l-Gvern ma beżax jeħodha dik id-deċiżjoni.L-informazzjoni li għandu l-Gvern hija illi s-Segretarju tal-GWU
beda proċess ta’ konsultazzjoni ma’ Unions
oħrajn biex isir Referendum fuq din il-miżura.Jiġifieri biex il-kompetittivita’ li rbaħna nneħħuha.Il-Gvern għandu responsabbilta’ għal ġid tal-ħaddiema
stess biex nikkonsolidawlhom il-postijiet tax-xogħol tagħhom u biex niġbdu
iktar investiment lejn pajjiżna, li ma nħallux lil min ifixkel il-proċess
tal-Gvern biex nirbħu l-kompetittivta’.Ir-risposta li ngħatat lill-orizzont
il-bieraħ li jekk isir dan ir-Referendum u jkollu riżultat illi
din il-miżura titneħħa, iva l-Gvern ineħħi uħud mill-festi pubbliċi
li aħna għandna bl-iktar mod kategoriku.
Mario
Micallef – PBS
Mistoqsija dwar ir-riformi li l-Gvern tiegħek qiegħed
imexxi l-quddiem fl-aġenda tiegħu għax-xhur li ġejjin li ġew
identifikati minnek stess ukoll. L-ewwelnett
fuq ir-riforma fil-portijiet din il-ġimgħa kien hemm kumment illi r-riforma
fil-portijiet li qed tkun proposta, tista’ tiġi nterpretata bħala
vendikazzjoni kontra l-GWU u membri tagħha u hux ġustifikat dan
il-kumment u fiex waslet il-ħidma riforma fil-portijiet u r-riforma
fis-saħħa, donnu raqdet għal kollox?
Prim
Ministru
Anke r-riforma tal-portijiet hija marbuta b’mod
intimu mal-kompetittivita’ ta’ pajjiżna.Il-ħlasijiet illi f’pajjiżna jsiru għal min juża l-faċilitajiet
tal-portijiet tagħna huma fost l-għola jekk mhux l-għola fl-Ewropa
kollha.L-investiment illi
suppost li sar fil-portijiet tagħna biex jilħqu livelli ta’ effiċjenza
għola, qatt ma sar minn min kellu jagħmilha, jiġifieri mill-Cargo
Handling.Il-proċess
wasal iż-żmien illi jiġi rivedut radikalment.Jekk issa r-riforma tfisser vendikazzjoni għas-Segretarju Ġenerali
tal-GWU għax hu ġie kkwotat li qal hekk, allura m’aħniex niftehmu.Din mhijiex vendikazzjoni kontra xi ħadd.Din hija dmir li aħna għandna biex lil pajjiżna nagħmluh
kompetittiv.Huwa preċiż
dak li l-GWU ila tgħid lill-Gvern, biex insiru kompetittivi.
Jekk aħna rridu nħarsu l-postijiet tax-xogħol
fis-settur tal-manifattura ta’ pajjiżna u niġbdu iżjed l-investiment
lejn pajjiżna, r-riforma fil-portijiet hi inevitabbli u ħa nkun ċar -
ir-riforma trid twassal biex innaqqsu l-ispiża b’mod qawwi, illi titħallas
illum u allura rridu nsibu l-metodi kif ikun hemm effiċjenza u
produttivita’ ħafna ikbar minn dak li għandna llum.
Il-proċess huwa għaddej u l-pass illi jmiss huwa
li nidħlu fil-proċess ta’ ħruġ ta’ sejħa għall-interessi, ħalli
naraw min ikun interessat li jidħol, ladarba jagħlaq il-kuntratt eżistenti,
li jagħlaq is-sena d-dieħla.Però
mhux dik biss, għax billi inti tbiddel jew toħroġ u tara min hu
nteressat biex imexxi b’kundizzjonijiet differenti milli hemm illum,
dak huwa biss parti mill-mużajk ħafna iktar wiesa’, għaliex ġol-portijiet
iridu jinbiddlu tariffi, jidħlu effiċjenzi ġodda u strutturi ġodda.Ġol-portijiet hemm bżonn illi jkun hemm investimenti ġodda u
allura l-proċess ta’ riforma huwa radikali, huwa qawwi.
Nitkellem dwar ir-riforma fis-saħħa.Id-diskussjonijiet interni fil-Gvern għadhom għaddejjin.Ftit taż-żmien ilu ukoll jidhirli, waqt press
briefing li kelli magħkom, jiena kont ikkummentajt illi għal dak
li għandu x’jaqsam ma’ riforma f’pensjonijiet, qegħdin on
track bil-ħruġ ta’ White
Paper u issa l-proċess wasal fi stadju fejn qegħdin nanalizzaw
il-kummenti kollha li saru ħalli nkunu nistgħu issa mmorru għall-proċess
leġislattiv.
Għar-rigward tar-riforma fis-saħħa, d-diskussjonijiet
għadhom għaddejjin.Bħalissa
qegħdin jikkonċentraw b’mod qawwi fuq l-ispiża li aħna għandna
fil-qasam tas-saħħa f’dak li għandu x’jaqsam ma’ mediċini u l-affarijiet
illi jintużaw fl-operazzjonijiet li jsiru fl-isptarijiet tal-Gvern.Qegħdin nanalizzaw il-metodi ta’ kif jinxtraw f’pajjiżna
dawn il-mediċini u dawn is-supplies, ħalli naraw jekk hemm nistgħux nagħmlu bidliet illi
jfissru li nkunu qed nindirizzaw waħda mill-elementi fl-ispiża
tal-Gvern li qegħda tiżdied b’ritmu allarmanti.Jiġifieri l-ispiża tal-Gvern f’dak li għandu x’jaqsam
ma’ mediċini u affarijiet li jintużaw fl-operazzjonijiet, qegħda tiżdied
b’mod allarmanti.Parti
minn dan huwa r-riżultat tas-suċċess tagħna għaliex iktar ma kemm
isiru operazzjonijiet u suċċess fl-isptarijiet tagħna, l-ispiża
naturalment iktar bdiet tikber.Però
żgur u qed jirriżulta li hemm raġunijiet oħrajn.Il-parti tar-riforma li rridu nindirizzaw għandha x’taqsam
ukoll ma’ dan.
Sadanittant ukoll, għaddejjin diskussjonijiet
interni biex naraw prattiċi ta’ xogħol ġodda li għandhom jidħlu
bl-iskop illi meta naslu biex nittrasportaw minn St Lukes għall-Isptar
ta’ Mater Dei, il-ftuħ tiegħu,
allura jkollna Sptar Mater Dei illi
jkun qed jiffunzjona b’metodi u prattiċi ta’ xogħol li jkunu
addattatigħaż-żminijiet
tal-lum u addattati għall-bżonnijiet taċ-ċittadini tagħna.
Kurt
Sansone – Malta
Today
Fid-dawl
ta’ l-ERMII.F’dawn is-sentejn
li ġejjin id-dħul li se jkollu l-Gvern mill-privatizazzjoni kif se
jinkwadra – se jaqta’ mill-ispiża rikorrenti biex ibaxxi d-deficit
jew se jsir xi ħaġa oħra b’dawn il-flus.
U
apparti hekk f’dawn is-sentejn li ġejjin fir-rigward ta’ taxxi, l-Gvern
għandu pjanijiet ta’ taxxi ġodda jew li jżid taxxi eżistenti biex
nilħqu l-miri ta’ Maastricht?
U
ħaġa li tkellimt fuq ir-rapport tal-Kummissjoni Elettorali – meta għidt
fassluhom skond il-Kunsill Lokali, jiġifieri d-distretti ġew imfassla
skond il-borders tal-Kunsilli
Lokali għax ma fhimtx eżatt il-punt.
Prim Ministru
Id-dħul
mill-privatizazzjoni ma jmurx kontra l-ispiża rikorrenti.Id-dħul imur biex jaqta’ mid-dejn nazzjonali li aħna għandna.Jiġifieri l-Pjan ta’ Konverġenza tagħna jikkonsidra d-dħul
li l-Gvern idaħħal mill-privatizzazzjoni, però mhux biex inaqqas mid-deficit rikorrenti tiegħu, għalkemm indirettatment dak jiġri
wkoll, għaliex meta inti tnaqqas mid-dejn nazzjonali tiegħek, allura
tfisser li tkun qed tnaqqas l-imaxxijiet li qed tħallas
u l-imgħaxijiet fuq id-dejn huma spiża rikorrenti.Jekk mill-privatizzazzjoni d-dħul tiegħu nitfgħuh kontra d-dejn
nazzjonali, dak iġib miegħu tnaqqis ta’ l-imgħaxijiet illi aħna nħallsu,
allura dak jagħmel impatt pożittiv fuq il-ħruġ rikorrenti tal-Gvern.
Dwar
taxxi ġodda.Din kien hemm
xi rapport ta’ xi ġurnal, jidhirli l-Guardian,
li ġie rrapurtat li qal li bid-dħul ta’ l-ERMII, l-Gvern Malti biex
iżomm mal-Pjan ta’ Konverġenza għandu l-ħsieb li jdaħħal it-taxxi.Din hija
nvenzjoni totali ta’ dan il-ġurnal.M’għandha x’taqsam xejn ma’ l-ERMII u mal-programm
tal-Gvern. Il-programm
tal-Gvern huwa marbut mal-Pjan ta’ Konverġenza bit-targets
ta’ dan il-pjan, dak li stabbilejna li rridu nilħqu aħna
sas-sena 2004 irbaħnieh kollu.Ilħaqnieh
kollu preċiż kif ridna.Hekk
qegħdin nagħmlu wkoll għas-sena 2005.Jiġifieri se nkunu qegħdin għassa biex nilħqu l-objettivi
kollha li nkun stabbilejna għalina nfusna għas-sena 2005.
Ta’ min wieħed jagħmel u jekk l-opinjonisti Maltin mhux se jieħdu l-inizjattiva,
naħseb ikollna nieħdu l-inizjattiva aħna wkoll bħala Gvern, illi nneħħu
din il-perception żbaljata
li aħna għandna rata ta’ tassazzjoni li hija fost l-għola fl-Ewropa.Din hija perception ħażina.Għaliex meta tridtikkalkula
l-piż tat-tassazzjoni, tikkalkula kollox mhux biċċa. Għall-imprenditur
ikkalkula xi jħallas l-imprenditur fil-pajjiżi kollha, mhux biss bħala
income tax, imma bħala VAT, bħala
National Insurance, bħala insurance
għas-saħħa, bħala taxxi u piżijiet oħrajn ambjentali, li pajjiżi
oħra għandhom b’rati stabbiliti f’pajjiżi oħra u tkun tista’
tqabbel anke għal skop ta’ kompetittivita’ jekk inti tqabbel il-piż
ta’ tassazzjoni kollha f’pajjiżi mal-piż ta’ taxation
f’pajjiżna.Trid tara
wkoll li f’pajjiżna għandna sistema ta’ taxation
ta’ kumpanniji ta’ 35%, però
tafu wkoll illi dik il-flat rate imbagħad
meta dik il-kumpannija tqassam il-profitti lix-shareholders, it-taxxi li tkun ħallset fuq il-qligħ tal-kumpannija
tiġi kkredita lix-shareholders.U allura meta wieħed iqabbel il-famuża 35% tagħna għall-kumpanniji,
wieħed irid iqabbel ukoll dan il-vantaġġ li s-sistema Maltija tagħti
u tara jekk pajjiżi oħrajn jagħtux dan il-vantaġġ.
Issa
ħa nkun ċar.Dan ma
jfissirx illi b’xi mod jew b’ieħor il-Gvern għandu xi ħsieb illi
jżid it-taxxa jew l-Income Tax jew
National Insurance.Dawn
huma deċiżjonijiet li wieħed jeħodhom skond l-iżvilupp u ċ-ċirkostanzi
li jkunu qegħdin iseħħu.Il-mira
tal-Gvern hija li jara l-attivita’ ekonomika tiżdied f’pajjiżna,
biex inkunu f’pożizzjoni b’saħħitha biex nikkonsolidaw il-qagħda
fiskali tagħna u biex allura r-riżorsi illi nilliberaw f’pajjiżna,
nkunu nistgħu nużawhom ħalli nistimulaw l-attivita’ ekonomika
f’pajjiżna.Jiena għalhekk
nenfasizza kemm kien urġenti u bżonjuż il-proċess ta’ riforma u
ristrutturazzjoni li aħna għamilna.Ir-ristrutturazzjoni
fit-tarzna, fil-PBS, fil-Gozo
Channel, fl-Air Malta.Dawn
il-proċessi kollha ffrankaw miljuni kbar ta’ liri illi allura jfissru
illi mhux biss qegħdin nindirizzaw deficit
illi aħna għandna bħala pajjiż, però jfissru
wkoll illi l-Gvern seta’ għal din is-sena 2004, iżid sostanzjalment
l-ispiża fil-qasam ta’ l-edukazzjoni u fil-qasam ta’ l-ambjent, għaliex
min jgħidilna li rridu nnaqqsu l-ispejjeż, naturalment nifhem
illi qed jgħidilna biex inaqqsu l-ispejjeż fejn hemm spazju ta’
tnaqqis ta’ dawn l-ispejjeż.Però
f’affarijiet li huma mportanti għal iktar investiment, m’għandniex
noqogħdu lura milli nagħmlu dak l-investiment.Hekk għamilna fil-budget għas-sena
2005 fl-oqsma li għandhom x’jaqsmu mas-setturi partikolari fl-ekonomija
li ridna ninċentivaw, l-SMEs, il-qasam tat-turiżmu li għandu
x’jaqsam mal-conference
business, mal-cruise liner
business eċċ, fil-qasam ta’ l-edukazzjoni inkluż ukoll
fil-qasam ta’ l-ambjent.
Dwar
il-Kunsilli Lokali, id-dokument huwa pubbliku, jiġfieri l-paragrafu li
jidhirli huwa ħdax tistgħu tarawh.F’dan il-paragrafu qiegħed jintqal illi l-Kummissjoni li għamlet,
ħadet ir-riżultat ta’ l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali,
ikkalkulathom fuq livell nazzjonali, ħarġet in-numru ta’ siġġijiet
illi kieku ż-żewġ partiti jġibu, kieku dak ir-riżultat huwa rifless
fuq livell nazzjonali.Imbagħad
ħawdu d-distretti, jiġifieri ċaqalqu d-distretti biex kieku kellna
elezzjoni ġenerali illum, dik l-elezzjoni ġenerali tagħti l-istess riżultat
illi taw l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ta’ Marzu li għadda.
Jiena
nissorprendi ruħi bl-iktar mod qawwi li tintuża din il-loġika mgħawwġa
u artifiċjali biex wieħed ifassal distretti, ħalli jkunu jistgħu jagħtu
riżultat mera ta’ elezzjonijiet ta’ kunsilli lokali, illi t-turnout
f’dawk l-elezzjonijiet kulħadd jaf xi jkun.Jiġifieri huwa turnout sostanzalment
inqas minn dak ta’ elezzjoni
ġenerali u li dak it-turnout
jinfluwenza r-riżultat finali illi joħroġ u li huwa eżerċizzju
f’terz ta’ pajjiżna u li huwa nfluwenzat ħafna drabi ukoll, mhux
dejjem imma wkoll, minn elementi lokali.
Jiena,
kif il-Kummissjoni Elettorali għall-ewwel darba fl-istorja tagħha, tuża
kriterju li mhux biss mhux imsemmi fil-Kostituzzjoni imma l-loġika
turik li qatt m’għandek tużah, jiena sorpriż u rrid ngħid illi ddiżappuntat
b’mod qawwi.
Herman Grech – The
Times
Naħseb
l-unika ħaġa illi l-poplu kollu jaqbel fuqha hija l-bżonn li jkun
hawn il-low cost airlines.Ħafna nies bħalissa qed jakkużaw il-Gvern li qisu qed juża
ċertu strateġija biex jiddefendi l-ineffiċjenza ta’ l-Air
Malta.Nixtieq nara x’inhuma l-veduti tiegħek fuqha.
It-tieni
domanda, naħseb kif smajna aħna smajt int, dejjem ikun hawn talk
fuq reshuffling, imma
donnu din il-ġimgħa kien hemm daqxejn climax
mhux ħażin.Qed nisma
illi qed toħloq anke ċertu ansjeta mal-Ministri u l-back
benchers.X’kummenti għandek?
Prim Ministru
L-ewwelnett
dwar il-low cost airlines ħa nkunu ċari.Jistgħu jibdew minn għada.Kull low cost airline
tista’ tiġi u tibda.Issa
jekk tiġi low cost airline
ssusidjat mit-taxxi tal-poplu!Jiena
niżen kollox, ma naħsibx li jiena għandi nissussidja lil xi operatur
jekk almenu ma nissussidjax lil kulħadd, għax allura nkun qiegħed
niddiskrimina kontra l-linja nazzjonali ta’ pajjiżjna, però mhux dik
biss, il-linji l-oħrajn li joperaw f’pajjiżna.Biss aħna miftuħin u rridu nesploraw bl-iktar mod pożittiv
kull opportunita’ li jkollna biex inkabbru n-numru ta’ turisti li jiġu
għal pajjiżna.Però dak
ma jfissirx illi allura irridu nagħmlu lilna nfusna tapit.Is-serjeta’ titlob illi aħna nagħtu l-opportunitajiet kollha
lil min lest li jinvesti, biex inżidu n-numru ta’ turisti lejn pajjiżna,
però bil-għaqal u bil-bilanċ illi jieħu in konsiderazzjoni l-interessi
kollha nazzjonali.
It-tieni
punt reshuffle.Dik hija deċiżjoni
li jieħu l-Prim Ministru skond iċ-ċirkostanzi li jkunu qegħdin jiżviluppaw
fil-mument.Naħseb illi l-gazzetti
f’pajjiżna u l-media f’pajjiżna
dejjem jippruvaw jaraw jistadux ftit għal xi reazzjonijiet.Dik hija xi ħaġa li jiena naċċetta, dak huwa xogħol il-ġurnalisti
u l-ġurnaliżmu f’pajjiżna.Ir-risposta tiegħi hija li dik hija deċiżjoni li neħodha jien u huwa
forsi privileġġ uniku ta’ Prim Ministru.
Jiena l-ġurnata nqattagħha naħseb fuq ħafna
affarijiet, ma nelimina xejn, naħseb fuq kollox.Ma naħsibx però illi għandi ministri illi huma anzjużi, għandi
ministri illi huma ddedikati u qegħdin jaħdmu kollha kemm huma fuq id-diversi
issues li aħna għandna.Il-ħidma tal-Gvern hija intensa ħafna fil-livelli kollha u bil-mod
il-mod, ir-riżultat ta’ dik il-ħidma bdiet toħroġ u għad irid joħroġ
ħafna iżjed.Il-ħidma li
kellna matul it-tnax il-xahar li għaddew b’mod partikulari, mhux it-tnax
il-xahar biss imma s-sentejn li għaddew, jiena spegajtha fil-press
briefing illi kont tajt f’egħluq is-sentejn ta’ ħidma ta’
dan il-Gvern u għidt illi hemm numru qawwi ta’ inizjattivi oħra illi
qegħdin jiġu studjati u fil-mument opportun inkunu nistgħu nħabbruhom.U rrid ngħid illi l-inizjattivi huma interessanti ħafna.
Julia
Farrugia – Super 1
Prattikament il-mistoqsija fiha tliet punti dwar
il-piżijiet illi qed joħorġu mill-bwiet taċ-ċittadini. Dan l-aħħar
ħarġu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Kien hemm diversi persuni
ilmentaw: kontijiet per eżempju, Lm60 u Lm70, u m’aħniex qed insemmu
familji ta’ xi 10 itfal. Għandna kampjun hawnhekk per eżempju ta’
persuna li tgħix weħedha, tmur torqod biss id-dar u prattikament tiegħu
s-shower qabel torqod.
Sas-sena illi għaddiet, jiġifieri għandek 4 xhur sħaħ il-kont ġie
Lm5.66 u l-aħħar kont illi ħareġ ta’ xahrejn biss kien 4 darbiet
aktar. X’tikkonferma? X’inhi r-reazzjoni tiegħek? Veru hawn dawn
il-piżijiet ġodda u li l-kontijiet ogħlew b’mod sostanzjali?
U
dwar dan l-aspett tal-finanzi li at
theend of the day qed jinħarġu miċ-ċittadini Maltin, żewġ proġetti
illi daħal għalihom il-Gvern. Id-Dar Malta u l-Isptar Mater Dei. Veru li l-Isptar Mater
Dei għal darba oħra inbidlu l-pjanti? U Dar Malta l-Gvern għandu
konferma jew le jekk it-taxxi l-Gvern tal-pajjiż hux se jitlob illi l-Gvern
Malti jħallas taxxi fuq dik il-propjetà? Grazzi.
Prim
Ministru
Mela, l-ewwelnett nitolbok biex x’ħin nispiċċaw
mill-press conference tħallili
photo-copy ta’ dawk
il-kontijiet. Mhux
suppost li kont isir 4 darbiet aktar. Aħna introduċejna surcharge,
suppost il-kont jiżdied bis-surcharge.
Issa ok stajna ma introduċejniex
is-surcharge, kien ikollu jħallas
il-Gvern mit-taxxi tal-poplu d-differenza illi qed jitħallsu bħalissa
mill-kontijiet tad-dawl u ta’ l-ilma. L-ispjegazzjonijiet tajnihom - minn x’imkien il-flus
iridu jiġu, parti mill-piż refagħha l-Gvern għaliex meta tikkunsidra
ż-żieda fil-prezzijiet taż-żejt illi kellna matul ix-xhur illi għaddew
u li għandhom s’issa f’livelli għoljin ħafna. Dik iż-żieda xi
ħadd ikollu jħallasha, dejjem se jkunu qed iħallsuha n-nies. Dan
importanti li rridu nżommu quddiem għajnejna.
Dejjem
se jkunu qed iħallsuha n-nies. Sia jekk tiġi f’forma ta’ surcharge
fil-kont, sia jekk tiġi forma ta’ parti mit-taxxa li n-nies stess qegħdin
iħallsu. U allura r-realtà hija illi l-Gvern ma tefax il-piż kollu
fuq in-nies, il-Gvern aċċetta illi l-Enemalta
terfa’ parti sostanzjali mill-piż ta’ dawn iż-żidiet
fil-kontijiet tad-dawl, u dik il-parti l-Gvern issa jrid jiffinanzjha
billi jaqta’ mill-ħela ta’ l-Enemalta,
billi jaqta’ mill-ħela ta’ l-elettriku, billi jaqta’ mill-abbużi,
jiġifieri dik irridu nġibuha minn żieda f’effiċjenza. Issa naħseb
illi din ta’ min nispjegawha lin-nies illi ż-żieda fiż-żejt ma
laqtitx lil Malta biss, jiġifieri ż-żieda
fil-preżż taż-żejt laqtet lid-dinja kollha. Jekk issa l-Oppożiżżjoni
jew xi ħadd jaħseb li pajjiżna nistgħu nagħlquh ġo bozza u
nippretendu illi din ma laqtitniex, allura jien ma nagħmilx il-politika
b’dan il-mod.
Il-politika
nagħmilha billi nispjega lin-nies li dan huwa effett ta’ xi ħaġa
illi hija barra mill-kontroll tagħna, ta’ żidiet li ġew riżultat
ta’ żidiet fil-prezz taż-żejt. Jiġifieri jekk hawn xi ħadd illi
jrid jgħid li l-prezz taż-żejt ma żdiedtx jekk jogħġbu joħroġ jgħidha.
U jgħidilna illi mhux vera illi l-prezz taż-żejt żdied. Jiena
nmerrieh, u jseqwi l-aħbarijiet ħalli jara u jaf x’qed jiġri.
Dwar
l-Isptar Mater Dei, mhux vera li nbidlu l-pjanti. L-Isptar Mater
Dei li għamilna poġġejna bil-qiedgħa matul ix-xhur illi għaddew
mas-setturi kollha, jiġifieri qed ngħid mar-rappreżentanti tat-tobba
u mar-rappreżentanti ta’ min jaħdem fil-qasam ta’ l-Isptar Mater
Dei biex id-deċiżjoni li ħadna meta ntlaħaq il-ftehim
f’Novembru illi għadda, illi ċerti fażijiet li kienu pproġettati
li jsiru 2010, 2011 u 2012, minflok li nistennew sa dak in-nhar
nimplimentawhom issa billi nbiddlu l-użu ta’ spazju kif ippjanat ġewwa
Mater Dei.Matul dan ix-xhur
illi għaddew, iddiskutejna mal-gruppi partikolari. Biex nagħti eżempju,
ridna illi l-Medical School u
l-Institute tat-Tagħlim
tal-Qasam tal-Kura Medika jiġu integrati fil-bini eżistenti, kif jeżisti
llum, biex inkunu nistgħu mill-ewwel inċaqalqu l-Medical
School u nintegrawha mill-bidu nett. Dik l-issue
fissret illi ridna npoġġu bil-qiegħda u naraw jekk kienx hemm spazji
illi setgħu jiġu utilizzati aħjar milli kien qed jiġi ppjanat oriġinarjament,
ħalli nkunu nistgħu nimplimentaw il-mira li aħna kelllna.
Dan
l-eżerċizzju ġie konkluż u lħaqqna l-iskopijiet tagħna, u allura
mhux inbiddlu l-pjanti imma nbiddlu partijiet interni fl-Isptar Mater
Dei dwar kif se jintuża l-bini. Biex jintuża l-ispazju. Dan kollu hu
maħsub fil-pakkett illi ġie miftiehem ma’ l-Iskanska dwar il-prezz
finali.
Infakkar
illi l-prezz finali ma’ l-Iskanska kien Lm139,000,000, imbagħad magħhom
separatament Lm5,000,000 oħra illi dik l-ispiża tal-Lm5,000,000 kienet
preċiżament biex tkopri dawn ix-xogħlijiet ta’ aġġustament, ħalli
dak li kien ippjanat li jsir 5 snin oħra, 6 snin oħra, nkunu nistgħu
nagħmluh minn issa. Naturalment aħna dħalna fid-dettal biex naraw
illi jekk kellna spazji ta’ uffiċini li kienu spazji li setgħu jiġu
ridimensjonati, irridimensjajniehom għal dak li jidhrilna li għandu
jkun aċċettabbli fiċ-ċirkostanzi, u jidher illi mxejna b’mod illi
kulħadd fehem x’inhi l-pożizzjoni u naħseb illi llum għandna
sitwazzjoni illi hi ħafna aħjar minn dik li kellna sa
sitt xhur ilu.
Għar-rigward
ta’ Dar Malta, il-pożizzjoni hija
din: aħna kkonkludejna l-pjanti kollha li kellhom isiru għar-rigward
ta’ Dar Malta u li kellhom jiġu
sottomessi lill-awtoritajiet, l-ekwivalenti tal-Planning
Authority fi Brussell, biex ikun hemm l-awtorizzazzjoni ħalli dawn
ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jsiru. Dalwaqt se jibda l-proċess biex
isiru dawn ix-xogħlijiet. Dwar Dar Malta nirrepeti, l-intenzjoni
tagħna hija, illi tkun tiffunzjona b’mod li tiġġenera hi stess
revenues, dħul, li jkopru l-ispejjeż biex tkun tista’ titmexxa
dik l-Ambaxxata.
Għar-rigward
tat-taxxa nerġa’ ngħid, illi dak li kont għidt, jidhirli tliet xhur
ilu, erba’ xhur ilu, jekk mhux iżjed meta kienet ġiet mistoqsija,
meta kienet saret din il-mistoqsija, il-pariri ta’ l-accountants
tagħna Belġjani, u anki Maltin, huwa li aħna m’għandniex inkunu suġġetti
għat-tassazzjoni jekk aħna nużaw metodu partikolari ta’ kif jinkrew
l-ispazji illi aħna għandna.
Xi
ħadd ieħor?
Charlotte Bonavia
– Di-ve.com
Konxju
mill-fatt illi xi partijiet mit-toroq illi qed isiru ta’ Ħaż-Żebbuġ
f’dan il-każ qed jerġgħu jinqalgħu għax hemm xi ħsarat tal-waterworks?
U
mistoqsija oħra fuq l-atti vandali, għandkom indikazzjoni min u għal
liema raġuni eżatt qed jagħmel dawn l-atti?
Prim
Ministru
Għall-ewwel mistoqsija le, m’għandix l-informazzjoni.
Jista’ ikun però m’għandix din l-informazzjoni. Jiena żort ix-xogħlijiet
li kienu qed isiru l-ġimgħa illi għaddiet. Xogħlijiet
għaddejjin bir-ritmu tajjeb ħafna, on
schedule, on budget, tajjeb, on scheduleonbudget. Dawn huma x-xogħlijiet illi s’issa qegħdin isiru mill-flus
tal-Protokoll Taljan, issa l-proċess biex jibdew ix-xogħlijiet mill-flus
finanzjati mill-Unjoni Ewropea wkoll huwa avvanzat u dan se nkunu qed
naraw ix-xogħlijiet jikbru wkoll f’dan il-qasam.
Ix-xogħlijiet
huma estensivi. Jiena rajt b’għajnejja dak li qed isir u l-kwalità
ta’ xogħol huwa tajjeb ħafna. Mhux ngħid jien għax jiena m’iniex
espert, biex inkun nista’ nagħti ġudizzju, imma min qiegħed auditing
dak li qed isir, qiegħed jgħidilna illi l-istandard
tax-xogħlijiet huwa tajjeb, magħmul ukoll minn ħaddiema Maltin li
qegħdin jaħdmu u qed jaħdmu tajjeb.
Dwar
l-atti vandali m’għandix indikazzjonijiet s’issa, però l-pulizija
qiegħda tinvestiga. L-anqas
nista’ ngħid x’jistgħu jkunu l-motivazzjonijiet. Nista’
ninterpreta, imma ma nistax ngħid. L-interpretazzjoni tiegħi hija li
norbot kollox għax jiena miniex naïve.
Jiena li ntella billboard
li hija billboard dwar it-toroq
il-ġodda u nara miżbugħ fuqha ‘taxxi ġodda’, fl-istess ġurnata
illi nara ż-żejt mitfuħ mal-Bieb tal-Bombi u fl-istess ġurnata li
jkun hemm żejt mixħut mal-Istitut Kattoliku u ftit ġranet wara li
jkun intefgħa żejt mal-faċċata tal-Każin tal-Partit Nazzjonalista
ġewwa San Pawl il-Baħar, naħseb illi m’għandhekx għalfejn tkun
professur ta’ l-Università biex tifhem illi min qed jagħmel dawn l-atti
vandali għandu xi skop, jew ta’ vendikazzjoni jew xi ħaġa hekk.
Napprezza illi kulħadd ikkundanna dan l-aġir. Il-Partit
Nazzjonalista kkundannah, l-Oppożizzjoni ikkundannah u s-soċjetà ċivili
kkundannatu u dan huwa tajjeb.Il-pajjiż
għandu kollu kemm hu, jirribella kontra min juża atti illi jagħmlu ħsara
lill-pajjiż kollu kemm hu u jien nittama illi l-investigazzjonijiet
iwasslu biex il-persuna responsabbli tinstab ħalli jkunu jistgħu
jittieħdu l-passi kollha li hemm bżonn fil-konfront tiegħu.
Noel Grima
– The Malta
Independent on Sunday
Żewġ
mistoqsijiet illi m’għandhomx jaqsmu ma’ xulxin. Tony Blair
il-bieraħ qal “Ilistened”
u mingħalija “andI
understood”
Prim Ministru
“and I learnt”
Noel Grima
– The Malta
Independent on Sunday
“and I learnt”, inti
tista’ tgħidha għalik wara t-12 ta’ Marzu?
U t-tieni mistoqsija li m’għandha x’taqsam xejn.
Il-Gvern qiegħed jagħmel rijabilitazzjoni kbira, upgrading tal-Bajja ta’ San Ġorġ u qamet l-issue f’diversi ġurnali dwar it-tender
illi ħarġet dwar il-beach
facility. Kien hemm PQ
fil-Parlament u kien hemm anki tweġiba estensiva li kienet meħudha,
ippreżentatha minħabba diversi dokumenti illi kien hemm, li kienu
jindikaw għaliex ingħatat it-tender
kif kienet ingħatat u għaliex il-contractscommittee jew ma nafx min kien iddeċieda illi jagħti t-tender
li developer illi għandu lukanda 5-star
fil-viċin illi anki tagħmel sens. Li fil-fehma tiegħi ma tantx tagħmel
sens u qed insaqsi huwa imma l-prezz, anki jekk ogħla minn Lm5,000 għal
Lm8,500 jew xi ħaġa hekk, huwa verament prezz illi tagħti postazzjoni
bħal dik f’bajja rijabilitata u bajja magħmula b’mod ġdid mill-pajjiż?
Prim
Ministru
Dwar din il-mistoqsija fil-politika jiena tgħallimt
illi kuljum trid tkun il-ġurnata illi inti tisma u titgħallem. U l-mistoqsija
tiegħek kienet isma, imma wara r-riżultati tat-12 ta’ Marzu jien bħala
Prim Ministru smajt u tgħallimt?
Ir-risposta sinċerament hija iva, u tibqa’ titgħallem.
Jiena wieħed minn dawk li dejjem ngħid aħna m’aħniex perfetti imma
bnedmin. Żbalji nagħmlu però min ma jagħmel xejn ma jiżbaljax, min
joqgħod b’idejh fuq żaqqu u joqgħod bil-qiegħda fuq pultruna
jikkritika l-ħin kollu, min m’għandux allura responsabbiltà tad-deċiżjonijiet
kuljum, kull siegħa ta’ kull ġurnata. Jiena dejjem għidt, jien
stess nammetti li kienu saru żbalji mela le, imma bħalma għamilna żbalji
għamilna affarijiet tajbin u r-riżultati qegħdin narawhom. U imma
allura semmili xi żbalji li stajtu għamiltu? Jista’ jkun li għaġġilna
f’ċerti affarijiet, jiena naf, kif għamilna ċerti affarijiet, il-mod
ta’ kif introduċejna miżuri bħalma huma l-eco-contribution
stajna introduċejnieha b’mod aħjar. Stajna fehimna aktar lin-nies,
stajna morna aktar viċin in-nies biex infehmuhom illi d-deċiżjonijiet
illi qegħdin nieħdu iebsin kemm huma iebsin, huma fl-aħħar mill-aħħar
għal ġid tal-pajjiż u allura għal ġid ta’ l-individwu,
tal-persuna. Però l-politika rrid ngħid hija proċess li tisma’ u
titgħallem u din inpoġġiha fil-kuntest ukoll tad-deċiżjonijiet illi
ħadna, jiġifieri ma bqajniex ċassi quddiemha, din id-deċiżjoni illi
nibdew numru ta’ laqgħat illi fihom jien bħala Prim Ministru u
Ministru sħabi, niltaqgħu ma min jinteressa ruħu u li jiġi
f’Kastilja u jesprimi, jitkellem fil-libertà kollha, dik id-deċiżjoni
ħadnieha preċiżament għax irridu iva nersqu aktar viċin lin-nies
tagħna u nfehmuhom u nispjegawlhom. Anki nispjegaw id-deċiżjonijiet
id-diffiċli.
Dwar il-Bajja ta’ San Ġorġ, li nista’ ngħid
huwa li l-prezz kien ir-riżultat ta’ proċess ta’ tendering.
Issa ma nistax nidħol f’dak il-mertu jien. Jiena ninsisti bħala
Gvern mhux biss imma l-Ministri kollha li aħna, f’pajjiżna għandna
l-istrutturi illi qegħdin hemm għal ta’ l-apposta biex nieħdu d-deċiżjonijiet,
jiġifieri jiena mhux se nidħol fil-mertu issa ta’ funzjoni li issa
qed jitwettaq jew mill-Contracts
Committee jew minn Kumitat li jkun twaqqaf għal ta’ l-apposta
biex jieħu d-deċiżjoni kummerċjali jekk il-Gvern għandux jagħtiha
jew għandux ma jagħtihiex. Jiġifieri ma nafx personalment inwieġbek
fid-dettall issa, għax il-prezz lanqas naf jien bl-amment xi jkun, imma
naf żgur illi kien proċess trasparenti għall-aħħar b’riżultat ta’
proċess ta’ tendering illi
għalih kulħadd seta’ jitfa t-tender
u tat dan ir-riżultat.
Insostni illi l-Bajja ta’ San Ġorġ hija parti
integrali minn dak illi nsejħu the
Golden Mile - il-mil tad-deheb - illi għandna fin-naħa ta’ pajjiżna
fejn hemm konċentrazzjoni ta’ lukandi 5-star
u attività turistika mill-aqwa, u kien għalhekk illi ridna li l-flus
illi investejna fil-Bajja ta’ San Ġorġ, li tawna prodott eċċellenti,
issa insostnuhom billi jkollna fil-Bajja ta’ San Ġorġ ukoll servizzi
li jkunu jistgħu jgħinu dik il-bajja tiġi managed.
Jiġifieri jien fhimnt il-punt li qed tagħmel, m’intiex qed
tikkontesta l-konċessjoni fiha nnifisha imma pjuttost il-valur.
M’iniex f’pożizzjoni, imma normalment la ma jkollix il-fatti kollha
f’idejja noqgħod daqxejn lura. Normalment internament żgur ikun hemm
limitu stabbilit li jekk dak il-limitu ma jintlaħaqx għax internament
qed ngħid mil Lands Department jew
mill-Contracts Committee jew
min ikun responsabbli, illi jekk dak il-prezz minimu, stabbilit ma
jintlaħaqx, it-tender ma tingħatax.
Imma ma nafx jekk f’dan il-każ sar, imma jista’ jkun jidhirli li
din il-parti kienet imwieġba wkoll fit-tweġiba li ngħatat
fil-Parlament. Però
m’iniex ċert.
Kurt Sansone –
Malta Today
Fuq
dan il-punt il-prinċipju li parti minn dik il-bajja hija private
beach tal-lukanda, dan huwa prinċipju ġdid li se narawh jiġi
addottat f’postijiet oħra? Il-privatizzazzjoni tal-beaches
tagħna?
Prim Ministru
Le, għandna
numru ta’ concessions f’diversi
lokalitajiet ta’ pajjiżna illi jingħataw.Għandna numru minnhom li huma marbutin ma’ five stars normalment.Li
huwa mportanti huwa illi aħna l-beaches
tagħna, jiġifieri l-bajjiet tagħna jkollhom sistema ta’ management biex mhux nispiċċaw, kif għandna f’diversi
lokalitajiet u beħsiebna nbiddluha, kulħadd jokkupalek l-ispazji
bl-umbrelel u mbagħad ħadd ma jista’ jmur igawdi dak l-ispazju,
b’mod li jkun organizzat sew.B’mod
illi l-affarijiet isiru kif għandhom isiru fuq livelli anke
professjonali li mbagħad anke jieħdu ħsieb l-iżvilupp ta’ dik
il-bajja, li jkun hemm responsabbilta’ għall-iżvilupp ta’ dik
il-bajja.
Jiġifieri
hemm proċess ta’ management
tal-beaches illi huwa
mportanti li jsir u metodu kif dan isir hija wkoll billi tuża l-concession
biex inti lil dak li jkun titfalu responsabbilta’ mhux biss li jżomm
il-parti li tiġi konċessa, imma jżomm it-tindif, il-maintenance tal-bajja kollha kemm hi.Jiġifieri dan kunċett illi għall-pajjiż huwa tajjeb,huwa xi
ħaġa li aħna qegħdin niddiskutuh fl-inter-ministerial committee tat-turiżmu, li qed jiltaqa’
regolarment u li qed nieħdu diversi inizjattivi u deċiżjonijiet
f’dan il-kumitat inter-ministerjali li jiffoka fuq dan is-settur tant
importanti għal pajjiżna u wieħed mit-targets
li aħna għandna hija li jkollna, l-ewwelnett iktar bajjiet, jiġifieri
l-ħsieb tagħna huwa illi dak li għamilna fil-bajja ta’ San Ġorġ
nirreplikawh.
Se
nippruvaw ikollna proġett wieħed kull sena ta’ dak it-tip biex inżidu
s-sandy beaches li aħna għandna
f’pajjiżna.Imma mhux dak
biss, nixtiequ wkoll li jkollna management
tal-bajjiet tagħna li jkun aħjar minn dak li kellna s’issa, li jkun organizzat iżjed u
li jagħti allura image ħafna
aħjar ta’ pajjiżna mal-Maltin stess.Jiena dejjem nenfasizza magħna stess l-ewwel u qabel kollox, però
imbagħad mat-turisti li jżuruna.
Julia Farrugia – Super 1
Strateġija
ġdida, allura l-pubbliku Malti dik għalih tiġi private beach li trid tħallas? Għax naħseb ħafna nies qed
jistaqsuhom dawn il-mistoqsijiet.
Prim Ministru
Le.
F’dan il-każ tal-bajja ta’ San Ġorġ l-kunċett kien illi inti tagħti
spazju għall-concession, f’dan
il-każ marbuta ma’ five star
hotel li aħna għandna f’dik l-inħawi, l-iktar li tintuża
mir-residenti ta’ dik il-concession però b’responsabbilta’ ukoll li tinfirex għall-bqija
tal-bajja, biex aħna nkunu ċerti li l-bajja qed tkun qed tiġi maintained
kif għandu jkun.Jiġifieri
fija nfisha din l-inizjattiva tkun inizjattiva oħra biex inti l-investiment
li għamilna li kienu nvestimenti ta’ eluf fil-bajja ta’ San Ġorġ,
dak l-investiment issa mhux għax għamilnieh imbagħad jintelaq.
Eżerċizzju
li għamilna interessanti ħafna fil-ġranet li għaddew kien illi
permezz tan-nies, tal-Malta
Tourism Authority, daru l-lokalitajiet ewlenin f’pajjiżna f’dak
li għandu x’jaqsam mat-turiżmu u rrapurtaw lura lil dan il-kumitat,
affarijiet li jaħasra m’humiex affarijiet kbar imma li jagħtu dehra
kerha ta’ pajjiżna.Insemmi
sinjali tat-toroq li jkunu mgħawwġin, telephone booths mqaxxrin jew vandalizzati, insemmi, għax rajt
ir-ritratti b’għajnejja, il-ħadid illi għamilna żmien kienu sbieħ,
ħadid tat-toroq u li magħhom jitwaħħlu r-riklami, ħaġa sabiħa,
imbagħad il-ħadid jintuża biex iżomm in-nies fuq il-bankina.Issa rajt ir-ritratti ta’ dan l-istess ħadid però r-reklami
sparixxew u spiċċajna b’ħadid vojt, biċ-ċappetti li jżommu r-reklami
qegħdin hemmhekk uħud minnhom imsadda u allaħares tkun għaddej minn ħdejn dan il-ħadid, għat-tfal speċjalment.Issa dan ma tridx ammonti kbar, kulma trid attenzjoni għalihom u
li r-riżorsi kollha li aħna għandna kultant sparpaljati żżejjed, iġġibhom
flimkien biex dawn il-punti żgħar tipprova tindirizzhom.Hemm affarijiet li mbagħad jiswew il-flus, li huma kbar, wieħed
irid jippjanhom ukoll.
Jekk
ikollna management tajjeb,
il-mistoqsija kienet fuq il-beaches,
però jien il-Gvern, l-inter-ministerial
Committee qed iħares lejn dan il-kunċett mifrux fiż-żoni turistiċi
ewlenin f’pajjiżna, li jkollok management
iktar organizzat, allura nkunu nistgħu aħna b’mod regolari nagħmlu
xogħlijiet ta’ maintenance
illi nidħlu għalihom aħna.Ma
noqogħdux niddependu fuq il-kunsilli lokali biex naraw illi dawn iż-żoni
jinżammu kemm jista’ jkun dejjem sa l-għola livell possibbli.Dan huwa l-ħsieb li aħna għandna, se nibdew pilot
projects f’dan is-sens u naraw ir-riżultat tagħhom xi jkun fil-ġimgħat
li ġejjin u nittamaw li hawnhekk ukoll inkunu qed nagħmlu qabża fl-effiċjenza
u l-produttivita’ u anke f’dan is-settur.
Jiena
meta nitkellem u meta l-Gvern jitkellem fuq l-ambjent, ħafna nies jaħsbu
li qed nitkellmu biss fuq il-Magħtab.M’aħniex nitkellmu biss fuq il-Magħtab, nitkellmu fuq it-toroq
tagħna, nitkellmu fuq il-ħaxix, fuq is-sinjali fit-triq, nitkellmu fuq
bankina li jkollha kantun li nqala’ u li ma ġiex imqiegħed f’postu,
anke fuq dawn id-dettalji żgħar li ħafna drabi jagħmlu differenza
kbira, l-image li pajjiżna
jipproġetta lill-Maltin stess, però wkoll lill-barranin.
Jekk
inti għandi beach u għandek concessions li aħna għandna hekk f’pajjiżna, fejn inti għandek
concession mogħtija lill-hotel
esklussivament għaliha, lill-hotel
tkun tista’ tippermetti biss lir-residenti tagħha biex jużaw dak
l-ispazju u għandna numru minnhom mifruxin ma’ Malta u Għawdex.U
allura fl-ispazju illi tiġi identifikata esklussivament għal residenti
tal-hotel, dik tintuża
esklussivament għalihom. Però
ma jfissirx illi b’daqsekk m’għandniex indaħħlu l-kunċett ukoll
li min jidħol għal dawn il-concessions
ikollu responsabbilta’ wkoll għall-maintenance
tal-bqija tal-bajja.
Mario Micallef – PBS
Prim
Ministru f’dawn il-laqgħat, issa ilna nisimgħu anke f’okkażjonijiet
oħra titkellem spiss fuq inizjattivi ġodda li inti ssejħilhom
interessanti li dalwaqt se jitħabbru.Forsi tagħtina ħjiel dwar xi waħda minnhom?
Prim Ministru
Nippreferi li le, mhux għax ma
nixtieqx inweġibha għax inkun qiegħed hekk biex inweġibha.Imma le, qabel ma nkun ċert li l-proġett, l-idejat li aħna għandna,
jistgħu effettivament jitwettqu u li għandna l-kapaċita finanzjarja u
ta’ riżorsi umani li aħna nistgħu nagħmluhom, ma nixtieqx li nħabbar
affarijiet.Però huma
affarijiet illi se jkunu ta’ nteress għal pajjiżna.